11.Hud

  1. Alif. Lam. Ra'. (Dan huwa) Ktieb bil-versi tiegħu mibnija sewwa (u mseddga), imbagħad tfissru bir-reqqa (u neżlin) mingħand Għaref u jaf sewwa (b'kollox u b'kulħadd)
  2. (Ktieb li jwissi biex) ma tqimux ħlief lil Alla. (Muħammad għidilhom): ''Jiena. (Mibgħur) għal għandkom, minnu, biex inwissi u nagħti l-bxara t-tajba
  3. U itolbu maħfra mingħand Sidkom, imbagħad duru lejh (sogħbiena) u jagħtikom tgawdija tajba sa żmien imsemmi, u jagħti t-tjieba tiegħu lil min juri tjubija. Iżda jekk tagħtu daharkom (u ma tisimgħux), jiena nibża' li jkollkom il- kastig ta' Jum kbir (li fih iseħħu ħwejjeġ tal-biża)
  4. LejnAlla għad terġgħu lura, u Huwa fuq kollox Setgħan
  5. Ara (ta' wiċċ b'ieħor) kif jitnu (u jgeżwru) qlubhom (biex mingħalihom jaħbu minn Alla l-ħażen li hemm fihom u) biex jinħbew minnu. (Kollu għalxejn/) Anki meta jitgeżwru fi ħwejjiġhom, (Alla l-Imbierek) jaf b'dak li jaħbu u b'dak li jikxfu 7 Huwa jaf b'kulma hemm fil-qlub
  6. Ma hemm ebda ħliqa li titħarrek fuq l-art li l-għajxien tagħha ma huwiex minn Alla, u (mhux biss, talli) jaf fejn toqgħod u fejn tistrieħ. Kollox (jinsab) fi Ktieb (mill- aktar) ċar
  7. Huwa li ħalaq is-smewwiet u l-art f'sitt ijiem, u t-Tron tiegħu kien fuq l-ilma biex iġarrabkom (u jara) min minnkom huwa l-aħjar fl-għemil ( 4 fl-imġiba). Iżda (Muħammad) jekk tgħid (lill-pagani ta' Mekka): ''Intom tabilħaqq għad tqumu wara l-mewt' dawk li-ma jemmnux tassew. jgħidu 'Dan huwa biss seħer fid- dieherl
  8. U jekk indumu ma niġuhom bil-kastig, għal xi żmien magħdud, tabilħaqq. jgħidu (bi skasbir): ''X'qiegħed iżommu'' Fil-Jum li jiġihom (il-kastig), ma hemm xejn li jbiegħdu minnhom, u dak (il-kastig). li kienu jżebilħu għad idawwarhom minn kullimkien
  9. U jekk indewqu lill-bniedem xi ħniena mingħandna, imbagħad inwarrbuha minnu, huwa tabilħaqq ikun qata' jiesu (għal kollox) u ma jkunx jafhulna
  10. Iżdajekk indewquh xi hena, wara li jkun messu xi deni, huwa tabilħaqq jgħid: 'iIl-ħsara ħallietni ' (iżda mbagħad arah) ferħan (iżżejjed, u malajr joqgħod) jiftaħar (u jitkabbar)
  11. (Kulħadd. jagħmel hekk) ħlief dawk li jistabru u jagħmlu għemejjel tajba. Dawk għandhom maħffa u ħlas kbir
  12. Inti (Muħammad) sejjer tħalli barra xi ħaġa minn dak li jitnebbaħlek, u dan qiegħed iġib diqa f'qalbek għaliex (il- Pagani) jgħidu: ''Għaliex ma tniżżillux xi teżor, jew ġie xi anġlu miegħu 7' Iżda inti qiegħed biss biex twissi (li/l- ħżiena dwar il-kastig li ġej fuqhom). Alla jieħu ħsieb kollox
  13. Jew. jgħidu: '(Dan. il-Qoran). qalgħu minn: żniedu.' Għid(ilhom): 'Mela ġibu għaxar suriet bħalhom, maqlugħa minn żniedkom, u sejħu lil-min tistgħu (biex jgħinkom f'dan), barra lil Alla, jekk qegħdin tgħidu s-sewwal
  14. U jekk (l-allat foloz u lil kulmin issejħu biex jgħinkom) ma jweġbukomx, mela kunu afu li (dan il-Ktieb) tniżżel biss bl- għerf ta' Alla, u li ma hemmx alla ħliefu. Mela (issa li tafu dan kollu) se tkunu Misilmin 2 l
  15. Minirid il-ħajja (f'din) id-dinja, u ż-żina (fiergħa) tagħha, (arana) inħallsuhom ta' l-għemejjel tagħhom fiha (stess), u lilhom, fiha, ma jitnaqqsilhom (xejn)
  16. Dawk huma li fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) ma għandhomx għajr in-Nar, u jisfa fix-xejn dak (l-għemil it-tajjeb). li ħadmu fiha (din id-dinja), u fieragħ dak (il-ġid) li kienu jagħmlu (għaliex ma' ridux jemmnu f'Alla u f'Jum il- Qawmien)
  17. Jaqaw dak li għandu sinjal ċar (il-Qoran) minn Sidu, imxandar minn (Gabrijel, l-anġlu li huwa) xhud (ġej) minnu (mingħand Alla) u qablu (il-Qoran, kien hemm it-Tora) Ktieb Mosċ (li jixhed ukoll li Muħammad huwa Profeta, u li l-Qoran ġej mingħand Alla u) huwa tmexxija. (tajba) u ħniena (minn Alla jaqaw dan il-bniedem huwa bħal dak li ma jemminx) 7 Dawk (li għandhom id-dawl ta' Alla) huma li jemmnu fih (il-Qoran): Iżda min, minn fost il-ġemgħat, ma jemminx fih, in-Nar ikun l-imkien imwiegħed għalih. Mela la tkunx (Muħammad) bejn ħalltejn dwaru (dan il-Qoran); Huwa tabilħaqq is-sewwa minn Sidek, iżda l-kotra tan-nies ma jemmnux (li l-Qoran imniżżel mingħand Alla)
  18. (Min hu eħżen minn dak.li jaqla' l-gideb dwar Alla) Dawk għad jinġiebu quddiem Sidhom, u x-xhieda (fost l-anġli u l- ħlejjaq) għad jgħidu: ''Dawn huma li gidbu kontra Sidhom.' Ara, is-saħta ta' Alla fuq il-ħżiena
  19. (Huma dawk) li jżommu (lill-bnedmin) mit-triq ta' Alla, u jixtiquha mgħawġa. Huma ma jemmnux fl-Oħra (fil-Ħajja l- Oħra)
  20. Dawk huma li ma jaħarbux (minn 4lla) fuq l-art, u lanqas ma għandhom min iħarishom (jew jeħlishom mill- kastig ta' Alla), minbarra Alla. Il-kastig (tagħhom) ikunilhom doppju. (Dan minħabba li, għalkemm kellhom is-smigħ u d-dawl) huma ma kinux jistgħu jisimgħu, u ma kinux jaraw
  21. Dawk huma li tilfu lilhom infushom, u li telaqhom dak li kienu jaqilgħu minn żniedhom
  22. Bla dubju li fil-(Ħajja) l-Oħra huma l-akbar tellifin
  23. Tabilħaqq li dawk li jemmnu, jagħmlu għemejjel tajba u jiċċekknu quddiem Sidhom, dawk huma nies il-Ġenna, u fiha jgħammru għal dejjem
  24. (Dawn) iż-żewġ ġemgħat (ta' bnedmin, dawk li jemmnu u dawk li jiċħdu t-twemmin) huma bħall-agħma u t-trux, u (bħal) dak li jara u jisma'. Jaqaw dawn huma ndaqs ineta jitqabblu Jaqaw m'intomx se tiftakru (f'dan ix- xebhji à)
  25. Aħna bgħatna. lil Noċ għand niesu (il-pagani u qalilhom): ''Jiena tabilħaqq inwissikom biċ-ċar
  26. La tqimux għajr lil Alla. Tabilħaqq li jiena nibża' li (jekk se tibqgħu tqimu l-idoli) se jkollkom il-kastig ta' Jum ta' wġigħ
  27. Iżda l-kbarat ta' niesu, li m'emmnux, qalu: ''Aħna ma narawkx ħlief bniedem bħalna, u ma narawx li qegħdin jimxu warajk ħlief l-aktar (nies) baxxi fostna, mingħajr ma jaħsbu sewwa. Lanqas ma naraw li intom aħjar minna, anzi nqisukom giddibin
  28. (Noe) qal: 'Jarniesi, x'taħsbu') Jekk jiena għandi prova ċara minn Sidi, u tani ħniena mingħandu (li hija l- profezija). iżda nżammet moħbija minnkom (għaliex ma tridux tafu b'Alla, x'naqbdu nagħmlu), inġagħlukom tilqgħuha, meta intom tistkerrhuha
  29. Jarniesi, lanqas ma qiegħed nitlobkom ebda ġid ta' din (il-ħidma. tiegħi. fostkom, għaliex) ħlasi. huwa biss mingħand Alla. Jiena ma nkeċċix lil dawk (id-dgħajfa) li jemmnu. Dawn tabilħaqq għad jiltaqgħu ma' Sidhom, iżda jiena qiegħed narakom nies injuranti
  30. Ja niesi, min se jħarisni minn Alla jekk inkeċċihom. Jaqaw ma tiftakrux (f'din it-twissija)
  31. Ma ngħidilkomx li għandi l-ħażniet (tat-teżori) ta' Alla, u ma nafx il-ħwejjeġ mistura; lanqas ma ngħidilkom li jiena anġlu (biex inħajjarkom tagħtuni widen), u lanqas ma ngħid lil dawk (id-dgħajfa) li huma mkasbra f'għajnejkom li Alla ma huwa se jagħtihom ebda ġid. Alla jaf l-aktar dwar dak li hemm fi qlubhom. U (kieku ngħid hekk) inkun tabilħaqq mill-ħżienat
  32. Huma qalu: 'Noċ, inti ħaqqaqtha magħna, u ħaqqaqtha magħna. fit-tul. (Mela issa) ġibilna dak (il-kasrig) li wegħedina u (li qiegħed theddidna bih), jekk tabilħaqq qiegħed tgħid is-sewwat
  33. Qal(ilhom): 'Alla biss iġibu fuqkom, jekk irid, u m'intomx se taħarbu (minnu)
  34. Xejn ma jiswielkom il-parir tiegħi, minkejja li rrid nagħtihulkom, jekk Alla jrid itellifkom. it-triq. Huwa Sidkom u lejh titreġġgħu lura
  35. Jaqaw (Muħammad, il-pagani f'Mekka) qegħdin jgħidu: 'Qalgħu minn żniedu (dan il-Qoran)' 2 Għid(ilhom): 'Jekk qlajtu minn żniedi, mela fuqi hija l- ħtija tiegħi, iżda jiena ħieles mill-ħażen li tagħmlu
  36. U Noċ tnebbaħ (dan li ġej): 'Ħadd minn niesek ma huwa se jemmen ħlief dawk li kienu diġà emmnu. Mela la titnikkitx minħabba dak (il-ħażen) li kienu jagħmlu
  37. Ibni l-arka taħt għajnejna, u kif innebbħuk, u (ili) la' tkellimnix fuq dawk li dinbu (u taqbeż għalihom biex neħlishom mill-kastig ta' l-għargħar). Huma tabilħaqq (se jkunu) mgħarrqin
  38. Huwa (ma damx ma beda) jaħdem l-arka, u kull darba li l-kbarat ta' niesu għaddew minn ħdejh, iddieħku bih. Huwa. qal(i/hom): 'Jekk (issa) tiddieħku bina, aħna tabilħaqq niddieħku bikom bħalma tiddieħku intom
  39. U se tkunu tafu min se jiġih il-kastig (ta' l-għarqa) li jġiblu għajb, u jasal fuqu kastig li ma jgħaddix (għaliex in-nar ta' l-Infern huwa għal dejjem)
  40. (Hekk ġara) sama ġie l-amar tagħna, far il-forn (u l- għejun ta' l-art), u għedna (lil Noċ): ''Għabbi fiha (l- arka) żewġ minn kull (ġens ta' ħlejjaq, raġel u mara), u lil niesek, ħlief dak li kontrih laħqet ħarġet il-kelma (ta' kundanna), u (daħħal miegħek ukoll lil- kull) min jemmen.' Iżda m'emmnux, miegħu, ħlief flit
  41. U qal: €Irkbu fiha (intom li-temmmujt F'Isem Alla t- tbaħħir u l-irbit tagħha (meta jieqaf l-għargħarji Sidi tabilħaqq huwa Kollu Maħfra u Ħanin)
  42. U hija ġriet bihom fil-mewġ (li l-ħalel tiegħu kienu) bħall-iġbla, u Noċ (ftit qabel ma telqet l-arka) sejjaħ lil ibnu, li kien warrab għalih waħdu, (u qallu): ''Ibni, irkeb magħna, u la tkunx ma' dawk li ma jemmnuxi
  43. Huwa qal: 'Se nistkenn f'muntanja li tħarisni mill- ilma. Qal(/uj Noċ: 'Illum ma hemm ebda ħarsien mill- amar ta' Alla, ħlief għal min Huwa ħenn.' U l-mewġ firidhom it-tnejn, u (iben Noċ) kien fost l-imgħarrqin
  44. U (imbagħad) intqal: 'Ja art, ibla' l-ilma tiegħek ( 4 inxefji Ja sema, waqqaf (ix-xita tiegħek)T' U l-ilma nifed (ġewwa l-art), u l-amar (ta' Alla) kien mitmum. (L-arka) waqfet fuq (il-muntanja msejħa) 'al-Ġidi u ntqal: $'Il bogħod (minni, misħutin u meqrudin) in-nies il-ħżienal
  45. U sejjaħ Noċ lil Sidu u qal: ''Sidi, ibni huwa tabilħaqq minn niesi, u tabilħaqq li l-wegħda tiegħek hija s-sewwa, u Inti l-Aktar Ġust fost l-imħallfin
  46. Qal (Alla): 'Ja Noċ, huwa ma huwiex minn niesek; huwa (kien bniedem ta') għemil mhux tajjeb, u għalhekk la titlobnix dak li dwaru ma għandekx għarfien. Qiegħed inwissik biex ma tkunx mill-injurantif
  47. Qal (Noċj: ''Sidi, jiena nistkenn. fik, li ma mmurx nitolbok dak li dwaru ma għandix għarfien. U jekk ma taħfirlix u ma tħennx għalija, inkun mit-tellifin)
  48. U ntqal: Ja. Noċ, inżel (mill-arka) bis-sliem mingħandna, u barkiet ikunu fuqek u fuq ġnus (fi għad. joħorġu) minn dawk li jinsabu miegħek. Iżda hemm ġnus (ħżiena) li se nħalluhom igawdu (għal xi żmien), imbagħad imisshom kastig ta' wġigħ mingħandna (fl- Infern)
  49. Dawk huma xi ftit mill-ġrajjiet mistura li Aħna nnebbħulek (Muħammad, u ngħallmuk), għaliex la inti ma kont tafhom, u lanqas niesek, qabel (ma tniżżel) dan (il-Qoran). Mela stabar (u oqgħod għall-amar ta' Alla lilek: li xxandar. l-Islam). Tabilħaqq li fl-aħjar) tmiem huwa ta' dawk li jibżgħu minn Alla
  50. U għand (il-ġens ta') Għad (bgħarna) lil ħuhom Hid. Huwa qal: 'Ja niesi, qimu lil Allat Ma għandkomx alla (ieħor) għajru. Intom. qegħdin. taqilgħu. biss. minn żniedkoml
  51. Ja niesi, ma qiegħed nitlobkom ebda ħlas ta' din (il- ħidma. tiegħi fostkom, għaliex) ħlasi. ma huwiex għajr mingħand dak li ħalaqni. Jaqaw ma tifhmux
  52. Ja niesi, itolbu l-maħfra ta' Sidkom, imbagħad duru lejh (bl-indiema). Huwa jibgħat is-sema fuqkom b'xita qawwija, u jżid qawwitkom. b'(aktar) qawwa. U la tagħtux daharkom (lil din it-twissija), u tkunu ħatjin
  53. Humaqalu: 'Ja Hud, inti ma ġejtna b'ebda sinjal ċar (/i juri li inti tassew Profeta ta' Alla, u għalhekk) m'aħniex se nitilqu l-allat tagħna minħabba l-kelma tiegħek, u lanqas ma nemmnuk
  54. (Aħna qegħdin ngħidu. biss li xi allat tagħna aktarx) għamlulek xi deni (li ġennek). 7) Huwa qalfilhom): 'Jiena nsejjaħ lil Alla b'xhud, u intom (ukoll) ixhdu li jiena ħieles minn dawk (l-allar kollha) li intom ixxierku
  55. miegħu. Mela onsbuni (kemm tridu), ilkoll kemm intom (flimkien ma' l-allat tagħkom, u araw kif se teqirduni), u ta tagħtunix żmien
  56. Jiena ħallejt f'idejn Alla Sidi u Sidkom (għaliex il-bnedmin kollha huma tiegħu). Ma hemm ebda ħliqa (fuq l-art) li Huwa ma jaqbadx minn beżbużitha (u jaħkimha). Sidi huwa tabilħaqq fi triq dritta (u jagħti lil kulħadd dak li ħaqqu)
  57. U jekk tagħtu daharkom (għaliex ma rridux tisimgħu), jiena (għallinqas) wassaltilkom dak li ntbagħatt bih għandkom. U Sidi (imbagħad jeqridkom u) iġib ġens ieħor flokkom, u intom (minkejja li-xxierku allat oħra miegħu) Xejn ma. tistgħu tagħmlulu ħsara. Sidi tabilħaqq iħares lil kollox (u lil kulħadd mill-ħsara)
  58. U meta ġie l-amar tagħna (u kien wasal il-kastig tar-riħ qawwi. li: qeridhom), ħlisna. lil Had u lil dawk miegħu li emmnu, bi ħniena mingħandna, u ħlisniehom minn kastig iebes
  59. Dak (kien il-ġens ta'j Għad: huma ċaħdu s-sinjali ta' Sidhom, m'obdewx lill-Mibgħutin tiegħu, u mxew fuq l-amar ta' kull tirann ta' rasu iebsa)
  60. U f'din id-dinja (kellhom) saħta. li mxiet warajhom, u (baqgħet magħhom saħansitra sa) Jum il-Qawmien. Tabilħaqq li Għad ċaħdu lil Sidhom. Mela ħalli jkun Għad, ġens Had, 'il bogħod (minni, misħut u meqrudji)
  61. U għand (il-ġens ta') Tamid (bgħarna) lil ħuhom SAliħ. Huwa qal: ''Ja niesi, qimu lil Alla; ma għandkomx alla (ieħor) għajrul Huwa li ħalaqkom mill-art, u qabbadkom biex tgħammru fiha. Mela fissa) itolbuh maħfra u duru lejh (bl- indiema). Tabilħaqq li Sidi huwa qrib u jwieġeb (il-ħtiġijiet tagħkom)
  62. (Huma qalu/lu): 'Ja-Saliħ, qabel ma (seħħ). dan, inti kont fostna (bħala bniedem) li konna nittamaw fih (imma issa qtajna jiesna minnek). Jaqaw qiegħed iżommna milli nqimu dak li kienu jqimu missirijietna/ Aħna tassew ninsabu f'dubju u bejn ħalltejn dwar dak li qiegħed issejħilna għalih
  63. Huwa qal(i/hom): ''Ja niesi, x'taħsbu 2 Jekk jiena għandi xhieda ċara minn Sidi, u tani ħniena mingħandu (li hija l- profezija), min jaqbeż għalija quddiem Alla jekk ma nobdihx (u ma nxandarx dak li bagħatni bih) 2 U (jekk biex nagħġobkom, ma nagħmilx dmiri magħkom) x'se tkunu żidtuni, għajr fit-telfien
  64. Janiesi, din hija l-ġemla ta' Alla, sinjal għalikom. Mela ħalluha tiekol (u tixrob ħielsa) f'art Alla, u la tmissuha b'ebda ħsara, inkella jeħodkom (għal għarrieda) kastig (li jinsab) til-qrib
  65. Iżda huma qatluha u (Sàa/iħ) qal(ilhom): ''Gawdu f'darkom għal tlett ijiem (oħra biss, imbagħad taraw il- kastig ġej fuqkom.) Dik wegħda li ma titgiddibx
  66. U meta ġie l-amar tagħna (bil-kastig), ħlisna lil Saliħ u lil dawk miegħu li emmnu, bi ħniena mingħandna, mill- għajb ta' dakinhar. Tabilħaqq li Sidek huwa l-Qawwi, il- Felħan
  67. U lil dawk li-għamlu l-ħażen ħadhom (għal għarrieda) ħoss qawwi (li ħasadhom), u mas-sebħ kienu mixħutin. (fl-art, mejtin) fi djarhom
  68. bħallikieku (qatt) ma għexu fihom. Tabilħaqq li (nies) Tamiid ċaħdu lil Sidhom. Mela ħalli jkunu (nies) Tamiid żil bogħod (minn Alla, misħutin u meqrudin)l
  69. Il-Mibgħutin tagħna ġew għand Abraham bil-bxara t- tajba, u qalu(/u): 'Sliemi' Qal(i/hom): ''Sliem/' u ma damx ma ġabfilhom) għoġol mixwi
  70. U meta ra li ma middux idejhom fuqu (l-ikel), għajnu għokritu minnhom, u ħass biża' minħabba fihom. Huma qaluflu): 'La tibżax, (għaliex aħna anġli u. ma niklux ikelji Aħna. mibgħutin għand nies: Lot. (biex neqirduhom)
  71. U martu (Sara) kienet wieqfa (fil-qrib, wara purtiera) u daħket. U tajnieha l-bxara dwar (it-twelid ta') Iżakk, u wara Iżakk (jitwieled) Ġakobb
  72. Hija qalet (mistagħġba): ''Jaħasra għalijat Se nwelled meta jiena xjaħt, u dan żewġi huwa xiħ 7 Din tassew ħaġa ta' l-għaġebl
  73. (Qalufiha l-Mibgħurin): 'Qiegħda tistagħġeb bl-amar ta' Alla (meta taf li-Huwa fuq kollox Sergħan)' Il-ħniena ta' Alla u l- barkiet tiegħu jkunu fuqkom, ja nies id-dar fta' Abraham). Huwa tabilħaqq jistħoqq kull tifħir, u Kollu Sebħi
  74. U meta l-biża' ħalla lil Abraham (għaliex fehem li dawk in-ries kienu tabilħaqq anġli ta' Alla), u' (meta) ġietu l-bxara t-tajba (dwar it-twelid ta' Iakk), huwa ħaqqaqha magħna dwar nies Lot (għaliex: ried (i lil-dawn jingħatalhom aktar żmien biex forsi jindmu u jitolbu maħfra)
  75. Tabilħaqq li Abraham kien idum ma jagħdab, wisq ħanin (mar- nies l-oħra, jibża' għalihom), u niedem
  76. (L-anġli qalulu): Ja Abraham, ħallik minn dan (u roqgħodx taqbeż għal nies Lot). Tabilħaqq għadu kif ġie l-amar ta' Sidek, u fuqhom tassew ġej kastig li ma. jinżammx lura (rrinnhom, u se. jinqerdu)
  77. U mela l-Mibgħutin (l-anġli) tagħna ġew għand Lot, huwa tnikket għalihom (għaliex ħasibhom bnedmin bħall-oħrajn u beża' li niesu kienu se jabbużaw minnhom) u ħass id-diqa minħabba fihom (għaliex ma setax iħarishom mill-ħażen ta' niesu), u qal: Dan jum tal-biża' f
  78. U niesu ġew mgħaġġlin għandu (għaliex riedu jidinbu mal- barranin li kienu għadhom kif waslu għand Lot), u. qabel kienu (ilhom) jagħmlu għemejjel ħżiena. Qalilhom (Lor): 'Ja niesi, dawn il-bniet tiegħi (li jgħixu miegħi f'din. il-belt) huma aktar satja. għalikom. (u jixirgulkom aktar). Mela ibżgħu minn Alla, u la twaqqgħunix fil-għajb (bi mġiba ħażina) mal-mistednin tiegħi. Jaqaw fostkom ma hemmx raġel (wieħed) bil-għaqal
  79. Qalu: 'Inti taf li ma għandniex jedd fuq il-bniet tiegħek (għaliex m'aħniex miġbudin lejn in-nisa), u inti tassew taf dak li rridu, (irġiel bħalna)
  80. (Qalfilhom. Lor): 'Mhux. li kelli. l-qawwa. kontrikom, jew (għallinqas) li nistkenn għand (xi ħadd b'saħħtu li jkunti bħal) xi rokna qawwijaf
  81. U (il-Mibgħutin) qalu: 'Ja Lot, aħna l-Mibgħutin ta' Sidek. (Mela serraħ rasek għaliex) ma humiex se jaslu sa għandek (u ma humiex se jagħmlulek denijL Mela (issa) itlaq bil-familja tiegħek, f'ħin minn tal-lejl (li baqa'), u (ara li) ħadd minnkom ma jħares lura, ħlief martek, għaliex se jmissha dak (il-kastig). li jmiss lilhom. Tabilħaqq li l-ħin imwiegħed (għa//-kastig) tagħhom huwa għodwa jadiw-Egħadwa tie ħijiex fil-qibr
  82. U meta ġie l-amar tagħna (u wasal il-kastig, il-bliet) għamilniehom ta' taħt fuq, u niżżilna fuqhom xita ta' ġebel ta' fuħħar iebes, saff fuq saff
  83. (kull waħda) imnaqqxa (u mibgħuta) minn Sidek, u (dan il-ġebel) ma huwiex 'il bogħod mill-ħżiena
  84. U għand (il-ġens ta') Madjan (bgħarna) lil ħuhom Xugħajb. Huwa qal: 'Ja niesi; qimu lil Allat Ma għandkomx alla (ieħor) għajru, La tnaqqsux fil-kejl u l- użin (kif tħobbu tagħmlu). Jiena tabilħaqq narakom li ma jonqoskom xejn, iżda tassew nibża' li (jekk m'intomx se tibdlu ħajjitkom) se jkollkom il-kastig ta' Jum li jdawwarkom minn kullimkien (hekk li ħadd ma jaħrab minnu)
  85. Janiesi, agħtu kejl u wżin sħiħ, bil-ħaqq, u la ċċaħħdux lin-nies dak li hu tagħhom' La tagħmlux ħażen fuq l-art bil-ħsara tagħkoml
  86. Dak. (il-ġid xieraq) di Alla ħallielkom huwa aħjar għalikom (minn dak li tiksbu bil-qerq), jekk. intom temmnu. Jiena m'iniex għassies fuqkom (u dmiri, bħala Mibgħut ta' Alla, huwa biss li niftħilkom għajnejkom biex taraw is-sewwa u l-ħaqq)U
  87. (Qalfulu bi tkasbir): 'Ja Xugħajb, jaqaw it-talb tiegħek qiegħed jamarlek biex inħallu dak li kienu jqimu missirijietna, jew li (ma nibqgħux) nagħmlu li rridu b'ġidna 7. Inti tabilħaqq dak li jdum. ma jagħdab, u bil- għaqal
  88. Qal(ilhom): 'Ja niesi, x'taħsbu 7 Jekk għandi xhieda ċara minn Sidi (bis-saħħa tal-profezija), u tani għajxien tajjeb mingħandu, (jaqaw ma huwiex (dmiri li nħeġġiġkom titilqu l-allat foloz tagħkom) 2 Jiena ma rridx li nagħmel minn wara daharkom dak. li qiegħed inżommkom lura minnu. Jiena rrid biss li, kemm nista', (inġib). it-titjib (fil-qagħda tagħkom, biex timxu 'l quddiem). U s-suċċess. tiegħi (f'dan) huwa biss b'Alla. F'idejh ħallejt, u lejh indur bl-indiema
  89. Ja niesi, la tħallux il-mibegħda tagħkom: kontrija twassalkom li jmisskom dak (il-kastig) li mess-lil-nies Noċ, jew nies Hid, jew nies Saliħ. U (kunu afis 1i) nies Lot ma humiex 'il bogħod minnkom (u għalhekk tistgħu taraw xi ġralhom u tieħdu tagħlima)
  90. Itolbu l-maħfra mingħand Sidkom, imbagħad. duru riedmin lejh' Sidi tabilħaqq Ħanin u Kollu Mħabba
  91. Qalufhij: 'Ja Xugħajb, aħna ma nifhmux wisq minn dak li qiegħed tgħid, u tabilħaqq qegħdin: narawk dgħajjef fostna. Li ma kienx minħabba (li nirrispettaw ħafna). lill-familja tiegħek, konna. diġà ħaġġariek, (Barra minn hekk) m'intix għażiż għalina (u lanqas ma għandek ebda setgħa fuqna).' f
  92. Qal (Xugħajb): 'Ja niesi, jaqaw il-familja tiegħi hija egħżeż għalikom: minn. Alla 7 Intom: xħettuh. wara daharkom (ic ċħadtuh u nsejtuh għal: kollox). Sidi tabilħaqq jaf sewwa b'dak li tagħmlu
  93. Ja niesi, (ibqgħu) agħmlu kif tafu (fl-injuranza kbira tagħkom): jiena nagħmel (dak (i jitlob minni l-Islam), u se tkunu tafu min jiġih kastig li jagħmillu għajb, u min huwa giddiebl Mela stennew (ħalli taraw x'se jiġri ninnkon)); jiena nistenna magħkom
  94. U meta ġie l-amar tagħna (u kien wasal. il-kastig), ħlisna lil Xugħajb u lil dawk li emmnu miegħu, bi ħniena mingħandna. U lill-ħżiena ħadhom (għa/ għarrieda) il- ħoss qawwi, u mas-sebħ kienu mixħutin (fl-art, mejtin) fi djarhom
  95. (bħallikieku fgatt): ma' għexu fihom, Mela ħalli jkun (ġens) Madjan 'il bogħod (minn Alla, misħur u meqrud), bħalma tbiegħed (ġens) Tamidl
  96. U bgħatna il-Mosċ bis-sinjali tagħna u b'setgħa ċara
  97. għand il-Fargħun u kbaratu, iżda huma mxew fuq l-amar tal-Fargħun, u l-amar tal-Fargħun ma' fihx. għaqal (i jwassal għat-telfien)
  98. Huwa għad jimxi quddiem niesu f'Jum il-Qawmien U. jwassalhom san-Nar. Ta' għajb ikun l-imkien li jaslu fih
  99. F'din (id-dinja) u f'Jum il-Qawmien għandhom. saħta timxi warajhom. Ta' għajb l-għotja li jingħataw (l ma hijiex għajr is-saħta)
  100. Dawn. huma xi ftit mill-ġrajjiet ta' l-ibliet li: Aħna ngħidulek (Muħammad) dwarhom: hemm (bliet) minnhom li għadhom wieqfa (sal-lum, minkejja li nieshom inqerdu) u (oħrajn) inħasdu (minn wiċċ id-dinja, flimkien ma' nieshom, bil-kastig li laqathom, u ġew fix-xejn)
  101. Mhux Aħna li nqasna lejhom. iżda kienu huma li naqsu lejhom infushom (bit-twemmin fieragħ tagħhom fl-allat), u l-allat tagħhom, li huma jsejħu minflok lil Alla, ma swewlhom xejn meta ġie l-amar ta' Sidek (li huwa l-kastig, anzi) ma żiduhomx għajr fit-telfien (u l-qerda)
  102. Hekk hija l-qabda (gerrieda) ta' Sidek meta (fl-għadab kbir tiegħu) jaqbad l-ibliet fil-ħażen tagħhom (u jagħmel ħaqq minnhom). Il-qabda tiegħu tabilhaqq ta' wġigħ u qalilal
  103. Tabilħaqq li f'dawn (il-ġrajjiet kollha li ssemmew) hemm sinjal (u tagħlima kbira) għal min jibża' mill-kastig (fil- Ħajja) l-Oħra. Dak huwa Jum li n-nies jinġemgħu għalih (biex isir ħaqq minnhom); dak huwa Jum li (kulħadd għad) jixhed għalih
  104. M'Aħniex se nħalluh (dak il-Jum) għal ħin ieħor, jekk mhux għal żmien magħdud
  105. Fil-Jum meta jasal, ebda ruħ ma titkellem għajr bir-rieda tiegħu. (Fost il-bnedmin miġbura għall-Ġudizzju) ikun hemm minnhom li jkun imnikket, u minnhom li jkun ferħan
  106. U dawk li jkunu mnikktin ikunu fin-Nar: fih hemm it- tnehid (b'nifs qawwi), u l-ilfiq
  107. Fih jgħammru għal dejjem; sa ma jdumu s-smewwiet u l- art, ħlief kemm irid Sidek. Sidek tabilħaqq jagħmel li jrid
  108. U dawk (wisq) ferħanin ikunu fil-Ġenna, u fiha jgħammru għal dejjem, sa ma jdumu s-smewwiet u l-art, ħlief kemm irid Sidek; (din tkun) għotja bla waqfien
  109. Mela la-tkunx bejn ħaltejn fuq dak (il-qerġ) li dawn (in-nies pagani) iqimu. Huma ma jqimux għajr dak li missirijiethom qiemu qabel. Aħna tabilħaqq nagħtuhom il-ħlas sħiħ tagħhom (/i huwa l-kastig), mhux imnaqqas
  110. Aħna tassew tajna l-Ktieb lil Mosċ, u ma kienx hemm qbil fuqu. Li kieku mhux għal Kelma li laħqet (ingħatat) minn Sidek (li jħalli l-ħlas mistħoqq lil kulħadd għall- Aħħar Jum), kieku diġà sar ħaqq minnhom. (fid-dinja sies). Huma (nies Qurajx) tassew jinsabu f'dubju (li jħallihom) bejn ħalltejn (dwar il-Qoran)
  111. Sidek tabilħaqq se jagħtihom ħlas sħiħ, lil-kulħadd (tajbin. u ħżiena), ta' l-għemejjel tagħhom. Huwa tabilħaqq jaf sew b'dak li jagħmlu
  112. Mela'żomm fit-triq it-tajba, kif kien l-amar li ngħatajt (Muħammad, int) u min, miegħek, idur bl-indiema (lejn Alla), u la taqbżux il-limiti (iffissati minn Alla)l Huwa tabilħaqq jara sew dak li tagħmlu
  113. La toqogħdux fuq dawk li jagħmlu l-ħażen, għaliex (inkella) imisskom in-Nar, u ma għandkomx ħbieb (biex jaqbżu għalikom u jħarsukom) għajr Alla, u lanqas ikollkom l-għajnuna
  114. U agħmel it-talb (Muħammad) fiż-żewġt itruf tan-nhar (fis-sebħ u wara. nofsinhar) u' fil-bidu tal-lejl. L- għemejjel tajba tabilħaqq ixejnu lill-ħżiena. Din hija tifkira għal dawk li jiftakru (dejjem f'Alla)
  115. U stabar (Muħammad), għaliex Alla tassew ma jtellifx il-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb
  116. Mhux li kien hemm, fost. il-ġenerazzjonijiet ta' qabilkom, min kien baqagħlu (xi fżir għerf), li ma kienx iħalli (issir) ħsara fuq l-art, ħlief għal ftit minnhom (li għamlu hekk u) li konna ħlisna. Iżda dawk li għamlu l- ħażen imxew fil-ħajja komda (u ta' tgawdija) li ngħatatilhom, u kienu ħatjin
  117. Sidek ma kienx jeqred il-bliet għalxejn b'xejn, filwaqt li nieshom kienu jagħmlu l-ġid
  118. Li kieku ried, Sidek kien jagħmel lin-nies kollha ġens wieħed (b'reliġjon waħda li hija l-Islam), iżda huma għadhom ma jaqblux bejniethom
  119. ħlief dawk (minn nies is-sewwa) li Sidek ħenn għalihom. U għal dan ħalaqhom (biex ikun hemm minnhom li jitħallsu bil-Ġenna u oħrajn bl-Infern). U Kelmet Sidek tilħaq il-milja tagħha: 'Nimla tabilħaqq l-Infern bil-ġżn u n-nies, ilkoll flimkient
  120. Aħna ngħidulek kollox dwar il-ġrajjiet tal-Mibgħutin dak li bih inqawwulek qalbek. F'dawn (il-ġrajjiet) ġiek is-sewwa, twissija u tifkira lil dawk li jemmnu
  121. Għid (Muħammad) lil dawk li ma jemmnux: ''Agħmlu kif tafu (fl-injuranza kbira tagħkom): aħna nagħmlu (dak li jitlob minna l-Islam)
  122. U stennew (ħalli taraw x'se jiġri minna); aħna wkoll nistennew (biex naraw il-kastig ikrah li ġej fuqkom)
  123. Ta' Alla huma l-ħwejjeġ mistura tas-smewwiet u l-art, u għandu terġa' lura l-kwistjoni kollha (għall-ħaqq tiegħu). Mela agħtih qima u ħalli f'idejhl Sidek ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu