15.The Rock

  1. Alif. Lam. Ra'. Dawn huma l-versi tal-Ktieb, u Qoran mill- aktar ċar
  2. Ħafna drabi dawk li ċaħdu t-twemmin (meta f'Jum il- Ġudizzju jaraw il-kastig tal-biża' li hemm jistenniehom) jixtiequ li kieku (f'ħajjithom) kienu Misilmin
  3. Ħallihom (Muħammad) jieklu, igawdu, u t-tama (fiergħa ta' ħajja twila) tqarraq bihom; (dalwaqt) se jkunu jaful
  4. Ma qridna ebda belt (li ċaħdet xi Mibgħur mill-Mibgħutin tagħna) li ma kellhiex żmien magħruf (sa: meta: kellha: tinqered)
  5. Ebda ġens ma (jista') jgħaġġel (u jġib fuqu l-kastig qabel) żmienu, u (/anqas) ma jdewwem (il-kastig) għal żmien aktar tard. (Alla biss jaf meta huwa t-tmiem)
  6. U (il-pagani ta' Qurajx) qalu (b'żebliħ): 'Inti li tniżżlet fuqek it-tifkira (u t-twissija, il-Qoran), inti tabilħaqq miġnuni
  7. Għaliex ma ġġibilniex l-anġli (biex jixhdu għalik) jekk qiegħed tgħid is-sewwa
  8. Aħna manniżżlux l-anġli jekk mhux bis-sewwa (is bil-kastig għal dawk li rridu neqirdu), u (nies bħal dawn) ma jingħatawx. (aktar) żmien
  9. Aħna tabilħaqq niżżilna t-tifkira. (u t-twissija, li' hija l- Qoran), u Aħna tassew inħarsuha (u ma nħallu li ssir ebda żjieda, maqqis jew tibdil fiha)
  10. Qablek (Muħammad) tabilħaqq bgħatna (lill-Mibgħutin) fost is-setet (differenti) ta' nies il-qedem
  11. umakienx jiġihom Mibgħut li ma kinux iżebilħuh
  12. Hekk inniffduh (il-ħażen) fi qlub il-ħatjin
  13. Huma ma jemmnux. fih (dan il-Qoran) minkejja (li bħala twissija għandhom) id-drawwa ta' nies il-qedem (u l-kastig tal- biża' li ħadu)
  14. U kieku ftaħnielhom (lill-pagani ta' Mekka) bieb mis-sema, u baqgħu (il-ħin kollu) jitilgħu minnu (hekk li setgħu jaraw l- anġli b'għajnejhom stess)
  15. kienu jgħidu (fir-ras iebsa u l-kburija tagħhom): ''Imma (qegħdin naraw hekk minħabba li) għajnejna tqarrqu. Lel Aħna nies imsaħħrin (u Muħammad jaħti ta' dan is-seħer)
  16. Aħna. tabilħaqq għamilna. l-kostellazzjonijiet fis-sema, u żejjinniehom għal dawk li jħarsu (/ejhom)
  17. uħarisniehom minn kull xitan misħut
  18. ħlief min jissemma' bis-serqa (biex isir jaf xi ħwejjeġ tas- sema), u għalhekk jiġri warajh nar iħeġġeġ, mill-aktar ċar (id jaħarqu)
  19. L-art middejnieha (bħal friex), qegħedna fiha l-iġbla, fis-sod u nibbitna fiha minn kull ħaġa bil-qjies
  20. Fiha għamilnielkom għamliet ta' għajxien, (għa/ikom) u għal: dak li intom.ma tiħdux ħsieb l-għajxien tiegħu (għaliex huwa Alla li joħloq l-ikel u x-xorb għal nieskom, għall-qaddejja tagħkom u għall-bhejjem tagħkom)
  21. U ma hemm xejn (minn kull tip ta' għajxien) li għandna ma. jinsabux il-ħażniet tiegħu (kollha), u ma nniżżluhx jekk mhux b'qjies magħruf (u skond il-ħtieġa)
  22. Aħna nibagħtu l-irjieħ li jdakkru (is-sħab biex minnu tinżel ix-xita, ti jdakkru wkoll is-siġar), u nniżżlu mis-sema ilma u nisquhulkom, u intom mataħżnubx (għaliex kotran wisq, iżda: Aħna naħżnuh għalikom fl-għejun u fix-xmajjar)
  23. Aħna tabilħaqq nagħtu. l-ħajja u l-mewt, u Aħna l-Werrieta' (meta l-ħolqien jintemm)
  24. Aħna tassew nafu b'dawk minnkom (il-bnedmin) li ġew qabel (żmienkom), u b'dawk li għad iridu jiġu (għaliex lilna ma' jaqbżilna xejn, u l-għerf u s-setgħa tagħna huma bla tmiem)
  25. Huwa tabilħaqq Sidek li jiġborhom (biex jagħtu kont ta' ħajjithom fl-Aħħar Jum), Tassew li Hu Għaref u jaf b'kollox
  26. Aħna tassew ħlaqna lill-bniedem minn tafal (niexef) li jċenċel ) (meta tħabbar fuqu), minn tajn imsawwar (f'bosta għamliet). I
  27. U l-ġinn ħlaqniehom qabel (Adam), min-nar jikwi, bla J duħħan
  28. (Ftakar Muħammad) meta Sidek (il-Mulej) qal lill-anġli: Jiena. tabilħaqq se noħloq bniedem minn tafal (niexef) li jċenċel (meta tħabbat fuqu), minn tajn imsawwar (f'bosta għamliet)
  29. U meta (lill-bniedem) inkun sawwartu bil-qjies, u nfaħt fih minn Ruħi, aqgħu u nxteħtu quddiemu (biex issellmulu u l tagħtuh ġieħ; mhux biex tqimuh)U
  30. L-anġli nxteħtu (quddiemu jselimulu), ilkoll kemm huma, l
  31. ħlief Iblis; (hu biss) ma riedx ikun mal-mixħutin (quddiem il- bniedem)
  32. Qal (Alla): 'Ja Iblis, x'għandek fxi jżommok) li-ma. tkunx mal-mixħutinf
  33. Qal ddblisj: S(Imti. lili ħlaqtni: min-nar, u) jiena ma kellix inxteħet quddiem. bniedem: li Inti ħlaqt minn tafal (niexef) iċenċel (mera iħabbar fuqu), minn tajn imsawwar. (f'bosta għamliet)
  34. Qal (Alla lil-Iblis): 'Mela oħroġ minnha (il-Ġennajl Inti tabilhaqq misħut (għażiex se nċaħħdek mill-ħniena tiegħi)
  35. Fuqek tabilħaqq tkun is-saħta, sa Jum il-Ġudizzjul
  36. Qal (Iblis): ''Sidi, agħtini żmien sal-lum. meta (il-mejtin) jitqajmu mill-mewt
  37. (Qal Alla): ''Inti minn dawk li ngħatalhom iż-żmien
  38. saJum il-waqt magħruf
  39. Qal (Iblis): ''Sidi, la (ma tridx taf bija u) telliftni t-triq, tabilħaqq li (lill-bnedniin) se nżejnilhom (il-ħażen) fuq l-art, u żgur li ntellifhom it-triq, ilkoll kemm huma
  40. ħlief (dawk) minnhom (li huma) il-qaddejja l-ġusti tiegħek
  41. Qal (Alla): 'Din (it-triq tal-ġusti hija) triq (li twassal) dritt għandi
  42. Tabilħaqq li ma għandek ebda setgħa fuq il-qaddejja tiegħi, għajr min jimxi warajk minn dawklli tilfu t-triq
  43. U tassew li l-Infern huwa l-post imwiegħed għalihom ilkoll
  44. Huwa għandu seba' bibien (minu fejn jidħlu l-ġemgħat kbar. tal-midinbin). u kull bieb minnhom għandu taqsima. ((mill- midinbin li jgħaddu minnu, skond il-ħażen li għamlu)
  45. Il-ġusti tabilħaqq ikunu f'Ġonna u f'għejun (ta' ilma ġieri, 4 nbid u għasel)
  46. (Jingħad lilhom): 'Iaħlu fihom bi sliem, imħarsin (minn kull ħsara u mill-mewt)i
  47. U nneħħu l-mibegħda minn qlubhom (hekk (i ma jżommux aktar. f'qalbhom, u. jsiru) aħwa. (bilqiegħda) fuq divani, quddiem xulxin
  48. Ma tmisshom fihom ebda għeja, u lanqas (qatt) jinħarġu minnhom
  49. Ħabbar lill-qaddejja tiegħi li Jiena tassew kollni maħlra u Ħanin
  50. uli l-kastig tiegħi huwa l-kastig ta' wġigħ
  51. U ħabbrilhom dwar il-mistednin ta' Abraham (li kienu anġli f'għamla ta' żgħażagħ mill-isbaħ, mibgħutin mingħand Alla biex jeqirdu lil nies Lot)
  52. Meta daħlu quddiemu qalu: ''Sliemi' Qal(ilhom Abrahanij: SAħna mbeżżgħin minnkom (għaliex ressaqnielkom l-ikel: b'turija ta' merħba; u ma kilruhx)
  53. Qalu: ''La tibżaxi Tabilħaqq nagħtuk il-bxara t-tajba dwar iben għaref
  54. Qal (Abraham): 'Jaqaw tajtuni. (din) il-bxara t-tajba meta: laħaqni l-kobor (u xjaħiji Liema. bxara tajba qegħdin tħabbruli)
  55. (Qaluflu l-anġli): 'Qegħdin. nagħtuk il-bxara t-tajba. bis- sewwa, u għalhekk la tkunx minn dawk li jaqtgħu qalbhom (mill-ħniena ta' Allaji)
  56. Qal (Abraham): 'U min jaqta' qalbu mill-ħniena ta' Sidu, ħlief il-mitlufin
  57. Qal: 'Mela x'ġejtu tagħmlu, ja Mibgħutin (ta' A/la)f
  58. Qalu: 'Tassew li ntbagħatna għand. nies ħatjin. (biex neqirduhom: nies Lot)
  59. ħlief il-familja ta' Lot (isddawk li jenumnu bħalu), u tabilhaqq se neħilsuhom ilkoll (mill-kastig:ta' Alla)
  60. għajr lil-martu.' Aħna qtajnieha li din (għandha ikun) minn dawk li jibqgħu lura (u tieħu l-kasrig mal-bqija tal-ħatjin)
  61. U meta l-Mibgħutin (ta' A/la) ġew għand il-familja ta' Lot
  62. (qaliilhom Lor): ''Intom. nies mhux magħrufin. (A 7: rridu minna)
  63. (Qaluflu l-Mibgħutin): 'Ġejna għandek b'dak. il-kastig). li (niesek) huma bejn ħalltejn dwaru
  64. U ġejniek bis-sewwa, u qegħdin ngħidu s-sewwal
  65. Melaitlaq bil-familja tiegħek, f'(dan) il-ħin tal-lejl (li Baġa'), imxi warajhom (biex isserraħ rasek li ma jiġrilhom xejn), u (ara li) ħadd minnkom ma jħares lura (biex ma jarax il-kastig fuq Sodomajl U ibqgħu sejrin fejn tkunu ordnatil)
  66. U għarrafnieh (lil Lor) bl-amar (fagħna): li. (kollha. kemm huma, sa) l-aħħar wieħed fost dawk (il-midinbin minn niesu) se jinqerdu malli jsebbħu
  67. Nies il-belt (ra' Sodoma) ġew (għand Lot) ferħanin. (bil- wasla tal-mistednin, għaliex xtaqu jidinbu magħhom)
  68. Qal (Lot): 'Dawn tabilħaqq mistednin tiegħil Twaqqgħulix wiċċi l-arti
  69. Ibżgħu minn Alla, u la tagħmlulix għajbi
  70. Qalu: ''Mela ma konniex żammejniek (milli: toqgħod tistieden) lil kulħadd (u taqbeż għalihom)
  71. Qalilhomj: 'Dawn. (huma) il-bniet tiegħi (u huma xierqa għalikom biex tiżżewġuhom), jekk (tridu) tagħmlu (xi ħaġa. Iżda tersqux lejn irġiel bħalkom)
  72. Fuq għomrok (Muħammad)l Tabilħaqq li fis-sakra. tagħhom. huma kienu mitlufin bħall-għomja
  73. U ħadhom (għal għarrieda) ħoss qawwi (li ħasadhom u qeridhom) mas-sebħ
  74. U (Sodoma) qlibnieha ta' taħt fuq, u niżżilna fuqhom xita ta' ġebel ta' fuħħar iebes (noħmi fin-nar ta' l-Infern)
  75. Tabilħaqq li f'dan (il-kastig) hawn sinjali għal dawk li jafu jintebħu bihom
  76. U (il-bliet meqruda u Sodoma) jinsabu fi triq li għadha hemm
  77. Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal għal dawk Ji jemmnu
  78. Nies (Xugħajb li għammru qrib) il-masġar kienu ħżiena wkoll
  79. Għalhekk tħallasna minnhom. Huma t-tnejn (Sodoma u l-inħawż tal-masgar) jinsabu fi triq tidher sew
  80. Nies (Tamid ukoll, li għexu fl-inħawi msejħa) 'al-Ħiġr, giddbu lill-Mibgħutin (ta' Alla, fosthom lil-Saliħ)
  81. Aħna tajniehom is-sinjali tagħna (f'għamla ta' għeġubijiet i mirakli), iżda kienu jagħtuhom il-ġenb
  82. Huma kienu jħaffru djar fl-iġbla (u jħossuhom) imħarsin (mill- kastig ta' Alla)
  83. Iżda ħadhom (għal għarrieda) ħoss qawwi (li qeridhom) mas- sebħ
  84. U xejn ma swielhom dak li kienu jiksbu (b'għenilhom, u d-djar ti l-fortizzi. tagħhom fil-blat)
  85. Ma ħlaqniex is-smewwiet u l-art, u dak li jinsab bejniethom, jekk mhux bis-sewwa, U tabilħaqq li s-Siegħa ġejjal Għalhekk agħder (Muħammad) b' mogħdrija xierqa
  86. Sidekkhuwa tabilħaqq il-Ħallieq li jaf kollox
  87. Uttajniek (Muħammad) sebgħa mill-fversi l-) aktar imtennija (u li jinsabu f'suret il-Ftuħ); u l-Qoran il-kbir
  88. Lastitfax għajnejk (Muħammad) fuq dak li tajna lil xi rġiel u nisa miżżewġin minnhom għat-tgawdija fiergħa tagħhom (għaliex lilek tajniek l-aħjar: il-Qoran), u a titnikkitx għalihom (għaliex ma jemmnux), iżda niżżel ġwenħajk (b'turija ta' mħabba u umiltà) fuq dawk li jemmnu
  89. (U għidfilhom): 'Jiena tabilħaqq dak li jwissi bil-miftuħ
  90. (Niżżilnielek il-Qoran) bħalma niżżilna fil-Kotba tagħna) fuq dawk (il-Lhud, l-Insara u l-pagani) li qasmu (il-Kotba mqaddsa f'taqsimiet, u emmnu f'uħud minnhom u ċaħdu l-bqija tagħhom)
  91. dawk li għamlu l-Qoran biċċiet (meta qalu fi biċċa minn hija seħer, oħra poeżija, u oħra ħrejjef)
  92. Fuq Sidek (Muħammad)l Tassew nistaqsuhom ilkoll
  93. dwar dak li kienu jagħmlu (fid-dinja)
  94. Mela ħabbar bil-miftuħ dak li titqabbad (iħabbar min Sidek il-Mulej), u warrab minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla)
  95. Aħna biżżejjed għalik kontra ż-żeblieħa
  96. dawk li ma' Alla jagħmlu alla ieħor. Iżda (da/waqr). ikunt jafu (x'se jkun tmiemhom)
  97. Nafu li qalbek (Muħammad) tinsab f'diqa minħabba dak l jgħidu (kontrik u kontra l-Islam)
  98. Mela faħħar is-sebħ ta' Sidek, u kun ma' dawk li jinxteħti bil-qimal
  99. U qim lil Sidek sa ma jiġik dak li hu ċert (il-waqt tal mewt)