12.Joseph
- Alif. Lam. Ra'. Dawn huma l-versi tal-Ktieb (li fih kollox huwa mfisser b'mod) mill-aktar ċar
- Aħna niżżilnieh Qoran (bl-ilsien) Għarbi biex forsi tifhmu (li l-Awtur tiegħu ma huwa ħadd ħlief Alla; Sid il- bnedmin)
- Aħna ngħidulek (Muħammad) l-aħjar ġrajjiet meta qegħdin innebbħuk dan il-Qoran, u tabilħaqq li qabel kont minn dawk li ma kinux jafu (bih)
- Meta Ġużeppi qal lil-missieru (Ġakobb): 'Missier (f'ħolma) jiena rajt ħdax-il kewkba, u x-xemx u l-qamar rajthom mixħutin quddiemi (jagħtuni ġieħ)
- Qal (missieru): 'Ibni, la tgħidx lil-ħutek b'dak li rajt, li ma jdaħħlukx f'xi nasba (u, fl-għira tagħhom għalik, joqtluk). Ix-Xitan tabilħaqq huwa għadu fil-beraħ tal- bniedem
- Hekk Sidek jaħtrek, jgħallmek. it-tifsir tal-ġrajjiet, u jġib fil-milja tagħha l-grazzja tiegħu fuqek u fuq nies Ġakobb, bħalma. qabel kien ġab il-milja tagħha fuq missirijietek Abraham u Iżakk. Sidek tabilħaqq jaf kollox u Għaref
- Tassew li f'Ġużeppi u (fil-ġrajja tiegħu ma') ħutu hemm sinjali għal dawk li jfittxu (is-sewwa)
- Meta (l-aħwa ta' Ġużeppi) qalu: ''Tassew li Ġużeppi u J ħuh (Benjamin) huma egħżeż għal missiera minna, għalkemm aħna ġemgħa qawwija (mhux bħal dawn iż- żewġ dgħajfin). Missierna tabilħaqq imħawwad sew (biex: qiegħed jippreferi lil dawn)i
- Oqtlu lil Ġużeppi, jew keċċuh f'art (oħra, imbiegħda), biex ħsieb missierkom ikun fuqkom biss, u wara dan (kollu, tindmu minn ħtijietkom u) tkunu nies ġustil
- Wieħed minnhom (Ġuda, l-akbar fost l-aħwa) qal (lil ħutu): 'La toqtlux lil-Ġużeppi, iżda ixħtuh f'qiegħ il- ġiebja, (hekk li) min ikun għaddej, jiġbru jekk (daħħaltuha f'raskom li) tridu tagħmlu(lu xi ħaġa biex teħilsu minnu)U
- Huma qalu: ''Missier, għaliex ma tafdalniex lil Ġużeppi, meta aħna rridulu l-ġid
- Għada ibagħtu magħna biex jgħaddi ż-żmien u jilgħab, u (serraħ rasek għaliex) aħna nieħdu ħsiebul
- (Qalfi/hom missierhom): ' Tabilħaqq nitnikket li kellkom tmorru. bih, u nibża' li jieklu xi lupu meta intom ma tkunux moħħkom fih (minħabba l-logħob tagħkom)
- Huma qalu: 'Li kieku l-lupu kellu jieklu, meta aħna ġemgħa qawwija, mela (inkunu) tellifin (aħna wkoll) f
- U meta marru bih, qablu Ikoll li jqegħduh f'qiegħ il- ġiebja. U Aħna nebbaħnieh (b'dan li ġej): 'Tabilħaqq li (jasal il-jum meta). tħabbrilhom dan l-għemil (ikrah) tagħhom, meta huma ma jintebħux (min int)
- Imbagħad filgħaxija ġew jibku għand missierhom
- Qalu: 'Missierna, aħna morna ntellqu, u ħallejna. lil Ġużeppi ma' ħwejjiġna, u kielu l-lupu. M'intix se temminna, għalkemm qegħdin ngħidu s-sewwa
- U ġabu l-qmis tiegħu (imċappsa) b'demm. falz. Qalilhom): 'Le, (ma huwiex kif qegħdin tgħidu), iżda intom infuskom tħajjartu tagħmlu xi ħaġa. Is-sabar (f'dan il-ħin ta' niket) huwa xieraq, u mingħand Alla (biss nitlob) l-għajnuna (dwar) dan li qegħdin tgħidu
- U ġiet karovana u bagħtu (/ejn il-ġiebja) lil-min itella' l-ilma. Dendel il-barmil tiegħu (x mera ra lil Ġużeppi mqabbad mal-ħabel, stagħġeb ħafna u) qal: 'Xi bxara tajba dinl Dan tfajjelt' U ħbewh mal-merkanzija, u Alla kien jaf kollox b'dak li kienu qegħdin jagħmlu
- Huma bigħuh bi prezz irħis, xi ftit biċċiet tal-fidda, u qisuh li ma jiswiex wisq
- U l-Eġizzjan li xtrah qal lil martu: 'Ġiblu ġieħ (lif dan Ġużeppi). waqt li qiegħed hawn (magħna; min jaf) jista' jkun ta' fejda għalina, jew inrabbuh qisu kien l-iben tagħna (għaliex bqajna bla tfal): 7 Hekk. saħħaħna lil Ġużeppi fl-art (ta' l-Eġittu), u biex ngħallmu it-tifsir tal- ġrajjiet (fil-ħolm). Alla għandu ħakma fuq kollox, iżda ħafna min-nies ma jafux (dan)
- Meta (Ġużeppi) kien fl-aħjar tiegħu (ta' tletin sena), tajnieh id-dehen u l-għerf. Hekk inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjeb
- Iżda dik li (Ġużeppi) kien qiegħed f'darha (il-mara ta' sidu l-Eġizzjan) ippruvat twaqqgħu (fid-dnub). Hija għalqet il-bibien u qalet: SEjjaf' Qal(i/ha Ġużeppi): 'Alla ħaresl Sidi (fi huwa żewġek) laqagħni tajjeb għandu fu m'iniex se nħallsu b'ħaġa kerha bħal din)l Il-ħżiena ma joħorġux rebbiħin
- Hija xtaqitu (b'qalbha kollha), u huwa (ta' bniedem li kien) kieku kien jixtieqha, li mhux għaliex ra l-prova ċara ta' Sidu (li ħelsiru minn dak it-tiġrib kbir). Hekk (għamilna biex) inwarrbu minn fuqu l-ħażen u x-xewqat taħxija. Huwa tabilħaqq fost il-qaddejja leali (ur safjin) tagħna
- Huma t-tnejn ġrew lejn il-bieb, (huwa biex jaħrab minnha, u hija biex iżżommu ġewwa), u qattgħetlu l-qmis minn wara, (u f'dak il-ħin) Sabu (ma' wiċċhom) lil sidha fil-bieb. Hija qalet: 'X'għandu jkun il-ħlas ta' dak li ried id-deni lil martek, jekk mhux li jintefa' f'ħabs, jew (jieħu) kastig ta' wġigħ
- Qal (Ġużeppi): 'Hija ppruvat twaqqagħnil' Wieħed minn niesha xehed u qal: 'Jekk il-qmis tiegħu tqattgħet minn quddiem, mela hija qiegħda tgħid is-sewwa, u huwa mill-giddibin
- Iżda jekk il-qmis tiegħu tqattgħet minn wara, mela hija ġidbet, u huwa minn dawk li jgħidu s-sewwa
- U meta (sid Ġużeppi) ra l-qmis tiegħu mqattgħa minn wara, qal: ''Dan tabilħaqq (ġej) mill-qerq tagħkom in- nisa. Tassew kbir il-qerq tagħkoml
- Ġużeppi, insa dan (li ġara, u' titkellem ma' ħadd dwaru)l U inti (mara) itlob maħfra għal dnubek. Tabilħaqq li inti fost il-ħatjin
- Xi nisa fil-belt qalu: ''Il-mara tal-kbir ippruvat twaqqa' lill-qaddej tagħha. Hija xegħlet bl-imħabba għalih. Aħna tabilħaqq qegħdin narawha f'telfien mill-aktar ċar
- U meta semgħet it-tnassis tagħhom, hija bagħtet għalihom, ħejjitilhom fejn jintasbu (għall-ikla), u tat lil kull waħda minnhom sikkina, u qalet (fil Ġużeppi): Oħroġ quddiemhomi' Meta rawh, faħħruh (minħabba l- ġmiel tiegħu, u fid-dehxa li ħakmithom) qatgħu idejhom, u qalu: ''Alla ħarisnal Dan ma huwiex bniedem Dan ma huwiex għajr anġlu mill-aqwaf
- Hija qalet: 'Dak huwa li intom kontu tlumuni dwaru; ippruvajt inwaqqgħu, kontra r-rieda tiegħu, iżda żamm iebes. U jekk (issa) ma jagħmilx dak li ngħidlu, żgur li jintefa' fil-ħabs u jkun (jitqies) mal-baxxif
- Huwa (talab u) qal: ''Sidi, il-ħabs huwa egħżeż għalija minn dak li qegħdin isejħuli għalih, u jekk ma twarrabx minni l-qerq tagħhom, għandi mnejn inmil lejhom (bix- xewqa tal-ġisem, ta' bniedem. tad-demm u l-laħam li: jien), u nkun fost l-injuranti
- U Sidu (il-Mulej Alla) semgħu (fit-talb: tiegħu), u warrab minnu l-qerq tagħhom. Huwa tabilħaqq li jisma' kollox u jaf kollox
- Imbagħad wara li (l-Eġizzjani) raw is-sinjali (li Ġużeppi kien bla ħtija) dehrilhom li (ikun aħjar jekk) jitfgħuh fil- ħabs għal xi żmien
- U miegħu fil-ħabs daħlu żewġ żgħażagħ, u wieħed minnhom qal: 'Jiena rajt lili nnifsi (f'ħolma) nagħsar l- inbid;' u l-ieħor qal: ''Jiena rajt lili nnifsi (f'ħolma) inġorr xi ħobż fuq rasi, u t-tjur jieklu minnu. Ħabbrilna t-tifsira ta' dan, għaliex aħna tassew qegħdin naraw li inti minn dawk li jagħmlu t-tajjeb
- Huwa qal(ilhom): ''Ma jiġikomx ikel li jingħatalkom (ta' kuljum) li ma' nħabbrilkomx. x'inhu. qabel ma jiġikom. Dan huwa minn dak (l-għerf) li għallimni Sidi. Jiena ħallejt it-twemmin (falz) ta' nies li ma jemmnux f'Alla u li jiċħdu (il-Ħajja) l-Oħra
- Jiena nimxi fuq it-twemmin ta' missirijieti Abraham, Iżakk u Ġakobb (li Ikoll kienu Profeti ta' Alla). Aħna (il- Mibgħutin tiegħu) ma jixirqilna (qatt) inxierku xejn (u lil ħadd) ma' Alla. Dak minħabba t-tjieba ta' Alla fuqna (li għażilna Profeti tiegħu) u fuq in-nies (l-oħra), iżda ħafna. min-nies ma jiżżux ħajr
- Ja sħabi. t-tnejn tal-ħabs, (nixtiegkom 1għiduli jekk) humiex. aħjar. ħafna. (allat u) sidien maqsumin bejniethom, jew Alla, il-Wieħed, li jista' għal kollox
- Intom ma tqimux, minfloku, ħlief ismijiet (fiergħa) li intom u missirijietkom semmejtu, u li Alla ma kien niżżel ebda setgħa għalihom. Il-Ġudizzju huwa ta' Alla biss. Huwa amar li ma tqimux għajr lilu. Dan huwa d-din tas- sewwa, iżda ħafna min-nies ma jafux
- Jassħabi t-tnejn tal-ħabs, wieħed minnkom it-tnejn (se joħroġ qawwi u sħiħ mill-ħabs u) se (jerġa jibda) jisqi l- inbid lil Sidu, iżda l-ieħor se jissallab, u t-tjur se jieklu minn rasu. (Hekk) inqatgħet il-kwistjoni li qegħdin tistaqsu dwarha
- U (Ġużeppi) qal lil dak minnhom it-tnejn li kien jaf li kien ħieles (mill-mewr): 'Semmini ma' sidek (is-sultan, meta toħroġ mill-ħabs, forsi jiena wkoll noħroġ minn hawn ġew).' Iżda x-Xitan nessieh li kellu jsemmih ma' sidu, u (Ġużeppi) baqa' fil-ħabs għal xi snin (oħra)
- Is-sultan (ta' l-Eġittu) qal: 'Jiena rajt (f'ħolma) seba' baqriet smien jikluhom seba' (baqriet) magħluba, u seba' sbuliet ħodor u (sebgħa) oħra niexfa, Ja kbarat (tiegħi), fissruli dan li rajt fil-ħolma tiegħi, jekk tassew tafu tfissru l-ħolm
- (Qaluflu): ''Taħwida sħiħa ta' ħolm ( 17 ma jfisser xejnji Aħna ma nafux kif infissru l-ħolm)
- Dak (iż-żagħżugħ) miż-żewġ (ħbieb ta' Ġużeppi) li kien ħeles (mill-ħabs), u li wara xi żmien kien ftakar (f'dak li talbu Ġużeppi), qal(ilhom): 'Jiena nħabbrilkom it-tifsira ta' dan (i s-sultan ra fil-ħolm). Ibagħtuni (fil-ħabs għand Ġużeppiji)
- (Fil-ħabs, huwa qal:) 'Ġużeppi, ja bniedem tas-sewwa, fissrilna. (din. il-ħolma dwar) seba' baqriet smien. li jikluhom seba' baqriet magħlubin, u seba' sbuliet ħodor u (sebgħa) oħra niexfa. B'hekk inkun nista' mmur lura għand in-nies (tiegħi), biex forsi jsiru jafu
- Qal (Ġużeppi): ''Għal seba' snin tiżirgħu bla waqfien, u dak li taħsdu ħalluh fis-sbul tiegħu (biex ma jsewwisx), għajr għal ftit minnu biex tieklu (issa mine)
- Imbagħad wara dan jiġu seba' snin ibsin (ta' nixfa kbira), li jieklu dak kollu li kontu rfajtu għalihom, għajr għal ftit li żżommu maħżun (biex terġgħu riżirgħuh)
- Imbagħad tiġi, wara dan, sena li matulha n-nies ikollhom l-ilma (korra), u matulha (ukoll) jagħsru fiż- żejt u l-għeneb
- Qal is-sultan: ''Ġibuhuli (lil Ġużeppi)f' Iżda meta l- mibgħut (tas-sultan) ġie għandu, (Ġużeppi) qal(lu): Erġa' lura għand sidek u staqsih x'ġara min-nisa li kienu qatgħu idejhom. Sidi tabilħaqq jaf tajjeb bil-qerq tagħhom
- Qal (is-sultan lil-dawk in-nisa): 'X'kienet din tagħkom, meta ppruvajtu twaqqgħu lil-Ġużeppif' Qalu: ''Alla ħarisnal Aħna ma rajna ebda deni minnul' Il-mara tal- kbir qalet: 'Issa deher is-sewwa Kont jiena li ppruvajt inwaqqgħu, u huwa tabilħaqq minn dawk li jgħidu u jagħmlu s-sewwat
- (Imbagħad Ġużeppi qal: ''Qiegħed ngħid) dan biex (sidi) ikun jaf li jiena ma ttradejtux bil-moħbi, u li Alla ma jġibx 'il-quddiem il-qerq tat-tradituri
- Jiena ma neħlisx lili nnifsi mill-ħtija. Ir-ruħ. tassew tamar (lill-bniedem) ħafna l-ħażen, ħlief dik ir-ruħ li jħenn (għaliha) Sidi (il-Mulej). Sidi tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin
- U qal is-sultan: 'Ġibuhulil Inżommu għalija nnifsil' U meta (Ġużeppi) kellmu, qal(lu s-sultan): Inti Hum tabilħaqq tinsab għandna, fis-sod ui fdat
- Qal (Ġużeppi): 'Qegħedni fuq l-imħażen ta' l-art (kollha ta' l-Eġittu). Jiena naf inħarishom
- Hekk saħħaħna lil Ġużeppi fl-art (ta' l-Eġittu bis- setgħa u bil-ġieħ), biex jgħix kull fejn irid fiha. Aħna nagħtu l-ħniena tagħna lil min irridu, u m'Aħniex se ntellfu l-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb
- Tassew li l-ħlas ta' l-Oħra (tal-Ħajja l-Oħra) huwa l- aħjar għal dawk li jemmnu u jibżgħu minn Alla
- U ġew ħut Ġużeppi, daħlu quddiemu u hu għarafhom. iżda huma ma għarfuhx
- U meta tahom dak li kienu jeħtieġu, qal(i/hom): ''Ġibuli lil (Benjamin) ħukom minn missierkom (iżda minn omm oħra)l Mela ma tarawx li jiena nagħti kejl tajjeb, u li jiena l-aħjar fost dawk li jilqgħu n-nies għandhom
- Jekk ma ġġibuhulix, (mil-lum 'il quddiem) ma jkollkom mingħandi ebda kejl (ta ' qamħ), u lanqas toqorbu lejjal
- Qalu (l-aħwa): ''Se naraw kif nikkonvinċu lil missieru (b'xi mod jew ieħor) dwaru, Dan tabilħaqq nagħmluhi
- U (Ġużeppi) qal lill-qaddejja tiegħu: ''Qiegħdu l- merkanzija tagħhom (li ġabu magħhom biex jibdluha ma' l-ikel) fil-ħorġiet tagħhomt Għandhom imnejn jagħrfuha meta jmorru lura għand nieshom, biex forsi jerġgħu lura (hawn fl-Eġittu)
- U meta reġgħu lura għand missierhom, (qabel ma ferħu l-ħorġier) qalu: ''Missierna, (jekk m'aħniex se nieħdu magħna lil ħuna Benjamin fl-Eġittu), se niċċaħħdu mill- kejl (tal-qamħ u se nibqgħu b'xejn). Għalhekk ibgħat magħna lil ħuna (Berjamin) biex nieħdu l-kejl tagħna, (u serraħ rasek) għaliex aħna tassew nieħdu ħsiebu
- Qal (missierhom: Ġakobb): ''Nafdakom bih bħalma qabel kont fdajtkom b'ħuh (Ġużeppi) 7 Iżda Alla huwa l- Aħjar li jieħu ħsieb (il-bnedmin), u Huwa l-Aktar Ħanin fost dawk li jħennu
- U meta fetħu s-soror tagħhom sabu li l-merkanzija tagħhom (li kienu ħadu magħhom) intraddet lilhom, u qalu: ''Missierna, xi rridu (aktar minn hekk) 2: Din il- merkanzija tagħna ntraddet lilna (mingħajr ma nafu kif. u issa nistgħu) niksbu ikel (ieħor) għal niesna, nieħdu ħsieb ħuna, u niżdiedu (fil-qmuħ u fl-ikel) daqs tagħbija ta' ġemel. Dan huwa (/assew) kejl ħafif (biex inġibuh)
- (Ġakobb) qal: ''Ma nibagħtux (lil Benjamin) magħkom qabel ma taħilfuli quddiem Alla li ġġibuhuli lura, għajr jekk. (intom stess) tkunu mdawra (mill-għedewwa u tingħelbu).' U meta ħalfulu, qal: ''Alla jixhed għal dan li ngħidul
- U qal (missierhom Ġakobb): 'Ja wliedi, la tidħlux minn bieb wieħed, iżda idħlu minn bosta bibien (biex ma tolqotkomx għajn ħażina). Jiena ma niswielkom xejn quddiem Alla. Il-ħaqq huwa biss ta' Alla, u jiena ħallejt f'idejh. U ħa jħallu f'idejh dawk (kollha) li jafdaw (f'xi ħaddji)
- U meta daħlu minn fejn kien amrilhom missierhom, (dan) ma kien swielhom xejn quddiem Alla, u (il-kliem li kien qalilhom missierhom kien) biss ħtieġa ta': Ġakobb innifsu (li xtaq li ma jiġri xejn lil uliedu, u issa dik il- ħtieġa) kien qdieha. Huwa tabilħaqq kellu l-għarfien minħabba dak li għallimnieh (bit-tnebbiħ tagħna), iżda ħafna min-nies ma jafux
- U meta daħlu quddiem Ġużeppi, laqa' għandu lil-ħuh (Benjamin). u qal(lu mingħajr ma semgħuh l-aħwa l- oħra): 'Jiena tabilħaqq ħuk, u la titnikkitx b'dak li (ħutna) kienu jagħmlu(Ina)
- U meta tahom dak li kienu jeħtieġu, huwa qiegħed it- tazza fil-ħorġa ta' ħuh (Benjamin). U dak li (xogħlu kien li) isejjaħ, għajjat (dan il-kliem): ''Intom tal-karovana, intom tassew ħallelini
- Qalu (l-aħwa), filwaqt li daru lejhom: Xi tliftu
- Qalu (il-qaddejja Eġizzjani): ''Tlifna t-tazza tas-sultan. U (Ġużeppi qal): 'Min iġibha (lura), jingħata b'tagħbija ta' ġemel. (fi qmuħ u ikel), u Jiena marbut b'dan (li qiegħed inwiegħed)
- Qalu (l-aħwa): 'Fuq Alla' Intom tafu li ma ġejniex biex nagħmlu ħsara fl-art, u li m'aħniex ħallelin
- (L-Eġizzjani) qalu: ''Xi jkun il-ħlas ta' dak (l-għemil), jekk (jinsab li) intom giddibin
- Qalu (l-aħwa): 'Il-ħlas ta' dak li (it-tazza) tinsab fil- ħorġa tiegħu (ikun li) huwa (stess jinżamm maqbud) bħala kumpens. Hekk inħallsu lill-ħżiena (skond il-liġi tagħna)
- Għalhekk (Ġużeppi) beda (ifittex) fis-soror tagħhom qabel (ina fittex) fis-sorra ta' ħuh (Benjamin), imbagħad ħariġha mis-sorra ta' ħuh. Hekk fassalna l-pjan tagħna għal Ġużeppi (biex iżomm lil ħuh miegħu). Huwa ma kienx jista' jaqbad lil ħuh bil-liġi tas-sultan, ħlief jekk Alla ried (li dan iseħħ), Aħna ngħollu fi gradi (ta' għerf u ġieħ). lil-min irridu, u fuq kull bniedem ta' għarfien hemm Dak li jaf kollox
- Qalu: 'Jekk seraq, (din ma hijiex xi ħaġa stramba għaliex) wieħed minn ħutu kien seraq qabel. (ir mingħalihom li kien Ġużeppi).' Iżda Ġużeppi żamm (dan kollu) mistur fih innifsu u ma wrihulhomx: Huwa qal (bejnu u bejn ruħu, filwaqt li fiakar. f'dak li ħutu kienu għamlulu fl-imgħoddi): ''Intom. tinsabu f'qagħda agħar (minn hekk), u Alla jaf l-aktar b'dak li qegħdin tgħidu (iu tħarrfu)
- Qalu: 'Ja ħakem, (kun af li) missieru xiħ ħafna. Mela ħu wieħed minna minflokul Aħna tabilħaqq naraw li inti minn dawk li jagħmlu t-tajjeb
- Qal (Ġużeppi): 'Alla ħares nieħdu (€ nżommu maqbud) ħlief lil dak li għandu sibna ħwejjiġna (it-tazza tas- sultan, għaliex) inkella nkunu tabilħaqq inġusti
- Meta qatgħu jieshom minnu, warrbu (minn ħdejn Ġużeppi) biex jitħaddtu bejniethom (dwar x'kellu jsir), u l-kbir fosthom (Ġuda) qal: ''Mela ma tafux li missierkom ħa l-kelma tagħkom quddiem Alla u kif, qabel (ma seħħ dan, kontu diġà) inqastu(h) minħabba (dak li għamiltu lil) Ġużeppi. Għalhekk m'iniex se nħalli (din) l-art qabel ma' missieri jħallini (nagħmel dan), jew (inkella) Alla jaqtagħha għalija (x'se jsir minni). Huwa l-Aħjar fost l- imħallfinl
- (Erġgħu lura għand missierkom u għiduf/u): 'Missierna, tassew li ibnek seraq, u ma nixhdux għajr għal dak li sirna nafu. U (meta tajniek kelmitna) lanqas ma stajna nkunu nafu l-mistur (u rza konniex nafu li Benjamin se jisraq)
- Staqsi fil-belt li konna fiha, u l-karovana li ġejna magħha, (u tara) li aħna tabilħaqq qegħdin ngħidu s- sewwa
- Qal (Ġakobb): ''Le, (mhux kif qegħdin tgħidu), iżda intom infuskom tħajjartu tagħmlu ħaġa (ħażina bħal din). Is-sabar xieraq (għalija f'dan il-ħin ta' niket). Għandu mnejn Alla jġibhomli Ikoll (lil uliedi Ġużeppi, Benjamin u Ġuda). Huwa tabilħaqq jaf kollox u Għaref
- U telaqhom (mgħaddab u mnikket għall-aħħar) u qal: SX'għali għandi għal Ġużeppil' U għajnejh bjadu bin- niket (ww bil-biki bla waqfien, hekk li ma baqax jara) u għamel wisq f'qalbu
- Qalu: 'Fuq Allal Mela m'inti se tieqaf (qafr) tiftakar f'Ġużeppi, sa ma tinfena bil-mard, jew tkun mill- meqrudin
- Qal (Ġakobb): ''Qiegħed biss nuri d-diqa u n-niket tiegħi lil Alla, u jiena naf minn Alla dak li ma tafux
- Uliedi, morru u fittxu lil-Ġużeppi u lil ħuh, u taqtgħux jieskom mit-tjieba u mill-ħniena ta' Alla, Tabilħaqq li ħadd ma jaqta' jiesu mit-tjieba u mill-ħniena ta' Alla għajr dawk li ma jemmnux
- U meta (l-aħwa waslu għand: Ġużeppi u) daħlu quddiemu, qalu: 'Ja ħakem, il-ħsara messet lilna u lil niesna (minħabba l-ġuħ u n-nixfa f'artna, hekk li issa) ftit li xejn ġibna merkanzija (għat-tpartit)j. Għalhekk (kun ħanin magħna u) agħtina kejl sħiħ, u agħmel karità magħna, Tabilħaqq li Alla jħallas lil dawk li jagħmlu karità
- Qal: 'Tafu x'għamiltu lil Ġużeppi (f'żgħożirkomi, u lil ħuh (Benjamin), fl-injuranza tagħkom
- Qalu: ''Jaqaw inti Ġużeppi 7' Qal: 'Jiena Ġużeppi u dan. ħija (Benjamin). Alla ħaseb fina (u ħelisna minn kull saram). Tassew li min jibża' minn Alla u jistabar, Alla tabilħaqq ma jtellifx il-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb
- Qalu: 'Fuq Allat Tassew li Alla għażlek u ppreferiek minna, u aħna konna tassew il-ħatjini
- Qal (Ġużeppi): ''(Ħalli ma jkun hemm) ebda ħtija fuqkom illumt Alla jaħfrilkom, u Huwa l-Aktar Ħanin fost dawk li jħennu
- Morru b'din il-qmis tiegħi, ixħtuha fuq wiċċ missieri, u jerġa' jibda jara' Imbagħad ejjew għandi b'nieskom, ilkollt
- U meta l-karovana telqet (mill-Eġittu lejn l-art ta' Kangħan), missierhom qal: 'Jiena tabilħaqq qiegħed naqbad ir-riħa ta' Ġużeppi, għalkemm intom tqisuni xiħ żmagat
- Qalu (niesu): 'Fuq Alla, inti tassew għadek fit-taħwid ta' qabel: (minħabba. l-fissazzjoni tiegħek dwar Ġużeppi)U
- Imbagħad meta ġie dak li jagħti l-bxara t-tajba, xeħetha (il-qmis) fuq wiċċu u (Ġakobb) reġa' beda jara. Qalilhom (missierhom): ''Ma għedtilkomx. li jiena naf minn Alla dak li ma tafux
- Qalu: ''Missierna, itlob' biex. dnubietna. jinħafru, (għaliex) aħna konna tassew ħatjin
- (Qalilhom): 'Se nitlob lil Sidi (il-Mulej). jaħfrilkom. Huwa tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin
- U meta (Ġakobb, uliedu, u nieshom) daħlu quddiem Ġużeppi, huwa laqa' għandu lill-ġenituri tiegħu, u qal: SIdhlu (ilkoll) fl-Eġittu mħarsin, jekk Alla jridi
- U (Ġużeppi) għolla lill-ġenituri tiegħu fuq it-tron (tal- ġieħ), u. Ikoll inxteħtu fl-art quddiemu. Huwa qal: ''Missier, din hija t-tifsira tal-ħolma tiegħi (Zi kont ħlomt). qabel (u li kont għarrafthielek), u Sidi (il-Mulej) tabilħaqq ġabha fis-seħħ. Huwa kien tajjeb miegħi meta ħariġni mill-ħabs, u (/ilkom) ġabkom mid-deżert, wara li x-Xitan kien ġab firda bejni u bejn ħuti. Sidi tabilħaqq jaħdem bil-ħlewwa u b'mod mistur. biex jilħaq dak li jrid. Huwa li jaf kollox, l-Għaref
- Sidi (il-Midej), Inti tajtni s-setgħa u għallimtni tifsir il- ġrajjiet (kif jidhru fil-ħolm). Ħallieq is-smewwiet u l-art, Inti tieħu ħsiebi f'(din) id-dinja u fl-Oħra. Ħudli ruħi meta jiena Mislem, u laqqagħni mal-ġusti
- Dawk huma xi ftit mill-ġrajjiet mistura (dwar Ġużeppi) li Aħna nnebbħulek ( Muħammad, u ngħallmuk). Inti ma kontx. magħhom: (ħut Ġużeppi) meta qatgħuha x'għandhom jagħmlu, huma u jħejju n-nasba tagħhom
- Iżda ħafna min-nies ma jemmnux, minkejja. l-ħeġġa tiegħek (Muħammad)
- Inti ma titlobx minnhom ħlas għal dan (it-tħabrik tiegħek. fosthom). Dan (il-Qoran) ma huwiex. għajr tifkira (u twissija) lill-ħolqien
- U kemm-il sinjal fis-smewwiet u fl-art (li juru li hemm Alla Wieħed) jiltaqgħu magħhom, iżda huma ma jagħtux kas (tagħhom)
- il-kotra tagħhom ma jemmnux f'Alla, ħlief meta jxierku (allat oħra miegħu)
- Jaqaw serrħu rashom li ma huwiex se-jiġi fuqhom il- kastig ta' Alla li jgħattihom (vzinni kullimkien), jew li ma hijiex se tiġi s-Siegħa għal għarrieda, mingħajr ma jintebħu
- Għid (Muħammad): ''Din triqti (u ma fiha ebda tagħwiġ). Jiena nsejjaħ (biex idduru) lejn Alla. Jiena u min jimxi warajja għandna għarfien sħiħ. Sebħ lil Allat M'iniex minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Allajf)
- Qablek. (Muħammad). ma. bgħatniex għajr irġiel li nebbaħniehom, minn nies l-ibliet, (u la bgħatna nisa u lanqas anġli jew ġinn). Jaqaw (dawk li ċaħdu t-twemmin) ma terrqux fuq l-art, u ma rawx kif kien tmiem dawk (il- ħżiena) ta' qabilhom (biex forsi jieħdu tagħlima) 7 Iżda l- Aħħar Dar hija l-aħjar għal dawk li jibżgħu minn Alla. Mela ma għandkomx għaqal (biex tifhmu)
- Meta l-Mibgħutin qatgħu qalbhom (minn nieshom), u dehrilhom li kienu mgiddbin, ġiethom l-għajnuna (u r- rebħa) tagħna, u nħeles kulmin ridna. Il-qilla tagħna ma titwarrabx minn fuq in-nies il-ħatjin
- Fi ġrajjiethom (ta' Ġużeppi u ħuni) hemm tagħlima għan-nies ta' dehen. (Dan il-Qoran) ma huwiex xi ħrafa li xi ħadd qala' minn żniedu, iżda jseddaq dak li għadda qablu (fil-Kotba mqaddsa); tifsira bir-reqqa ta' kollox, u tmexxija tajba u ħniena għal nies li jemmnu