13.The Thunder

  1. Alif. Lam. Mim. Ra'. Dawn huma l-versi tal-Ktieb. U dak li tniżżillek (Muħammad) minn Sidek (il-Mulej) huwa s-sewwa, iżda ħafna min-nies ma jemmnux (fi)
  2. Alla huwa li refa' s-smewwiet mingħajr kolonni li (tistgħu) tarawhom, imbagħad intasab fuq it-Tron, u ħaddem ix-xemx u l-qamar (b'riżg il-bnedmin), ilkoll kemm huma jiġru (fid-dawra tagħhom) lejn żmien imsemmi. Huwa jieħu ħsieb kollox, u jfisser bir-reqqa s- sinjali biex forsi temmnu sħiħ fil-laqgħa ma' Sidkom (il- Mulej)
  3. Huwa li medd l-art (bil-wesgħat tagħha mħejjija għall- bnedmin u għall-bhejjem), għamel fiha iġbla mqiegħda fis-sod u xmajjar, u l-frott kollu għamlu f'żewġ (għamliet: raġel u mara), u jifrex il-lejl (bħal velu) fuq in-nhar. F'dan (kollu) tabilħaqq hemm sinjali għal nies li jixtarru (is-siwi tagħhom)
  4. Fl-art hemm qatgħat ħdejn xulxin, ġonna ta' l-għeneb, għelieqi miżrugħa u siġar tal-palm b'għerq wieħed (bejniethom) u (oħrajn) b'għeruq differenti; (dan kollu) jissaqqa b'ilma wieħed, filwaqt li nippreferu uħud (minn dan il-frott) minn ieħor għall-ikel. Tabilħaqq li f'dan (kollu) hemm sinjali għal nies bil-għaqal
  5. Jekk qiegħed tistagħġeb (bin-nuqqas ta' twemminhom), ta' l-għaġeb huwa kliemhom (in-nies bla twemmin meta jgħidu): ''Jaqaw, meta nkunu trab, tassew se nkunu f'ħolqien ġdidf' Dawk huma li ma jemmnux f'Sidhom (il-Mulej). Dawk huma li (f'Jum il-Ħaqq). għenuqhom jixxekklu. Dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem
  6. Huma (mingħalihom jiddieħku bik, Muħammad, u) jitolbuk tgħaġġel (iġġib fuqhom) l-għemil ħażin. (il- kastig) qabel. it-tajjeb, u (dan meta) qabilhom seħħu (bosta) xbihat (ta' kastigi li messu nies ħżiena bħalhom). Sidek (il-Mulej) tabilħaqq Kollu Maħfra man-nies minkejja l-ħażen tagħhom, u tassew li Sidek Qalil fil- kastig (ma' min jibqa' ma jindimx, sa l-aħħar)
  7. U dawk (fost il-pagani ta' Qurajx) li ma jemmnux, jgħidu: ''Għaliex (lil Muħammad) ma. jinżillux. sinjal minn Sidu (Żi juri li huwa tassew Profeta ta' Alla) 7' Iżda (inti, Muħammad) tm'intix għajr wieħed li jwiddeb, u kull ġens għandu min imexxih
  8. Alla jaf dak li ġġorr (f'ġufha) kull mara (jekk huwiex tifel jew tifla), u kemm għandhom nieqes il-ġwief fimeta t-tarbija titwieled kmieni), u kemm għandhom żejjed (hekk li għaddielhom iż-żmien). Kollox bil-qjies għandu
  9. Huwa jaf il-mistur u dak li jidher. (Huwa) il-Kbir, l- Għoli Wisq
  10. Huma ndaqs (għal Alla) min, fostkom, jostor il-kliem (f'qalbu) u min jurih fid-dieher (bi kliemu): min jinħeba billejl u jterraq ħieles binhar
  11. Għal (kull bniedem) hemm għadd ta' anġli, quddiemu u warajh, li jħarsuh, bl-amar ta' Alla. Alla tabilħaqq ma jibdilx dak li jinsab f'xi ġens qabel ma (dawn in-nies) jibdlu dak li hemm fihom infushom. U meta Alla jrid xi deni lil xi ġens, ma hemm xejn li jista' jżommu, U ma għandhomx ħliefu min iħarishom
  12. Huwa li jurikom il-beraq, (għajn) ta' biża' (minħabba l- ħsara li jista' jġib miegħu), u. ta' tama (għaliex warajh tiġi x-xita), u jtella' s-sħab it-tqil (mimli xita)
  13. Ir-ragħad ifaħħar is-sebħ tiegħu, u (bħalu jagħmlu) l- anġli, bil-biża' tiegħu. Huwa jibgħat is-sajjetti u jolqot bihom lil-min irid, u huma (il-pagani ta' Mekka, jissugraw) iħaqquha dwar Alla, meta Huwa Qalil fil- qawwa tiegħu
  14. Is-sejħa tabilħaqq issir lilu (biss), u dawk (l-idoli u l- allat) li (il-pagani) isejħu minfloku, ma jweġbuhom xejn; bħal dak li jifrex il-pali ta' idejh għall-ilma biex jasal f'fommu, iżda ma jilħqux. Is-sejħa ta' dawk bla twemmin ma tisfax għajr fix-xejn
  15. Quddiem Alla jinxteħet kulma hu fis-smewwiet u fl-art, irid jew ma jridx, (bħalma jagħmlu) id-dellijiet tagħhom filgħodu u filgħaxija
  16. Għid (Muħammad): ''Min hu Sid is-smewwiet u l-art'' Għid: 'Allal' Għid: 'Jaqaw, minfloku, ħadtu għall- ħarsien tagħkom lil-dawk li ma għandhomx is-setgħa jkunu ta' fejda u deni għalihom infushom'' Għid (ukoll): Jaqaw l-agħma u min jara huma ndaqs, jew huma ndaqs id-dlamijiet u d-dawl 7 Jew għamlu, ma' Alla, ixirka li ħalqu bħalma ħalaq Huwa, hekk li għalihom il-ħolqien (ta' dawn l-ixirka) jixbah. (il-ħolqien ta' Alla) 7' Għid (mela): 'Alla huwa l-Ħallieq ta' kollox, u Huwa l- Wieħed, li jegħleb lil kollox u lil kulħadd
  17. Huwa jniżżel ilma mis-sema, u gelglu widien (ta' xita) skond id-daqs tagħhom, u l-ilmijiet iġorru. magħhom ragħwa kotrana li titla' fil-wiċċ. Ragħwa bħalha (toħroġ) minn dak li jqabbdu fuq in-nar biex jagħmlu (oġġeżti ta') żina jew oġġetti (tal-metall) għall-użu (tagħhom). Hekk Alla juri (bit-tixbihat) is-sewwa u l-batal. Ir-ragħwa malajr tiġi fix-xejn, iżda dak li hu ta' fejda għan-nies jibqa' (fit-tul) fuq l-art. Hekk Alla juri bit-tixbihat
  18. Lil dawk li jwieġbu lil-Sidhom. (bit-twemmin u l- ħarsien tad-digrieti tiegħu) hemm (imħejjija) l-aħjar ħaġa (li hija l-Ġenna). Iżda dawk li ma weġbuhx, li kieku kellhom kulma jinsab fuq l-art, u daqshekk ieħor (miżjud) miegħu, huma (kienu jippruvaw) jinfdew bih (iżda kien ikun kollu għalxejn). Dawk għalihom hemm kont mill- agħar, u l-kenn tagħhom huwa fl-Infern, u ta' għajb il- friex (tagħhom fin-Nar)
  19. Jaqaw (Muħammad), dak li jaf li kulma tniżżillek minn Sidek (il-Qoran) huwa s-sewwa, huwa (l-istess) bħal min hu agħma 7 Huma biss in-nies ta' dehen li jiftakru (u jixtarru dawn it-twissijiet)
  20. dawk li jżommu mar-rabta ta' Alla u ma jiksrux. il-patt (tagħhom)
  21. u dawk li jgħaqqdu dak li Alla amar li għandu jkun magħqud (ħaġa waħda); jibżgħu minn Sidhom (il-Mulej), u jibżgħu mill-kont tal-biża' (li għad iridu jħallsu)
  22. u dawk li jistabru biex ifittxu Wiċċ Sidhom (il-Mulej), jagħmlu t-talb, u jonfqu (fil-karità), bil-moħbi jew fil-beraħ, minn dak li tajniehom għall-għajxien tagħhom, u jilqgħu (l- għemil) il-ħażin bit-tajjeb. Dawk. għandhom tmiem (mill- isbaħ) fid-Dar (ta' dejjem)
  23. il-Ġonna ta' l-Għeden li huma jidħlu fihom flimkien mal- ġusti minn fost missirijiethom, in-nisa tagħhom, u nisilhom, u l-anġli jidħlu ħdejhom minn kull bieb (biex jagħtuhom merħba, filwaqt li jsellmulhom)
  24. Sliem għalikom għaliex stabartu (ur żammejtu sħiħ fit- tiġrib tad-dinja). Tassew sabiħ (dan) it-tmiem tad-Dar (ta' dejjem)i
  25. Iżda dawk li jiksru r-rabta ta' Alla wara (li kienu laqgħu) il-patt. tiegħu, jaqtgħu dak li Alla amar li għandu jkun magħqud (ħaġa waħda), u. jagħmlu l-ħsara fuq l-art; dawk għandhom is-saħta, u tagħhom hija l-agħar Darl
  26. Alla jifrex il-ġid (tiegħu bix-xaba ') fuq min irid, u jagħtih bil-qjies (u bir-reqqa kollha, skond il-ħtieġa). Huma jifirhu bil-ħajja: (ta' din) id-dinja, iżda l-ħajja fid-dinja: mqabbla mal-(Ħajja) l-Oħra, ma hijiex għajr tgawdija (fiergħa li ma ddumx ma tgħaddi)
  27. U dawk li ma jemmnux (fost il-pagani ta' Mekka) jgħidu: ''Għaliex.ma jinżillux xi sinjal minn Sidu 7' Għidfilhom Muħammad): '' Tabilħaqq li Alla jtellef it-triq lil-min irid, u juri t-triq (li twassal) lejh lil min idur niedem (lejh)
  28. dawk li jemmnu, u qlubhom isibu serħan fit-tifkira ta' Alla. Tabilħaqq li fit-tifkira ta' Alla jsibu s-serħan tagħhom il- qlubl
  29. Dawkeli jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, hena lilhom, u mill-aħjar il-miġja lura (tagħhom fil-Ġenna)f
  30. Hekk bgħatniek (Muħammad) għand ġens li qablu għaddew ġnus (oħra), biex taqralu dak. fil-Qoran). li nebbaħnielek, iżda huma ma jemmnux f'Dak li Huwa Kollu Ħniena. Għid(ilhom. Muħammad): ''Huwa Sidi. (il-Mulej), ma hemmx alla ħlieful F'idejh ħallejt u lejh indur
  31. Kieku kien hemm xi Qoran li (meta jinqara) bih jitħarrku l-iġbla, jew bih tixxaqqaq l-art, inkella bih jintqal kliem lill- mejtin (ix dawn jibdew jitkellmu, kieku kien ikun dan il- Qoran)i Iżda ta' Alla huwa l-amar, f'kolloxi Jaqaw dawk li jemmnu (għadhom) ma qatgħux jieshom (u għadhom jaħsbit li l-pagani xi darba se jemmnu), u ma jafux li, kieku jrid, Alla kien imexxi fit-triq it-tajba lin-nies kollha 7 Iżda dawk li ċaħdu t-twemmin jibqgħu jintlaqtu minn għawġ kbir minħabba (il-ħażen) li għamlu, jew (l-għawġ) jasal (u jolqot) qrib darhom, sa ma tiġi l-wegħda ta' Alla (u l-Islam joħroġ rebbieħ): Tabilħaqq li Alla ma jiksirx il-wegħdal
  32. Tassew Mibgħutin qablek (Miħarmad) kienu mżebilħin, u tajt ftit taż-żmien lil-dawk li m'emmnux u mbagħad ħadthom (għal għarrieda bil-kastig. tiegħi) u x'kastig (ikrah) kient
  33. Jaqaw Dak li jinsab fuq kull ruħ, ( 4 jaf sew) b'dak li kisbet (għaliha nnifisha, huwa bħall-allat foloz)i Iżda lil Alla għamlulu ixirka (oħra miegħu, u għalhekk) għidfilhom Muħammad): ''Semmuhomt Jaqaw. (lil: Alla). qegħdin tħabbrulu dak, fuq l-art, li Huwa ma jafx bih, jew (inkella dan tagħkom ma huwiex għajr) għamla ta' kliem (fieragħ) 7' Iżda lil dawk li ma jemmnux iżżejjen it-tnassis tagħhom (u ħasbuh xi ħaġa tajba), u nżammu lura mit-triq (ta' Alla). U dak li Alla jtelliflu t-triq, ma għandux min immexxi(h)
  34. Għalihom hemm kastig fil-ħajja (ra' din) id-dinja. iżda huwa eħrex il-kastig ta' (il-Ħajja) l-Oħra, u ma għandhomx min iħarishom minn Alla
  35. It-tixbiha tal-Ġenna mwiegħda lil-dawk li jibżgħu minn Alla (hija din): ix-xmajjar jiġru taħtha, l-ikel tagħha u d-dell tagħha huma għal dejjem. Dak huwa tmiem dawk li kellhom il-biża' ta' Alla, iżda tmiem dawk li ma jemmnux huwa n- Narl
  36. U dawk li tajniehom il-Ktieb jifirħu b'li: tniżżillek (Muħammad), iżda wħud mill-ġemgħat (li ngħaqdu biex jeħduha kontrik) jiċħdu taqsimiet minnu, Għid(ilhom Muħammad): ''Jiena ma'ngħatajtx għajr l-amar li nqim lil Alla, u ma nxierek (lil ħadd aktar) miegħu. Lilu nsejjaħ, u għandu nerġa' lura
  37. Hekk ukoll (dan il-Qoran) niżżilnieh bħala għerf u ħaqq bl-ilsien Għarbi. Li kieku (Muħammad) kellek timxi wara x- xewqat tagħhom. wara l-għarfien (kollu) li ġiek, ma kienx ikollok min jieħu ħsiebek u jħarsek minn Alla
  38. Aħna tassew bgħatna Mibgħutin qablek, u tajniehom nisa u nisel. U ebda Mibgħut ma (seta') iġib xi sinjal jekk mhux bir-rieda ta' Alla. Għal kull żmien hemm Ktieb (imħejji)
  39. Alla jħassar (mill-Ktieb) u jwettaq (fih) dak li jrid, u għandu tinsab Omm il-Ktieb (il-verżjoni oriġinali tal-Kotba mqaddsa u d-digrieti divini)
  40. Jekk nuruk xi ħaġa minn dak (il-kastig) li wegħedniehom jew (inkella) intemmulek ħajtek (biex tinġabar magħna din ma hijiex xi ħaġa tiegħek). Inti dmirek huwa li xxandar (it-tagħlim ta' l-Islam), u xogħolna huwa (li nagħmlu). il- kont (magħhom fl-Aħħar Jum)
  41. Mela (dawkli ċaħdu t-twemmin) ma rawx li Aħna niġu fl- art. (bil-Mibgħutin. tagħna, u. nagħtuha: lin-nies. ta' twemmin), filwaqt li-nnaqqsuha mit-truf tagħha (lil dawk li ċaħdu r-reliġjon safja) 7 Alla jagħmel ħaqq. Ħadd (u xejn) ma jżomm il-ħaqq tiegħul Huwa malajr jagħmel il-kontijiet
  42. Dawk ta' qabilhom nassu, iżda kull tnassis huwa ta' Alla; Huwa jaf b'dak li tikseb kull ruħ (għaliha nnifisha). Dawk li ma jemmnux se jkunu jafu għal min huwa t-tmiem (mill- isbaħ) fid-Dar (ta' dejjem)
  43. Dawk li ċaħdu t-twemmin jgħidu: ''Inti (Muħammad) m'intix Mibgħut (ta' Alla)' Għid(ilhom): 'Alla huwa biżżejjed bħala Xhud bejni u bejnkom u (ix-xhieda ta') min għandu l-għarfien tal-Ktieb