14.Abraham

  1. Alif. Lam. Ra'. Ktieb li niżżilnielek (Muħammad) biex (bih) toħroġ lin-nies mid-dlamijiet għad-dawl, bir-rieda ta' Sidhom (il-Mulej), lejn triq il-Felħan, li jistħoqq kull tifħir
  2. (triq) Alla li tiegħu huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl- art (u ma jeħtieġ lil ħadd). Ħażin għal dawk li ċaħdu t- twemmin, minħabba l-kastig il-qalil (li se jmisshom)
  3. dawk li jħobbu aktar il-ħajja f'(din) id-dinja milli l-Oħra, iżommu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (li hi l-Islam), u jixtiquha. mgħawġa (bil-gideb u x-xewqat tagħhom). Dawk huma f'telfien. kbir (i jinsabu maqtugħin għalihom)
  4. Ma bgħatna ebda Mibgħut jekk mhux bi Isien niesu, biex ifehemhom biċ-ċar (id-digrieti ta' Alla). Alla jtellef it-triq lil-min irid, u juriha lil min irid. Huwa l-Qawwi, l- Għaref
  5. Tabilħaqq bgħatna lil Mosċ- bis-sinjali: tagħna (iċ għednielu): 'Oħroġ lil-niesek mid-dlamijiet għad-dawl, u fakkarhom f'Jiem. Alla. F'dan tabilħaqq hemm sinjali għal kulmin iżomm b'sabru u jiżżi ħajr
  6. U (ftakar) meta Mosċ qal lil niesu: ''Ftakru fil-grazzja ta' Alla fuqkom meta ħeliskom minn nies il-Fargħun li kienu jġarrbukom bl-agħar tbatija: ibiċċru lil uliedkom (subien), filwaqt li jħallu lin-nisa tagħkom ħajjin. F'dan kien hemm tiġrib kbir minn Sidkom (il-Mulej)
  7. U (ftakar) meta Sidkom ħabbar (hekk): ''Jekk tiżżu ħajr (ta' kulma għamilt magħkom), tabilħaqq inżidkom (fil- barkiet), iżda jekk tiċħdu (il-grazzji tiegħi u ma: tiżżux ħajr), il-kastig tiegħi jkun tassew qalilf
  8. Mosċ qal (lil niesu): ''Jekk intom, u kulmin jinsab fuq l- art, ma temmnux, (kunu afir li) Alla tabilhaqq Għani (u ma jeħtiġkomx). u jistħoqq kull tifħir
  9. Jaqaw ma waslitilkomx l-aħbar ta' dawk ta' qabilkom, (jiġifieri) nies Noċ, (u t-tribujiet ta') Għad u Tamid, u ta' dawk li ġew warajhom, li ħadd ma jaf bihom għajr Alla 7 Il-Mibgħutin tagħhom ġewhom bis-sinjali ċ-ċari, iżda huma qiegħdu idejhom fuq ħalqhom u qalu: 'Aħna tabilħaqq. niċħdu dak (li: qegħdin: tgħidu) li intom Mibgħutin bih (u niċħdu lilkom ukoll), u aħna tabilħaqq ninsabu f'dubju (li jħallina) bejn ħalltejn dwar dak. li qegħdin issejħulna għalih
  10. Il-Mibgħutin tagħhom qalu(/hom): 'Hemm xi dubju dwar Alla, Ħallieq is-smewwiet u l-art 2 Huwa jsejħilkom biex jaħfrilkom dnubietkom, u jagħtikom aktar ħin (biex temmnu, tindmu, u tgħixu. ħajja. xierqa), sa. żmien imsemmi. Qalu: 'M'intomx għajr nies bħalna, u tridu żżommuna minn dak li missirijietna kienu jqimu, Mela ġibulna xi prova ċara (dwar il-missjoni tagħkom) U
  11. Il-Mibgħutin- tagħhom qalu(/kom): 'Aħna' tabilħaqq bnedmin bħalkom, iżda Alla jaħseb f'min irid mill- qaddejja tiegħu, u ma għandniex għalfejn inġibulkom xi prova, jekk mhux bir-rieda ta' Alla. F'idejn Alla għandhom iħallu dawk li jemmnu
  12. U għalfejn ma nħallux f'idejn Alla wara li wriena triqatna' (li fihom għandna. nimxu) Aħna tabilħaqq se nistabru (u nżommu sod) minkejja. li tweġġgħuna, Ħa jħallu f'idejn Alla dawk kollha) li jafdaw
  13. Dawklli ċaħdu t-twemmin qalu lill-Mibgħutin tagħhom: SAħna' tabilħaqq noħorġukom minn artna, jew (inkella) terġgħu lura għat-twemmin tagħnal'' Sidhom (il-Mulej) nebbaħhom (hekk lill-Mibgħutin tiegħu): Aħna tabilħaqq neqirdu lill-ħżiena
  14. u warajhom inħallukom tgħammru fl-art. Dan għal min jibża' mill-waqfa quddiemi (fl-Aħħar Jum), u jibża' mit- theddida tiegħi.' h
  15. Huma talbu (/i/ Alla) jagħtihom ir-rebħa, u kull tirann ta' rasu iebsa baqa' b'xejn
  16. Warajh hemm l-Infern, u jingħata jixrob misħun jinten
  17. Huwa jixorbu boqqa boqqa, iżda bilkemm ikun jista' jibilgħu (għaliex jagħli w ħażin wisq). Il-mewt tiġi fuqu minn kullimkien, iżda huwa ma jmutx. Quddiemu hemm kastig (ieħor, aktar) iebes (minn ta' qablu)
  18. It-tixbiha ta' dawk li jiċħdu lil Sidhom (il-Mulej hija din): l-għemejjel tagħhom huma bħal irmied li r-riħ nefaħ fuqu bil-qawwa, f'jum ta' maltemp (ir ġew fix- xejn). Huma ma għandhom setgħa fuq xejn minn dak li kisbu, Dak huwa t-telfien il-kbir
  19. Mela ma rajtx li Alla ħalaq is-smewwiet u l-art bis- sewwa. Jekk irid, (jista') jeqridkom u jġib ħolqien ġdid. (li joqgħod għad-digrieti tiegħu)
  20. Dak, għal Alla, ma huwiex xi ħaġa tqila
  21. Ilkoll għad jidhru quddiem Alla, u d-dgħajfin jgħidu lil dawk li tkabbru: ''Aħna tabilħaqq imxejna warajkom. (Issa). tistgħu teħilsuna mill-kastig ta' Alla 7' Huma jgħidu: 'Kieku Alla mexxiena (fit-triq tiegħu), konna mmexxukom (fiha). U (issa) xorta waħda għalina, sew jekk nitilfu sabarna, u sew jekk nistabru: ma għandniex minn fejn naħarbu
  22. U meta l-kwistjoni tkun inqatgħet, ix-Xitan jgħid: Tassew li Alla wegħedkom il-wegħda tas-sewwa, u (jiena wkoll) wegħedtkom (u għedtilkom li ma hemmx qawmien mill-imwiet, u ma hemmx kastig), iżda ma żammejtx kelmti magħkom. Jiena ma kelli ebda setgħa fuqkom, ħlief li: sejjaħtilkom (bit-tfesfis. tiegħi), u weġibtuni. Mela (issa (i: wasaltu hawn. fl-Infern) tlumunix, u lumu lilkom infuskom. Jiena ma nistax ngħinkom, u intom ma tistgħux tgħinuni. Jiena niċħad (għemilkom li bih), qabel, għamiltuni xrik ma' Alla. Tabilħaqq li l-ħżiena għandhom kastig ta' wġigħ
  23. VU dawkli jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba jiddaħħlu f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem, bir-rieda ta' Sidhom (il-Mulej). U t-tislima tagħhom, fihom, tkun: ''Sliemf
  24. Mela mattarax kif Alla jxebbah kelma tajba: (hija bħal) siġra tajba bl-għerq tagħha maqbud sew (f'qiegħ l-art), u. bil-fergħa tagħha fis-sema
  25. u tagħti l-frott tagħha f'kull ħin, bir-rieda ta' Sidha. Alla jagħti t-tixbihat lin-nies biex forsi jiftakru (u jixtarru t- tagħlim ta' Alla)
  26. U kelma ħażina tixbah lil siġra ħażina: hija titqaċċat minn fuq l-art, u ma tistax tieqaf (waħidha)
  27. Alla jsaħħaħ lil dawk li jemmnu fil-Kelma soda fil- ħajja (f'din) id-dinja u fl-Oħra, u lill-ħżiena joħroġhom mit-triq it-tajba. Alla jagħmel li jridl
  28. Mela ma rajtx lil-dawk li biddlu l-grazzja (u l-barkiet) ta' Alla f'ċaħda tat-twemmin, u qiegħdu lil nieshom f'Dar il-ħerba
  29. fl-Infern, fejn jinxtwew 2 Ta' għajb il-qagħda (tagħhom f'dan l-imkien)
  30. Huma, lil Alla, għamlu(/u) ixirka (li dehrilhom li huma) daqsu, biex itellfu t-triq (lil. ħaddieħor). Għid(ilhom Muħammad): ''Thennew (għal ftit taż-żmien: ieħorjl Tabilħaqq li tmiemkom lejn in-Nart)
  31. Għid (Muħammad) lill-qaddejja tiegħi li emmnu, biex jagħmlu t-talb u jonfqu (fil-karità) mill-ġid li tajniehom, bil-moħbi jew fil-beraħ, qabel ma jasal Jum li fih la jkun hemm bejgħ (u xiri), u lanqas ħbiberija
  32. Huwa Alla li ħalaq is-smewwiet u l-art, iniżżel l-ilma mis-sema u joħroġ bih minn (kull għamla) ta' frott għall- għajxien tagħkom, li qiegħed l-imriekeb għall-qadi tagħkom biex jiġru fil-baħar bir-rieda tiegħu, u qiegħed ix-xmajjar għall-qadi tagħkom
  33. Huwa qiegħed għall-qadi tagħkom ix-xemx u l-qamar, sħaħ fid-dawrien tagħhom, u qiegħed għall-qadi tagħkom il-lejl u n-nhar
  34. Huwa takom minn kulma: tlabtuh, u jekk (tippruvaw) tgħoddu l-grazzja (u l-barkiet) ta' Alla, (tintebħu li) ma tistgħux tgħodduhom. Tabilħaqq li l-bniedem huwa wisq inġust, wisq ingrat
  35. (Ftakar) meta Abraham qal: ''Sidi (il-Mulej), agħmel din il-belt (ta' Mekka) imkien ta' ħarsien (u sliem), u warrab lili u lil uliedi mill-qima ta' l-idoli
  36. Sidi, huma tellfu t-triq lil ħafna nies. Għalhekk min jimxi warajja, huwa minni (u miegħi), u min ma jobdinix, Inti (Mulej) tabilħaqq kollok maħfra, Ħanin
  37. Sidna, jiena qegħedt lil-uħud minn nisli (jiġifieri lil ibni Ismagħel u lil marti Haġar) biex jgħammru f'wied mhux miżrugħ, qrib Darek l-imqaddsa (f'Mekka), Sidna. (il- Mulej), biex jagħmlu t-talb. Mela agħmel li l-qlub ta' wħud mill-bnedmin imilu lejhom, u għajjixhom bil-frott biex forsi jiżżu ħajr (ta' kulma għamilt magħhom)
  38. Sidna (il-Mulej), Inti taf dak li naħbu u dak li nuru. Ma hemm xejn moħbi minn Alla fl-art, u lanqas fis-sema
  39. It-tifħir lil Alla li fix-xjuħija tani lil-Ismagħel u lil Iżakk. Sidi tabilħaqq jisma' (u jilqa ' it-talb)
  40. Sidi, agħmel minni bniedem li jagħmel it-talb, u minn nisli (ukoll agħmel li jkun hemm min jgħożż it-talb bħali). Sidna, ilqa' t-talba tiegħi
  41. Sidna (il-Mulej), aħfer lili, lill-ġenituri tiegħi, u lil dawk (kollha) li jemmnu, fil-Jum meta jsiru l-kontijiet
  42. La taħsibx li Alla ma jintebaħx b'dak li jagħmlu l- ħżiena. Huwa qiegħed biss iħallihom għal ħin ieħor, għal Jum meta l-għajnejn għad jiċċassaw (bil-biża)
  43. Huma jiġru mwerwrin b'ħarsithom ċassa, bi. rjushom merfugħa 'l fuq, mingħajr ma jteptpu (/angas darba) għajnejhom, u qlubhom vojta (minħabba l-biża' kbir li jaħkimhom)
  44. Wissi (Muħammad) lin-nies dwar il-Jum li fih jiġihom il-kastig. Dawk li għamlu l-ħażen għad jgħidu: ''Sidna, agħtina mqar ftit tal-ħin ieħor. Aħna nwieġbu s-sejħa tiegħek, u nimxu wara (il-bxara li ġew biha) il- Mibgħutin.' (U Alla l-Imbierek iweġibhom): 'Mela qabel ma kontux ħliftu li m'intomx se tinqerdu (minn wiċċ l- arti)
  45. Intom għextu fi djar dawk li (fl-imgħoddi kienu) naqsu kontra tagħhom. infushom, u kontu tafu sewwa x'għamilnielhom, u tajniekom it-tixbihat (dwarhom, biex fl-aħħar tifhmu)
  46. Huma nassu t-tnassis tagħhom, iżda Alla kien jaf bit- tnassis tagħhom, minkejja li dak li nassu kien (qalil) biżżejjed biex bih iżulu l-iġbla
  47. La taħsibx li Alla jmur lura mill-wegħda mal- Mibgħutin tiegħu (fi għad joħroġhom rebbiħin, u jeqred. lill-ħżiena): Alla tabilħaqq Qawwi, u jaf kif ipattiha
  48. Fil-Jum meta l-art titbiddel f'art oħra (ġdida, li ma tafx b'ħażen), u s-smewwiet (ukoll jiġrilhom hekk), u f(l- bnedmin kollha) jidhru quddiem Alla l-Wieħed, li jegħleb lil kollox u lil kulħadd
  49. utara lill-ħatjin, dakinhar, imxekklin flimkien bil-ktajjen
  50. ilbieshom (magħmul) mill-qatran (biex jaqbdu malajr), u mi-Nar jiksi l-uċuħ tagħhom
  51. biex Alla jħallas lil kull ruħ ta' dak li kisbet (b'għemilha). Alla tabilħaqq malajr jagħmel il-kontijiet
  52. Dan (il-Qoran huwa) taħbira lin-nies biex jitwiddbu biha, u jkunu jafu li Huwa Alla Wieħed. U ħalli jiftakru (u jixtarru) dawk ta' dehenl