10.Jonas
- Alif. Lam. Ra'. Dawk huma l-versi tal-Ktieb l-Għaref
- Jaqaw huwa ta' l-għaġeb għan-nies li nebbaħna lil raġel minn fosthom (li huwa Muħammad, u għednielu): 'Wissi lin-nies (bin-Nar ta' dejjem), u-agħti l-bxara lil dawk li emmnu, li huma jinsabu f'qagħda għolja (minħabba s- sewwa ta' għemilhom) quddiem Sidhom'' 7 Dawk li ma jemmnux qalu: ''Dan (Muħammad) tassew saħħar fid- dieheri
- Tabilħaqq li Sidkom huwa Alla li ħalaq is-smewwiet u l-art f'sitt ijiem, imbagħad intasab fuq it-Tron, imexxi kollox. Ħadd ma jista' jidħol għal ħaddieħor (f'/un il- Qawmien) jekk mhux bir-rieda tiegħu. Dak huwa Alla Sidkom. Mela qimuh (u lilu biss)l Jaqaw ma tiftakrux (fit-twissija tiegħu)
- Għandu għad. terġgħu lura Ikoll (fl-Aħħar Jum). Il- wegħda ta' Alla hija minnha (u ħadd u xejn ma jbiddilha). Huwa li beda l-ħolqien, imbagħad jerġa' jibdieh (wara i jeqirdu) biex iħallas bil-ħaqq lil dawk li emmnu u għamlu s-sewwa. Iżda dawk li ma jemmnux, għandhom xarba misħun. jagħli u kastig ta' wġigħ, għaliex ċaħdu t-twemmin
- Huwa li (fil-ħniena tiegħu) għamel ix-xemx (kollha) dija u l-qamar (kollu) dawl, u fasslu f'taqsimiet u bi mkejjen (differenti minn fejn jitla' u jinżel), biex tkunu tafu l-għadd tas-snin u l-kalkolu (taż-żmien). Huwa ma ħalaqx dak (kollu) jekk mhux bis-sewwa. Huwa jfisser bir-reqqa (dawn) is-sinjali tiegħu (fl-univers) lil nies li jafu (bil-ħila bla tarf ta' Alla)
- Tabilħaqq li fid-dħul wara xulxin tal-lejl u tan-nhar, u f'dak li Alla ħalaq fis-smewwiet u fl-art, hemm sinjali għal nies li jibżgħu minnu (u mill-kastig tiegħu)
- Dawlkeli ma jittamawx fil-laqgħa magħna, li jithennew bil-ħajja fid-dinja u jserrhu rashom biha, u li ma jagħtux kas is-sinjali tagħna (li jidhru kullimkien)
- dawk, il-kenn tagħhom fin-Nar, minħabba (il-ħażen) li ) kienu jiksbu
- (Tabilħaqq li dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid, Sidhom: ) imexxihom minħabba twemminhom; taħthom jiġru x- xmajjar fil-Ġonna ta' l-hena
- Fiha (il-Ġenna, tkun din) is-sejħa tagħhom: ''Sebħ lilek, 0 Allaf' U hemm it-tislima tagħhom tkun: ''Sliemt'' U l- aħħar tas-sejħa tagħhom: ikun: ''Tifħir lil Alla, Sid il- ħolqieni
- Li kieku Alla kellu jgħaġġel (u jikkastiga) lin-nies tad- deni (li jagħmlu), daqskemm huma jgħaġġlu fil-kisba tal- ġid, kieku żmienhom ilu li ntemm. Iżda Aħna, lil dawk li ma jittamawx fil-laqgħa magħna (fl-Aħħar Jum, u jgiddbuha). inħalluhom, mitlufin: (u mogħmijin). fil-ħtija tagħhom
- Meta l-ħsara. tmiss. lill-bniedem, huwa: jsejħilna, (mimdud) fuq ġenbu, jew bilqiegħda jew bilwieqfa, iżda meta nneħħulu (dik) il-ħsara tiegħu, huwa jibqa' sejjer bħallikieku (gatt) ma sejħilna meta messitu l-ħsara. Hekk jiżżejjen (u jidher sabiħ) lill-ħaljin dak (il-ħażen) li kienu jagħmlu
- Qabilkom (ja pagani ta' Mekka) diġà qridna aktar minn nisel meta għamlu l-ħażen: ġewhom il-Mibgħutin tagħhom bis-sinjali ċ-ċari, iżda huma ma kienu (gatt) se jemmnu. Hekk inħallsu lill-ħatjin
- Imbagħad warajhom għamilniekom. werrieta fuq l-art, biex naraw x'se tagħmlu
- Meta l-versi ċari tagħna jinqrawlhom, dawk li ma jittamawx. fil-laqgħa magħna (fl-Aħħar Jum) jgħidu: 'Ġibfilna: Muħammad) Qoran ieħor, jew (inkella) biddlut' Għidfilhom): 'Ma nistax inbiddlu minn rajja. Jiena ma nimxix għajr fuq dak li jitnebbaħ lili. Jekk ma nobdix lil Sidi, jiena tabilħaqq nibża' mill-kastig ta' Jum kbir (u tal-biża)
- (Għidfilhom Muħammad): 'Li kieku Alla ried, ma kontx naqrahulkom, u lanqas kien jgħarrafkom bih. Jiena bqajt fostkom għomor (sħiħ erbgħin sena) qablu (qabel inżul il-Qoran). Mela ma tifhmux (li Ktieb bħal dan nieżel mingħand Alla)
- Mela min huwa aktar ħati minn dak li jaqla' l-gideb dwar Alla (u jgħid li l-Qoran huwa xogħol Muħammad), u jgiddeb is-sinjali tiegħu Tabilħaqq li l-ħatjin ma humiex se jirbħu
- Minflok lil Alla huma jqimu lil-dak li la jagħmlilhom deni u lanqas ġid, u jgħidu: 'Dawk huma li jaqbżu għalina ma' Allat'' Għid(ilhom): 'Jaqaw (mingħalikom li) qegħdin tgħarrfu lil Alla b'dak li Huwa ma jafx fis- smewwiet u lanqas fl-artf' Sebħ lilul Huwa wisq ogħla minn dak li (il-pagani) ixierku miegħu
- Il-bnedmin (minn żmien Adam sa Noe) ma kinux ħlief ġens wieħed (ilkoll Misilmin), iżda (aktar tard) ma qablux bejniethom ( 4 bdier tingħata qima lill-idoli). Li kieku mhux għal Kelma li laħqet (ingħatar) minn Sidek (li jagħti l-ħlas mistħoqq lil kulħadd fl-Aħħar Jum), kieku kien diġà sar ħaqq minnhom (fid-dinja) fuq dak li ma qablux dwaru
- Huma jgħidu (fuq Muħammad): ''Għaliex ma tniżżilx fuqu xi sinjal minn Sidu (bħalma kienu tniżżlu fuq il- Mibgħutin ta' qablu) 1' Għid(ilhom): 'Il-mistur huwa ta' Alla biss Mela stennew (u taraw x'se jiġri); jiena nistenna magħkomf
- Meta ndewqu lin-nies ħniena (mingħandna), wara li tkun messithom il-ħsara, malajr inassu kontra s-sinjali tagħna. Għid (Muħammad): 'Alla eħfef fit-tnassis.' Tabilħaqq li l-Mibgħutin tagħna (l-anġli) qegħdin jiktbu dak li tnassu (u għad ifakkruhulkom)
- Huwa li jgħaddikom minn fuq l-art u l-baħar, hekk li meta tkunu fl-imriekeb, u jiġru bihom b'riħ tajjeb, u jifirħu bih, (dlonk) jiġihom riħ qawwi, u jiġihom il-mewġ minn kullimkien, u jaħsbu li se jinqerdu. Huma jsejħu lil Alla u jduru lejh bi twemmin safi, (tr jgħidu hekk): 'Jekk teħlisna minn dan, inkunu tassew minn dawk li jiżżu ħajri
- Iżda meta jeħlishom, arahom jagħmlu l-ħażen fuq l-art, mingħajr ħaqq. Ja nies, il-ħażen tagħkom ma huwiex għajr kontra tagħkom infuskom; (huwa) it-tgawdija tal- ħajja (f'din) id-dinja. Imbagħad lejna terġgħu lura, u ngħarrfukom b'dak li kontu tagħmlu
- Il-ħajja (f'din) id-dinja tixbah lil ilma li nniżżlu mis- sema: il-ħxejjex ta' l-art jitħalltu miegħu dak li n-nies u l-bhejjem: jieklu u meta l-art tkun fil-ġmiel (kollu) tagħha u tiżżejjen (bil-frott bnin), u niesha jaħsbu li huma jistgħu għaliha (u jafu biżżejjed kif jiksbu l-ikel minnha); l-amar tagħna jiġiha billejl, jew binhar, u naħsduha (hekk li ma jibqa' xejn minnha), bħallikieku ma ħaddritx fil- jum ta' qabel. Hekk infissru bir-reqqa s-sinjali lil nies li jixtarru (is-siwi tagħhom)
- Iżda Alla jsejjaħ għal Dar is-Sliem (fil-Ġenna), u lil min irid imexxi fit-triq id-dritta (Zi hija l-Islam)
- Għal dawk li (bit-twemmin tajjeb tagħhom) jagħmlu t- tajjeb hemm l-aħjar (ħlas fil-Ġenna), u aktart La swied u lanqas tkasbir ma jiksu l-uċuħ tagħhom: Dawk huma nies il-Ġenna, u fiha jgħammru għal dejjem
- Dawk li kisbu (għalihom infushom) għemejjel ħżiena, (ħalli jkunu jafu li) il-ħlas ta' għemil ħażin ikun (b'għemil) bħalu, u t-tkasbir jgħattihom. Ma għandhomx min iħarishom minn Alla, u l-uċuħ tagħhom ikunu bħallikieku miksija b'biċċiet mudlama. tal-lejl. Dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem
- Fil-Jum meta niġbruhom ilkoll, u ngħidu lil-dawk li xierku (allat oħra magħna): ''Żommu postkom, intom u sħabkom (li xeriktu ma' Allaj', imbagħad. (lill-ħżiena) nifirduhom: (mit-tajbin) u sħabhom. (l-idoli) jgħidu: Intom mhux lilna kontu tqimu
- Alla huwa biżżejjed bħala xhud bejnna u bejnkom, Aħna ma konniex nafu bil-qima tagħkom (għaliex aħna, ta' idoli bla ruħ li aħna, la stajna naraw, la nisimgħu, u lanqas nifhmu)
- Hemmhekk kull ruħ iġġarrab dak (it-tajjeb u l-ħażin) li għamlet qabel. U (kulħadd) jintbagħat lura lejn Alla, il- Mulej tagħhom: tabilħaqġ, u jħallihom dak. (il-gideb kollu) li kienu jaqilgħu (meta qalu li l-idoli għad jaqbżu għalihom)
- (Għidfilhom Muħammad): ''Min jagħtikom l-għajxien tagħkom mis-sema u mill-art 7 Ta' min huma s-smigħ u l- ħars (fil-bnedmin kollha) Min joħroġ il-ħaj mill-mejjet, u joħroġ il-mejjet mill-ħajż' Min imexxi kollox. (fil- ħolqien) 7' Imbagħad jgħidu: 'Allaf' Għid(ilhom): 'Mela kif ma tibżgħux minnu (u mill-kastig tiegħu, u tibqgħu tqimu l-allat)
- Dak huwa Alla, Sidkom tabilħaqq' U x'hemm, wara s- sewwa, għajr it-telfien U kif ma tagħtux kas (u ma tqimux lil Alla Wieħed)
- Hekk isseħħ Kelmet Sidek kontra dawk li jagħmlu l- ħażen. għaliex huma ma jemmnux
- (Għidfilhom): ''Jaqaw hemm fost sħabkom (l-allat u l-idoli li 1qimu) min (għandu l-ħila) jibda l-ħolqien, imbagħad jerġa' jibdieh (wara li jeġirdu)a'' Għid: 'Huwa Alla li jibda l-ħolqien, imbagħad jerġa' jibdieh (wara li jegirdujl Mela kif tinqalbu (fi ħsiebkom u tagħmlu kollox ta' taħt fuq, meta tafu dan kollu)
- (Għidfilhom ukoll): 'Jaqaw hemm fost sħabkom (l-allat iu l- idoli li' tqimu) min. (għandu l-ħila) imexxi lejn is-sewwa 7' Għid: 'Huwa Alla li jmexxi lejn is-sewwa. Mela min jistħoqq l-aktar li wieħed jimxi warajh: Min imexxi lejn is-sewwa (Alla), jew min (bħal xi alla falz jew xi idolu) ma jmexxix (għaliex ma jistax, u ma għandux triq oħra) ħlief li huwa (stess) ikun immexxi 2 Mela x'għandkom (tgħidu dwar dan), u kif taqtgħuha (dwar din li tqisu lil-Alla l-Imbierek daqs l-allat Jolozji)
- Iżda l-kotra tagħhom ma jimxux għajr fuq stħajjil (fi l-idoli huma tassew allat). Tabilħaqq li l-istħajjil ma jiswa xejn għas- sewwa. Alla tassew jaf b'kulma jagħmlu
- Dan il-Qoran ma seta' jsir minn ħadd għajr minn Alla, iżda huwa jseddaq dak li ġie qablu (fiż-Tora u fl-Evanġelju), u huwa tifsir bir-reqqa tal-Ktieb (li jinsab għand Alla). Ma hemm ebda dubju fih ( 4: huwa Rivelazzjoni) minn Sid il-ħolqien
- Jew jgħidu: 'Huwa (Muħammad) li qalgħu minn żniedu' 7 Għidfilhom): ''Ġibu sura bħalu u sejħu, minflok lil Alla, lil-min. tistgħu (u araw issibux fil-ħolqien kollu min għandu l-ħila jġib sura bħalu), jekk qegħdin tgħidu s-sewwa
- Iżda huma giddbu dak li ma jafux sewwa, u li t-tifsira (u t- twissija) tiegħu għadha ma ġithomx. Hekk ukoll dawk ta' qabilhom giddbu (is-sewwa), iżda ara (Muħammad) kif kien tmiem il-ħżiena
- Hemm minnhom li jemmen fih (il-Qoran), u minnhom li ma jemminx fih. Sidek jaf l-aktar b'dawk li jagħmlu l-ħsara
- Jekk igiddbuk, għid(i/hom): ''Jiena għandi xogħli (u l-ħlas tiegħu), u intom għandkom xogħolkom (u l-ħlas tiegħu); intom ħielsa minn dak li nagħmel, u jiena ħieles minn dak li tagħmluf
- Fosthom hemm dawk li jisimgħuk (ragra l-Qoran, mingħajr ma jifhmu). Mela inti (Muħammad, tista') issemma' lit-torox, anki jekk ma jistgħux jifhmu
- U fosthom hemm min iħares lejk (u jsib fik is-sinjali li juru li inti. tassew. Profeta, iżda xorta jwebbes: rasu). Iżda. inti (Muħammad, tista ') tmexxi lill-għomja, anki jekk ma jistgħux. jaraw
- Tabilħaqq li Alla ma jonqos f'xejn lejn in-nies, iżda huma n- nies li jonqsu lejhom infushom
- Fil-Jum li jiġborhom. (lill-pagani, biex jagħmel ħaqq minnhom, ikunu qishom) ma damux ħlief siegħa mill-jum, u jagħrfu lil xulxin (u jinkixef dak kollu li bih kienu jonqsu lejn xulxin). Tellifin huma dawk li giddbu l-laqgħa ma' Alla (fl- Aħħar Jum); u ma kinux fit-triq it-tajba
- Sew jekk nuruk (Muħammad, f'ħajtek) xi ftit minn dak (il- kastig) li nwegħduhom, u sew jekk (nilħqu) neħdulek ħajtek (biex tinġabar magħna, kun af li llum jew għada), lejna għad jerġgħu lura. Imbagħad Alla jkun xhud ta' dak li jagħmlu
- Lil kull ġens (intbagħar) Mibgħut, u meta (dan) il-Mibgħut tagħhom jiġi (quddiemhom fl-Aħħar Jum), isir ħaqq minnhom kif jixraq, u ma jmorrux minn taħt
- (Dawklli ma jemmnux, bi tkasbir) jgħidu: 'Din il-wegħda (dwar il-kastig tal-ħżiena) meta (se sseħħ), jekk qegħdin tgħidu s-sewwal
- (Għiddilhom Muħammad): ''Jiena ma nistax inġib ħsara jew ġid għalija nnifsi, għajr dak li jrid Allat Kull ġens għandu żmien (li jafu Alla biss, meta jinqered u jieħu l-kastig). Meta jasal żmienhom, la jkunu jistgħu jtawlufh) b'siegħa, u lanqas inaqqsufh
- Għid: 'X'taħsbu: jekk il-kastig tiegħu jiġikom billejl jew binhar, liema (biċċa) minnu (ikunu jixtiequ) jgħaġġlu l-ħatjin
- Jaqaw (se tibqgħu taħlu ż-żmien u) imbagħad meta jseħħ (dan kollu), se temmnu fih (il-kastigj 7 Jaqaw issa (tridu demmnu), meta (qabel, biex mingħalikom twaqqgħu dawn il- ħwejjeġ għaċ-ċajf) kontu qegħdin tgħaġġluh fil-kastig tagħkom)i
- Imbagħad jingħad lil dawk li għamlu l-ħażen: ''Duqu l-kastig ta' dejjeml Jaqaw mhux ta' dak (il-ħażen) biss li kontu tiksbu qegħdin titħallsu
- Huma jistaqsuk (Muħammad) biex isiru jafu: ''Jaqaw dan huwa tabilħaqq (l qiegħed tgħidilna dwar. il-kastig))' Għidfilhom): 'Mela, fuq Sidi, dan huwa s-sewwa, u m'intomx ġe taħarbu (il-kastig ta' Allaji)
- Li kieku kull ruħ midinba jkollha kulma jinsab fuq l- art, kienet (tipprova) tinfeda bih. U meta (il-midinbin) jaraw il-kastig, huma juru l-indiema, iżda jsir ħaqq minnhom kif jixraq. Huma ma jmorrux minn taħt fu kulħadd jieħu li ħaqqu
- Tabilħaqq li ta' Alla kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Tabilħaqq li l-wegħda ta' Alla (dwar Jum il-Qawmien) bija minnha, iżda ħafna minnhom ma jafux
- Huwa jagħti l-ħajja u jagħti l-mewt, u lejh titreġġgħu lura
- Ja nies, ġietkom twissija (il-Qoran) minn. Sidkom, fejqan għal(l-mard) li hemm fil-qlub, u tmexxija tajba u. ħniena (minn Alla) għal dawk li jemmnu
- Għid (Muħammad): ''Bit-tjieba ta' Alla (il-Qoran) u bil-ħniena tiegħu. (l-Islam), b'dak għandhom jifirħu; huwa aħjar minn dak (il-ġid kollu) li jiġmgħu
- Għid: X'taħsbu (ja pagani) dwar dak li Alla niżżlilkom bħala għajxien (għalikom), li intom (gbadtu) u. għamiltu minnu dak li ma jiswiex, u dak li jiswa/' Għidfilhom): ''Jaqaw Alla takom permess (tagħmlu dan), jew qegħdin taqilgħu l-gideb dwar Alla
- U x'jaħsbu dawk li jaqilgħu l-gideb dwar Alla (li se jiġri minnhom) £ Jum il-Qawmien 7 Alla tabilħaqq Kollu Tjieba man-nies, iżda ħafna minnhom ma jiżżux ħajr
- Inti (Muħammad) ma tagħmel ebda xogħol, u lanqas taqra xejn mill-Qoran, u (intom il-bnedmin) ma tagħmlu ebda ħidma (fajba jew ħażina) jekk Aħna ma nkunux xhieda tagħkom meta tkunu mħabbtin b'dan (kollu). Lil Sidek ma jaħrablux. it-toqol ta' atomu, fuq l-art u fis- sema, ui lanqas ma hemm iżgħar minnu, u lanqas akbar, li ma huwiex fi ktieb mill-aktar ċar
- Aral Il-ħbieb ta' Alla ma hemm ebda biża' fuqhom (dakinhar ta' Jum il-Ħaqq), u lanqas jitnikktu
- Huma dawk li jemmnu u jibżgħu minn Alla
- Tagħhom hija l-bxara t-tajba fil-ħajja (f'din) id-dinja u fl-Oħra. Ma hemm ebda tibdil fil-Kelmiet ta' Alla, Dik hija r-rebħa l-kbira
- Tħallix kliemhom (Muħammad, u l-gideb tagħhom dwar Alla u dwarek) inikktek. Tabilħaqq li l-qawwa kollha hija ta' Alla. Huwa li jisma' kollox u jaf kollox
- Tabilħaqq ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-artl Dawk li jsejħu (allat oħra) minflok lil Alla ma humiex qegħdin jimxu Wara sħab (/i huma tassew imseħbin ma' Alla). Huma ma humiex qegħdin jimxu għajr wara l-istħajjil, u ma humiex ħlief jigdbu
- Huwa li għamlilkom il-lejl biex tistrieħu fih, u l-jum imdawwal (biex taraw fih u tagħmlu l-ħidma tagħkom). F'dan tabilħaqq hemm sinjali għal nies li jisimgħu
- Huma jgħidu: ''Alla għandu iben.' Sebħ lilul Huwa l- Għani (u ma għandu bżonn lil ħadd). Tiegħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Ma għandkom ebda prova ta' dan (il-kliem). Jaqaw qegħdin tgħidu dwar Alla dak li ma tafux
- (Għidfilhom Muħammad): ''Tabilħaqq li dawk li jaqilgħu l-gideb dwar Alla ma humiex se jirbħul
- (Ftit) tgawdija fid-dinja, imbagħad lejna jerġgħu lura (biex jagħtu kont ta' ħajjithom). Imbagħad indewquhom il-kastig il-qalil talli ma kinux jemmnu
- Ħabbrilhom (Muħammad, lil niesek f'Mekka) il-ġrajja ta' Noċ, meta qal lil niesu: 'Ja niesi, jekk il-waqfa tiegħi (fostkom), u t-tifkira (u t-twissija) tiegħi (lilkom) dwat is- sinjali ta' Alla qegħdin issibuhom tqal, mela (kunu afi) li jiena nħalli f'idejn Alla. Mela araw ma' sħabkom (l-allat foloz) x'se tagħmlu (bija)l U (araw) li din il-biċċa tagħkom. ma. tkunx mistura. Imbagħad agħmlu ħaqq minni, u ddewmunix
- Iżda jekk tagħtu daharkom (u ma tridux tisimgħu l- messaġġ tiegħi, kumu afu) li jiena ma tlabtkom ebda ħlas. Ħlasi mingħand Alla biss, u jiena ngħatajt l-amar li nkun fost il-Misilmin li jintelqu F'Alla
- Huma giddbuh, iżda Aħna ħlisna lilu u lil ta' miegħu (u daħħalniehom) fl-arka, u għamilniehom werrieta (fiuq l- art), u għerriqna lil dawk li giddbu s-sinjali tagħna. Ara kif kien tmiem l-imwissijin
- Imbagħad warajh bgħatna Mibgħutin (oħra) għand nieshom, u ġewhom bis-sinjali ċ-ċari, iżda m'emmnux f'dak (it-twemmin. safi) li qabel kienu ċaħdu. Hekk inqiegħdu siġill fuq qlub dawk li jiksru l-liġi
- Imbagħad warajhom bgħatna lil Mosċ u lil Aron għand il-Fargħun u l-kbarat tiegħu bis-sinjali tagħna, iżda (il- Fargħun u l-kbarat tiegħu) tkabbru (u ma ridux jemmnu), u kienu nies mill-agħar
- Meta ġiehom is-sewwa mingħandna, huma qalu: ''Dan tabilħaqq huwa seħer fid-dieheri
- Mosċ qal: 'Qed tgħidu (hekk) dwar is-sewwa meta ġiekom (tabilħaqq) 7 Dan seħer) Is-sħaħar ma jirbħuxi
- Qalu: ''Jaqaw ġejtna biex iddawwarna minn dak (it- twemmin) li sibna lil missirijietna fih, u tagħkom it-tnejn (tiegħek u ta' ħuk Aron) ikun il-kobor fl-art 7 Aħna ma nemmnukomx f
- U qal il-Fargħun: ''Ġibuli kull saħħar jilħaqlu
- U meta ġew is-sħaħar, Mosċ qalilhom: ''Ixħtu (fl-art) dak li għandkom tixħtu (ħbula u bsaten) f
- U meta xeħtu(hom), Mosċ qal: 'Dak li ġibtu huwa seħer, u Alla tassew iġibu fix-xejn, għaliex tabilħaqq li Alla ma jġibx 'il quddiem l-għemil ta' dawk li jagħmlu l- ħsara
- U Alla jseddaq is-sewwa bi Kliemu (u bis-sinjali ċ-ċari tiegħu), minkejja li l-ħatjin jobogħdu (dan)
- Għalhekk m'emmnux f'Mosċ, għajr ġemgħa minn niesti, għalkemm imbeżżgħa mill-Fargħun u l-kbarat tiegħu, li ma (jiurx) iġarrabhom. Tabilħaqq li l-Fargħun kien imkabbar u tirann fuq l-art, u tabilħaqq kien wieħed minn dawk mogħtijin għall-ħażen. I
- U Mosċ qal: 'Ja niesi, jekk temmnu f'Alla, mela ħallu f'idejh, jekk intom (tassew) Misilmin
- U qalu: S'Aħna ħallejna f'idejn Alla, Sidna, la tagħmilx minna tiġrib għan-nies il-ħżiena
- eħlisna, bil-ħniena tiegħek, min-nies li ma jemmnux
- SAgħmlu għal nieskom djar (ra' talb u qima) fl-Eġittu, (u minħabba. l-biża' tagħkom mill-Fargħun) agħmlu minn djarkom imkejjen ta' qima, u agħmlu t-talb. Agħti l-bxara t-tajba lil-dawk li jemmnu
- U Mosċ qal: ''Sidna, Inti tajt lill-Fargħun u lill-kbarat tiegħu ż-żina u l-ġid. fil-ħajja (f'din) id-dinja. Sidna, (huma użawhom) biex (jitilfu triqtek) u jtellfu triqtek lil ħaddieħor Sidna, ħassar il-ġid tagħhom u webbes qlubhom, hekk li ma jemmnux sa ma jaraw il-kastig ta' wġigħ (u mbagħad ikun tard wisq)
- Alla qal: 'iIt-talba tagħkom. it-tnejn (Mosċ u 4ron) intlaqgħet. Mela ibqgħu mexjin. fit-triq it-tajba, u la timxux fit-triq ta' dawk li ma jafuxi
- Aħna għaddejna lil Ulied Israel mill-baħar, u l-Fargħun u l-qawwiet tiegħu marru għal warajhom b'inġustizzja u b'aggressjoni, hekk li meta laħqitu l-għarqa, (il-Fargħun) qal: 'Jiena nemmen. li ma hemmx alla ħlief Dak li emmnu fih Ulied Israel, u jiena mill-Misilmin
- (Imbagħad intqal lilu): ''Issa (qiegħed temmenl Insejt li) qabel m'obdejtx (lil Alla) u kont minn dawk li jagħmlu l-ħsara
- Illum neħilsuk (mill-baħar) b'ġismek (biss, bla ruħ), biex tkun sinjal għal min jiġi warajk. Tabilħaqq li ħafna nies ma jagħtux kas tas-sinjali tagħna
- Aħna tajna lil Ulied Israel imkien mill-isbaħ biex jgħammru fih, u tajniehom l-aħjar għajxien. Kien biss wara li ġiehom l-għarfien (li huwa t-Tora) li huma ma qablux bejniethom (dwar. ir-reliġjon). Tabilħaqq li Sidek jagħmel ħaqq minnhom f'Jum il-Qawmien minħabba dak li ma'kinux jaqblu fuqu
- Jekk tinsab (Muħammad) bejn ħalltejn dwar dak li niżżilnielek, mela staqsi lil dawk (il-Lhud u l-Insara) li kienu jaqraw il-Ktieb qablek. Tabilħaqq ġiek is-sewwa minn Sidek, u għalhekk tkunx minn ta' bejn ħalltejn
- Langas tkun minn dawk li giddbu s-sinjali ta' Alla, għaliex tkun mit-tellifin
- Tabilħaqq dawk li Kelmet Sidek seħħet kontrihom, ma jemmnu (qatt)
- lanqas li kellu jiġihom kull sinjal, sa ma jaraw il-kastig ta' wġigħ
- Kif ma kienx hemm belt (mill-ibliet li qridna) li emmnet, hekk li twemminha kien ikunilha ta' siwi, ħlief (il-belt ta') nies Ġona. Meta (dawn) emmnu, neħħejna minn fuqhom il-kastig ta' għajb fil-ħajja (ta' din) id- dinja, u ħallejniehom igawdu għal xi żmien
- Li kieku Sidek ried, kulmin jinsab fuq l-art kien jemmen kollha kemm huma. Jaqaw inti (Muħammad) se toqgħod iġġiegħel in-nies jemmnu
- Ħadd ma jista' jemmen jekk mhux bir-rieda ta' Allal Huwa jibgħat il-kastiġ fuq dawk li ma jifhmux (għaliex ma jridux)
- (Għidfilkom Muħammad): 'Ħarsu lejn dak li jinsab fis- smewwiet u fl-art (u lejn is-sinjali ta' Alla fihom).' Iżda s-sinjali u t-twissijiet ma humiex ta' fejda għal nies li ma. jemmnux
- X'qegħdin jistennew, jekk mhux bħal (dak li ġara) fil- jiem ta' dawk li (għerw u) għaddew qabilhom' Għid(ilhom): ''Mela stennew (u taraw x'se jiġri). Jiena nistenna magħkom
- Imbagħad neħilsu (mill-kasrig) lill-Mibgħutin tagħna u lil dawk li emmnu. Hekk Aħna għamilnieh dmirna li neħilsu lil dawk li jemmnu
- Għid (Muħammad): ''Ja nies, jekk intom bejn ħalltejn dwar id-din tiegħi, (kunu afu li) jiena ma nqimx dawk (l- allat) li tqimu intom minflok lil Alla, iżda nqim lil Alla li jtemmilkom ħajjitkom, Jiena ngħatajt l-amar li nkun minn dawk li jemmnu
- (Alla qalli:) 'Dawwar wiċċek lejn il-fidi safja, u ara li ma tkunx minn dawk li jxierku (a/lar oħra ma' Alla)
- La ssejjaħx minflok Alla lil-min la (jista') jiswielek, u lanqas (jista ') ikunlek ta' ħsara. Jekk tagħmel hekk, mela inti tkun tassew mill-ħżienal
- U jekk Alla jmissek b'xi deni, ħadd ħliefu ma jneħħihulek, u jekk ikun iridlek il-ġid, ħadd ma jista' jżomm it-tjieba tiegħu. Huwa jagħtiha lil-min irid mill-qaddejja tiegħu. Huwa Kollu Maħfra, il-Ħanin
- Għid (Muħammad): 'Ja nies, ġiekom is-sewwa (li huwa l- Qoran) minn Sidkom. Mela min jimxi fit-triq it-tajba, ma jkunx miexi fiha ħlief għalih innifsu, u min jitlef it-triq, jitlifha (bi ħsara) għalih. Jiena ma għandix setgħa fuqkoml
- Imxi (Muħammad) fuq dak li jitnebbaħ lilek u żomm b'sabrek sa ma Alla jagħmel ħaqq. Huwa l-Aħjar li jagħmel ħaqq