16.The Bee
- Se jiġi l-amar ta' Alla (dwar il-kastig), u għalheki (tippruvawx) tgħaġġluhi Sebħ lilu, u Huwa wisq ogħla minn dak li jxierku (miegħu l-pagani)
- Huwa jniżżel l-anġli bir-Rivelazzjoni, bl-amar tiegħu, fin min irid mill-qaddejja tiegħu (il-Profeti w l-Mibgħutin, 1 jgħidilhom): 'Wissu (lill-bnedmin) li ma hemmx alla (ieħor ħliefil Mela ibżgħu minnif)
- Huwa ħalaq is-smewwiet u l-art bis-sewwa. Huwa wiss ogħla minn dak li jxierku (miegħu l-pagani)
- Ħalaq lill-bniedem minn nitfa (ta' sperma), u arah (dan il bniedem jitkabbar u) iħaqqaqha bil-miftuħl
- Il-frat ħalaghom għalikom: fihom (issibu) sħana (mis-suf: l-ġlud tagħhom) u fejdiet (oħra bħall-ħalib u l-użu tagħhom għall-irkib), u minnhom tieklu
- U ssibu fihom il-ġmiel (a tithemew bihom) met (filgħaxija) isserrħuhom, u meta (filgħodu terġgħu) toħorġ bihom (biex jirgħu)
- Huma jġorru(/kom) it-toqol tagħkom lejn art li-ma I kontux tilħquha jekk mhux bi qtigħ il-qalb. Sidkom (il- Mulej, li takom dan kollu, huwa) tabilħaqq Kollu Tjieba u Ħanin
- Iż-żwiemel, il-bgħula, u l-ħmir (ukoll ħalaq għalikom) biex tirkbuhom, u għaż-żina (biex tiddandnu bihom). U (fil-ġejjieni għad) joħloq dak li ma tafux
- F'idejn Alla t-tmexxija fit-triq it-tajba, iżda hemm toroq mgħawġa: (i ma jwasslux għas-sewwa). Li kieku fied (Alla) kien imexxikom u jġegħilkom temmnu Ikoll (iżda fl-għerf bla tarf tiegħu ried iħalli l-għażla f'idejkom)
- Huwa. li niżżel ilma (tax-xita) mis-sema, u minnu għandkom xorb, u minnu (jinbtu) siġar (u mergħat biex) fihom toħorġu l-bhejjem biex jirgħu
- Bih (bl-ilma tax-xita) inibbet għalikom iż-żara'. iż- żebbuġ, is-siġar tal-palm, l-għeneb, u mill-frott kollu, Tabilħaqq li f'dan (kollu) hemm sinjal għal nies li jixtarru. (il-kobor tal-ħolqien li huwa l-għemil ta' Alla Wieħed)
- Huwa qiegħed il-lejl u n-nhar għall-qadi tagħkom (biex matulhom tistrieħu u taħdmu); u x-xemx u l-qamar, u l- kwiekeb joqogħdu (għal 4//a) bl-amar tiegħu (u jżommu mad-dawriet tagħhom, u jurukom triqatkom f'dalmet il- lejl). Tabilħaqq li f'dan (il-ħolqien kollu) hemm sinjali I għal nies bil-għaqal
- U kulma ħalaq (u kattar) fuq l-art huwa f'bosta lwien (sew jekk bhejjem, xtieli u siġar, kif ukoll il-minerali). Tassew li f'dan (ukoll) hemm sinjal għal nies li jżommu f'rashom
- Huwa li qiegħed il-baħar għall-qadi: (tagħkom), biex minnu tieklu laħam tari, u minnu toħorġu (il-perżi u l- qroll) għaż-żina (tagħkom u biex) tilbsuhom, u taraw l- imriekeb joforqu l-mewġ tiegħu, biex tfittxu mit-tjieba tiegħu (ta' Alla, għajxien xieraq għalikom bil-kummerċ), u'biex forsi tiżżu ħajr (ta' dan kollu)
- U xeħet fl-art iġbla, mqiegħda fis-sod, biex (l-art) ma titħarrikx bikom, u (fihom ħejjielkom) xmajjar u toroq biex forsi taqbdu t-triq it-tajba
- U (għamel) sinjali (lill-bnedmin biex isibu triqathom), u mal-kwiekeb jimxu (u ma jintilfux)
- Jaqaw min joħloq huwa bħal min ma joħloqx 7 Għaliex ma żżommux f'raskom (dan kollu, u tridu tibqgħu twebbsu raskom fil-qima ta' l-idoli)
- U kieku kellkom tgħoddu l-grazzji ta' Alla (magħkom, issibu li) ma' tistgħux tgħodduhom. Tabilħaqq li Alla Kollu Maħfra u Ħanin
- Alla jaf'b'dak li taħbu u b'dak li tikxfu
- Dawk (l-allat foloz) li (il-pagani) isejħu minflok lil Alla ma joħolqu xejn; (mhux biss, talli) huma jinħalqul
- Huma mejtin (dawk l-idoli), mhux ħajjin, u ma jafux meta (huma u l-pagani li jimuhom għad) jitqajmu mill- mewt. A
- Alla tagħkom huwa Alla Wieħed (u ħadd ħliefu), iżda dawk li ma jemmnux fil-Ħajja l-Oħra, qlubhom ma jridux jafu (b'Alla Wieħed), u huma mkabbrin (għall- aħħar u ma jridux jilqgħu s-sewwa)
- Bla dubju li Alla jaf b'dak li jaħbu u b'dak li jikxfu. Tabilħaqq li Huwa ma jħobbx lill-imkabbrin
- U meta jintqalilhom: ''X'niżżel Sidkom (il-Mulej lil Muħammad)', jgħidu (b'żebliħ): 'Stejjer ta' nies. il- qedem, (xejn aktar)i
- Ħalli jġorru t-toqol (rad-dnubier) tagħhom kollha f'Jum il-Qawmien, (u jġorru wkoll) xi ħaġa mit-toqol ta' dawk li huma kienu tellfuhom it-triq, bla għarfien (u mingħajr provi). (Kunu afu li) tassew ikrah dak (it-toqol) li jġorrul
- Dawk ta' qabilhom (ukoll) nassu (kontra Alla u l- Mibgħutin tiegħu), iżda Alla qala' l-bini tagħhom mis- sisien, u s-saqaf waqa' għal fuqhom, u ġiehom il-kastig minn fejn ma ntebħux
- Imbagħad f'Jum il-Qawmien iwaqqagħhom fil-għajb' (bil-kastig' li jagħtihom), u jgħidfilhom): ''Fejn huma l- ixirka tiegħi. (dawk l-allar foloz) li kontu tħaqquha. dwarhom (mal-Mibgħutin tiegħi u man-nies li emmnu fija' Għaliex ma jiġux jaqbżu għalikom) 7' Dawk li ngħataw l-għarfien jgħidu: '' Tabilħaqq li llum l-għajb u l- ħażen fuq dawk li ma jemmnux
- dawkeli l-anġli jtemmulhom ħajjithom, filwaqt li jkunu qegħdin jonqsu lejhom infushom (bil-qima lill-idoli). Huma joqogħdu għall-anġli (fi/waqr li jgħidulhom): 'Ma. konniex nagħmlu ħażen.' (L-anġli jweġbuhom:) ''Le, (mhux hekkji Alla tabilħaqq jaf sewwa b'dak li kontu tagħmlu)
- Melaidħlu bwieb l-Infern, u fih tgħammru għal dejjemi Tassew ta' għajb l-għamara ta' l-imkabbrini
- U jintqal lil dawk (il-ġusti) li jibżgħu minn Alla: X'niżżel Sidkom. (il-Mulej lil Muħammad) 7' Huma jgħidu: '(Kulma huwa) tajjeb.' Lil dawk li jagħmlu t- tajjeb, f'din id-dinja hemm (ħlas) tajjeb, iżda d-Dar l- Oħra hija aħjar (wisq, għaliex qatt ma tintemm). Tassew sabiħa Dar dawk li jibżgħu minn Alla
- (sbieħ) il-Ġonna ta' l-Għeden li huma jidħlu fihom. bix- xmajjar jiġru taħthom, u fihom għandhom kulma jridu (mingħajr taħbit u tbatija). Hekk Alla jħallas lil-dawk li jibżgħu minnu
- dawk li l-anġli jtemmulhom ħajjithom filwaqt li jkunu tajbin, u jgħidu(/hom): ''Sliem għalikoml Idħlu l-Ġenna, ta' (it-tajjeb) li kontu tagħmlul
- Jaqaw (il-ħżiena) qegħdin jistennew biss li jiġuhom l- anġli (bil-mewr), jew li jiġi l-amar ta' Sidek (il-Mulej u jieħdu l-kastig) 7 Hekk għamlu dawk ta' qabilhom. Alla ma naqasx lejhom (meta qeridhom), iżda huma kienu jonqsu lejhom infushom
- Għalhekk l-għemejjel il-ħżiena li għamlu ġew fuqhom, u dak (il-kastig) li kienu jżebilħu dawwarhom minn kullimkien
- U dawk li xierku (allat foloz ma' Alla) jgħidu (b'żebliħ): 'Li kieku Alla ried, ma tajna qima lil-xejn (u lil ħadd) ħliefu, (la) aħna u lanqas missirijietna, u lanqas. konna nipprojbixxu xejn mingħajr (l-amar) tiegħu. Hekk għamlu dawk ta' qabilhom. Jaqaw dmir il- Mibgħutin ma huwiex ħlief (i jwass/u) it-taħbira mill- aktar ċara
- Aħna tabilħaqq bgħatna f'kull ġens. Mibgħut. (bil- bxara): 'Qimu lil Alla, u warrbu l-allatf' U (kien hemm) minnhom li Alla mexxiehom fit-triq it-tajba (u emmnu), u minnhom li nħakem mit-telfien. Mela terrqu ma' l-art (kollha) u araw kif kien tmiem dawk li giddbu (is- sewwa)
- Jekk inti (Muħammad) tħabrek biex tmexxihom (fit-triq it-tajba, kun af li) Alla tabilħaqq ma' jmexxix (lejn is- sewwa) lil-dawk li jtellifhom it-triq (minħabba l-għażla ħażina tagħhom), u lanqas ma għandhom min jgħinhom
- (Il-pagani) ħalfu b'Alla l-akbar ħalf (u qalu) li Alla ma jqajjimx mill-mewt lil min imut. Le (mhux hekk)t (Din) wegħda li Hu għamel bis-sewwa, iżda ħafna min-nies ma jafux fis-setgħa ta' Alla, u għalhekk jiċħdu l-qawmien mill-mewt
- (Alla jqajjem lill-mejtin) biex jurihom biċ-ċar dak li ma jaqblux fuqu, u biex dawk li ma jemmnux (fil-qawmien mill-mewt) ikunu jafu li huma kienu giddibin
- Kliemna, meta rridu xi ħaġa, ikun biss li ngħidulha: Kunf' u hija tkun
- Dawk li emigraw għal Alla, wara li nħaqru (bl- inġustizzja), tabilħaqq inqegħduhom. f'għamara tajba ff'din) id-dinja (u aħjar minn dik li telqu minnha); iżda l- ħlas ta' (il-Ħajja) l-Oħra huwa akbar (wisq). Li kienu jaful
- (Huma) dawk li stabru (fit-tiġrib kollu), u joqogħdu fuq Sidhom (il-Mulej)
- U qablek (Muħammad) ma bgħatniex għajr irġiel (bħalek) li Aħna nebbaħna. Staqsu, (ża nies Quvajx) lin-nies tat-tifkira (li hija l-Kotba Mqaddsa sew Lhud kif ukoll Insara) jekk intom ma tafux ( 4 taraw kif jgħidulkom li l-Mibgħutin tagħna kienu rġiel u mhux anġli)
- (Aħna bgħatniehom) bis-sinjali ċ-ċari u bil-Kotba mqaddsa, u niżżilnielek it-tifkira (li hu l-Qoran) biex inti turi biċ-ċar lin- nies dak li tniżżlilhom, u għandhom imnejn jixtarru (is-siwi tiegħu)
- Jaqaw dawk li nassu l-għemejjel ħżiena (konrra l-Profeta ta' Alla, u saħansitra riedu joqtluh) iserrħu. rashom li Alla ma jġegħelx l-art tiblagħhom (bħalma kien ġara lil Qarin), jew li ma jiġihomx il-kastig minn fejn ma jintebħux
- Jew (inkella jserrhu rashom) li (Alla) ma jeħodhomx (għal għarrieda biex jagħtu kont ta' ħajjithom), waqt li jkunu ġejjin u sejrin (fis-safar tagħhom), mingħajr ma jistgħu jaħarbu (il- kastig)
- Jew jeħodhom (iż jeqridhom ftit ftit) fil-biża' (kbir tagħhom mill-kastig) 2 Tabilħaqq li Sidkom huwa Kollu Tjubija u Ħanin (ġaladarba ma jgħaġġilx biex jikkastigakom)
- Jaqaw (il-ħżiena) ma jarawx il-ħwejjeġ li ħalaq Alla (bis- Setgħa bla tarf tiegħu), u li d-dellijiet tagħhom iduru lejn il- Iemin u x-xellug, mixħutin f'qima lil Alla, filwaqt li jiċċekknu għall-aħħar
- Għal Alla jinxteħet bil-qima kulma jinsab fis-smewwiet u fl- art, sew jekk ħlejjaq jitħarrku (bnedmin u bhejjeni), sew jekk l- anġli, u huma ma jitkabbrux (guddiem il-Mulej)
- Huma jibżgħu minn Sidhom (il-Midej). li jinsab fuqhom. u jagħmlu dak li jitqabbdu
- Alla qal: 'Ma jkollkomx żewġ allat tnejn għaliex Huwa Alla Wieħed, u minni (biss) ibżgħul
- Tiegħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u tiegħu d-din għal dejjem, Jaqaw tibżgħu minn xi ħaddieħor għajr Alla
- Kull grazzja li għandkom ġejja mingħand Alla, imbagħad jekk tmisskom. il-ħsara. (bħall-mard u. l-faqar, arakom) titkarrbulu ( 4 titolbuh l-għajnuna)
- Imbagħad meta jneħħi l-ħsara minn fuqkom, (issib /i) ġemgħa minnkom: ixierku (allat foloz) ma' Sidhom
- (u'ma'jafuhulniex ta' dak fil-ġid kollu). li-tajniehom. Mela: gawdu (għal f'if ieħor, iżda dalwaqt) se tkunu taful
- Lil dawk (l-idoli) li ma jafux (kif jaqbdu jagħtu prova tad- divinità tagħhom, il-pagani) jagħtu sehem minn: dak. li tajniehom għall-għajxien tagħhom (bħalma huma l-ħxejjex u l- bhejjem li huma jressqulhom bħala sagrifiċċju). Fuq Allat Tassew (li intom il-pagani) għad tkunu mistoqsija dwar dak li kontu taqilgħu minn żniedkom fkontra A/lajl
- Huma, (fl-injuranza kbira tagħhom), għamlu lil Alla (ulied) bniet (u qalu li dawn tiegħu, meta dawn huma biss l-anġli tiegħu)l Sebħ lilut U għalihom (il-pagani jżommu s-subien), dakli jixtiequ (fuq kollox)
- Meta xi ħadd minnhom jingħata l-bxara li. (heldiriu) tifla, wiċċu jiswied, u jagħli (u jagħdab) għall-aħħar
- Huwa jwarrab min-nies minħabba l-aħbar ħażina li ngħatatlu (għaliex. tarbija. tifla tagħmillu għajb). Tgħid iżommha (ir- tarbija) minkejja l-għajb (ti ġġib fuqu). jew jidfinha (ħajja) fit- trabŻ (Filwaqt li jistqarru li Alla għandu wlied. bniet, huma jridu biss li jkollhom ulied subieni) Tassew ikrah dak li jaqtgħu (li jagħmluji)
- Lildawkli ma jemmnux fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra, u qalu li Alla għandu wlied bniet) tixraq l-agħar tixbiha, u lil-Alla (tixraq) l-ogħla (u l-aħjar) tixbiha. Huwa l-Qawwi u l-Għaref
- Li kieku Alla kellu jikkastiga lin-nies tal-ħażen tagħhom, ma kien iħalli ebda ħliqa titħarrek (fuq l-art kollha, sew bniedem kif ukoll bhima), iżda Huwa jagħtihom. aktar ħin sa żmien imsemmi (u magħruf minnu biss), u meta jasal żmienhom (biex imutu), ma (jkunux jistgħu). itawluh b'siegħa, u lanqas jgħaġġlu
- Huma jgħaddu lil Alla dak li jobogħdu (għalihom infishom, bħall-ulied bniet), u l-ilsna tagħhom jaqilgħu l-gideb (u jgħidu) li tagħhom hija l-aħjar ħaġa (il-Ġenna), iżda ma hemmx dubju li tagħhom huwa n-Nar, u li huma l-ewwel li jintbagħtu fih
- Fuq Allat (Frakar Muħammad li) Aħna bgħatna (lill-Profeti tagħna) għand xi ġnus qablek, iżda x-Xitan. (lill-ħżiena) żejnilhom l-għetnejjel (qarrieqa) tagħhom; u llum huwa jieħu ħsiebhom, iżda jkollhom kastig ta' wġigħ
- (Ma niżżilniex il-Ktieb fuqek jekk mhux biex turihom biċ-ċar dak li-ma qablux fuqu, u biex daw il-Qoran ikun) tmexxija tajba u ħniena għal nies li jemmnu
- Alla jniżżel mis-sema ilma u bih jaħji l-art wara mewtha: Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal (tas-sergħa bla tarf tiegħu) għal nies li jisimgħu
- Tassewji fil-frat (bħall-iġmla, il-baqar, in-nagħaġ u l- mogħoż ) għandkom tagħlima (għaliex) nisqukom minn dak li hemm f'żaqghom, minn bejn il-fdalijiet u d-demm: ħalib safi, u jgħaddi malajr għal dawk li jixorbu/h
- Minn frott is-siġar tal-palm u d-dwieli tieħdu għalikom xorb li jsakkar u ikel tajjeb (bħat-tamar u ż-żbib). Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal għal nies bil-għaqal
- Sidek nebbaħ lin-naħal (u qalilhom): 'Agħmel għalik djar fl-iġbla, fis-siġar, u f'dak (il-bini li l-bnedmin) itellgħu
- imbagħad kul mill-frott kollu (ii ssib fil-fjuri), u terraq fit-toroq wietja (u bla (fixkil) ta' Sidek (il-Mulejjf' Minn żaqqhom toħroġ xarba f'bosta lwien (xi drabi għasel aħmar, abjad jew isfar), u fiha fejqan għan-nies (mini ħafna mard). Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal għal nies li jixtarru (il-kobor tas-setgħa ta' Alla)
- Alla ħalaqkom (bis-setgħa tiegħu) imbagħad jeħdilkom irwieħkom (u tinġabru għandu). U minnkom hemm min jilħaq l-agħar għomor (u l-aktar wieħed dgħajjef dak tax-xjuħija) biex, wara li'kien jaf ħafna, ma jkun jaf xejn (u jerġa' jsir bħat-tfal, sew fil-qawwa tal-ġisem kif ukoll f'għaqlu). Tabilħaqq li Alla jaf kollox u Setgħan fuq kollox
- Alla għażel uħud minnkom ( 4 ppreferiekom) fuq oħrajn f'dawk li huma) l-għotjiet (tiegħu) għall-għajxien. Issa dawk li kienu magħżula (u preferuti) ma jagħtux (dawn) l-għotjiet lil dawk (l-ilsiera) li: għandhom fil-leminija tagħhom, biex jiġu ndaqs fihom. Jaqaw jiċħdu l-grazzja ta' Alla
- U Alla għamlilkom nisa minnkom infuskom, u min- nisa tagħkom għamlilkom ulied, u ulied l-ulied, u takom mill-ħwejjeġ. tajba għall-għajxien tagħkom. Jaqaw jemmnu fil-frugħa u jiċħdu l-grazzja ta' Alla
- Minflok lil Alla, huma jqimu lil dak li ma għandu xejn x'jagħtihom għall-għajxien tagħhom mis-smewwiet u l- art, u lanqas jista' (jagħmel xejn għalihom)
- La xxebbhu lil Alla ma xejn (għaliex ma' hemmx bħalu)l Tassew li Alla jaf, u intom ma tafux
- Alla jxebbah (lili nnifsu u lill-idoli) ma' (żewġt irġiel, wieħed) ilsir f'idejn ħaddieħor, li ma jista' jagħmel xejn (minn rajh). u (ieħor) li tajnieh għajxien tajjeb, u huwa jonfoq minnu bil-moħbi u bid-dieher (biex jogħġob lil Alla). Jaqaw (dawn it-tnejn) huma ndaqs 7 (Żgur li lel) Tifħir lil Allal Iżda ħafna minnhom ma jafux
- U Alla jxebbah (/i/u nnifsu u lill-idoli) ma' żewġt irġiel 4 (oħra), wieħed minnhom mutu, u ma jista' jagħmel xejn, u huwa toqol fuq sidu, (għaliex) f'kulma jqabbdu ma. joħroġ minnu ebda ġid. Jaqaw (bniedem. bħal) dan u. ) (ħaddieħor) li jamar il-ħaqq u huwa fi triq dritta huma.) ndaqs' (Żgur (i lel)
- Ta' Alla huma l-ħwejjeġ mistura tas-smewwiet u ta' l- art (u jaf kollox dwarhom). L-amar dwar is-Siegħa: (tal- Ġudizzju) ma hijiex għajr bħal tebqa ta' għajn, jew inqas (minn hekk, u tasal għal għarrieda). Tabilħaqq li Alla fuq kollox Setgħan
- Alla ħariġkom minn ġwief ommijietkom mingħajr ma tafu xejn, u takom is-smigħ, dawl għajnejkom, u l-qlub biex forsi tiżżu ħajr
- Mela ma jarawx it-tajr miżmuma fis-sema, u ma jżommhomx (hemm fuq, bla ma jaqgħu) għajr Alla 7 Tabilħaqq li f'dan hawn sinjali (tas-setgħa kbira tiegħu) għal nies li jemmnu
- Alla għamel minn djarkom imkien għalikom fejn tistrieħu, u minn ġlud il-frat għamlilkom djar (f'għamla ta' tined) li ssibuhom ħfief (biex tkunu tistgħu ġġorruhom) f'jum is- safar tagħkom, u fil-jum li (tieqfu biex) toqogħdu (fihom), u mis-suf (tan-nagħaġ) u l-pil (ta' l-iġmla), U minn xagħarhom (l-aktar tal-mogħoż, tagħmlu) ħwejjeġ għall- kumdità u l-ħtiġijiet (tagħkom), u tgawdija għal-xi żmien (sa ima tmutu)
- U Alla għamlilkom id-dell minn dak li ħalaq; mill-iġbla għamlilkom. (imkejjen fejn issibu) il-kenn, u għamlilkom ilbies'li jħariskom mis-sħana, u Ibies (f'għamla ta' kurazza) li jħariskom mill-qilla tagħkom (għal xudxin meta titqabdu). Hekk huwa jġib fil-milja tagħha t-tjieba tiegħu fuqkom (billi jurikom: it-tagħlim ta' l-Islam), biex forsi toqogħdu għar- rieda tiegħu (u tagħrfuh bħala Alla Waħdieni tagħkom)
- Iżda jekk jagħtu daharhom (għaliex ma jridux jisimgħu), dmirek (Muħammad) ma huwiex ħlief (li twassal) it-taħbira mill-aktar ċara
- Huma (l-ewwel) jagħrfu l-grazzja ta' Alla, imbagħad jiċħduha; u l-kotra tagħhom ma jiżżux ħajr (/i/ Ala)
- (Fil-Jum meta nqajmu mill-mewt xhud minn kull ġens fis dan jixhed għat-twemmin jew għaċ-ċaħda tat-twemmin tal- ġens li: ntbagħat għandu), imbagħad dawk. li ċaħdu l- twemmin ma jitħallewx iġibu l-iskużi (għaliex kliemhom huwa kollu gideb) u lanqas. jintalbu. li jibdlu l-imġiba tagħhom biex jogħġbu (lil Alla b'xi kliem jew. għemil, għaliex ikun tard wisq, u jkun wasal ħin il-kastig)
- u meta dawk li għamlu l-ħażen jaraw il-kastig (ta' l-/n/ern); dan ma' jitħaffilhomx. (lanqas b'siegħa waħda), u. ma jingħatawx aktar żmien
- U meta dawk li xierku (allat foloz ma' Alla) jaraw l-ixirka tagħhom, jgħidu (bit-tama li. jitnaqqsilhom il-kastig): SSidna, dawn huma l-ixirka tagħna li konna nsejħu minflokok.' Iżda (dawn l-idoli) jitfgħulhom lura (dan) il- kliem (e jgħidulhom): '' Tabilħaqq li intom giddibini
- Dakinhar huma juru lil Alla li joqogħdu għalih (iżda jkun tard wisq), u jitlaqhom (waħidhom, fit-taħwid tagħhom) dak kollu li kienu jaqilgħu minn żniedhom
- Dawk li-ma jemmnux u jżommu (/il ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (li hi l-Islam) żidnielhom kastig fuq kastig, tal- ħsara li kienu jagħmlu
- (U aħseb Muħammad) fil-Jum meta nqajmu mill-mewt, f'kull ġens, xhud kontrihom, minnhom infushom, u nġibuk (Muħammad) bħala xhud għal dawn (il-Ourajxin, niesek). Aħna niżżilnielek il-Ktieb li jfisser kollox biċ- ċar, u (huwa wkoll) tmexxija tajba, ħniena, u bxara tajba lill-Misilmin
- Tabilħaqq li Alla jamar (Żi jkun hemm) il-ħaqq (fost il- bnedmin), l-għemejjel. tajba, u l-għoti (ta' l-għajnuna) lill-qraba. Huwa ma jridx (Żi jsir) il-faħx, (kull) għemil ħażin, u inġustizzja. Huwa jwissikom, biex forsi żżommu f'raskom
- Oqogħdu għar-rabta ta' Alla meta tidħlu fiha, u la tiksrux il-ħalf tagħkom wara li (rkunu) wettaqtuh (billi semmejtu Isem Alla, u b'hekk) ġibtu lil Alla jixhed għalikom: Tabilħaqq li Alla jaf b'dak li tagħmlu
- U la tkunux bħal dik li ħabblet u ħallet il-ħjut ta' l- għażel tagħha wara li kienu qawwija (u magħquda ħaġa waħda; dan jixbah lilkom meta) tinqdew bil-ħalf tagħkom (imbagħad: tiksru l-wegħda) biex tqarrqu b'xulxin, għaliex ġens ikun akbar fl-għadd (z: l-ġid) minn ġens ieħor (u intom tiksru l-wegħda mad-dgħajjef u xxaqilbu lejn il-qawwi). Alla qiegħed biss. iġarrabkom b'dan (biex jara min iżomm kelmtu, u min ma jżommhiex). Tassew li f'Jum il-Qawmien għad jurikom biċ-ċar dak li ma kontux taqblu fuqu
- Li kieku ried, Alla kien jagħmilkom ġens wieħed (bi twemmin wieħed), iżda (ried iħallikom ħielsa u) itellef it- triq lil-min irid, u jqabbadha lil min irid. U tassew li għad tkunu mistoqsijin dwar dak li Kontu tagħmlu
- La tinqdewx bil-ħalf tagħkom biex tqarrqu b'xulxin, hekk li tiżloq xi sieq (minn tagħkom u toħroġ mis-sewwa) wara li kienet fis-sod, u (ta' dan għemilkom) idduqu l- ħażen (tal-kastig) talli żammejtu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (li hi l-Islam), u jkollkom kastig mill-kbar (f'nar l-Infern)
- Lanqas ma għandkom tbigħu r-rabta ta' Alla (li hija għal dejjem) bi prezz irħis (li jgħaddi). Għaliex dak li (jinsab) għand Alla huwa wisq aħjar għalikom, li kieku kontu taful
- Dak li għandkom għad jintemm, iżda dak li hemm għand Alla jibqa'. Tassew li lil dawk li stabru (is żammiz sħiħ fil-fidi ta' Alla) nagħtuhom ħlashom. ta'. l-aħjar (għemejjel) li kienu jagħmlu
- Min jagħmel il-ġid, raġel jew mara, filwaqt li jemmen, Aħna tabilħaqq nagħtuh (fid-dinja) ħajja tajba, U. f(li/ dawk li jagħmlu l-ġid):tassew nagħtuhom ħlashom ta' l- aħjar (għemejjel) li kienu jagħmlu
- Meta taqra l-Qoran, itlob il-kenn (u l-ħarsien) ta' Alla mix-Xitan il-misħut (biex it-tfesfis tiegħu ma jtellfekx)
- Huwa tabilħaqq ma għandux setgħa fuq dawk li jemmnu u jħallu f'idejn Sidhom
- Is-setgħa tiegħu hija biss fuq dawk li ngħaqdu miegħu (biex iħarishom), u li jxierku (lil ħaddieħor) ma' Alla
- U metanbiddlu xi vers minflok vers (ieħor, kunu afis li) Alla jaf l-aktar b'dak li jniżżel (ftit ftit lill-bnedmin għall- fejda tagħhom; malajr tismagħhom) jgħidu: 'Inti (Muħammad) qiegħed biss taqla' minn żniedekt' Iżda ħafna minnhom ma jafux (x'qegħdin jgħidu u lanqas jistgħu jifhmu)
- (Għidfilhom Muħammad): ''Ruħ il-qodos (l-anġlu Gabrijel) niżżlu (dan il-Qoran) mingħand Sidek bis- sewwa, biex iwettaq lil-dawk li jemmnu, (kif ukoll biex ikun) tmexxija sewwa u bxara tajba lill-Misilmin
- Nafu li huma jgħidu: Mhux għajr bniedem: dak li jgħallmu (lil Muħammad)i' (Dawn għandhom ikunu jafu li) l-ilsien ta' dak (Ġabr, iż-żagħżugħ Nisrani) li qegħdin jitkellmu dwaru (u qegħdin jgħidu li qiegħed jgħallem lil Muħammad) huwa: barrani, filwaqt li dan (l-ilsien tal- Qoran huwa) ilsien Għarbi ċar
- Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux fis-sinjali ta' Alla (fosthom: dan. il-Qoran), Alla ma. jurihomx. it-triq, u għandhom kastig ta' wġigħ
- (Muħammad, tinsiex li) huma dawk li jaqilgħu l-gideb (filwaqt li-ma' jemmnux f'Sidek il-Mulej u) li ma jemmnux fis-sinjali ta' Alla, u dawk huma l-giddibin
- Min jiċħad lil Alla wara li jkun emmen mhux dak li huwa mġiegħel jiċħad (bi /sienz), u qalbu (għadha) mistrieħa fit-twemmin, iżda (kud/) min jiftaħ qalbu għaċ- ċaħda tat-twemmin (iies bħal dawn) ikollhom fuqhom għadab minn Alla, u għandhom kastig mill-kbar
- Dan għaliex huma jħobbu aktar il-ħajja (f'din) id-dinja milli (l-Ħajja) l-Oħra, u Alla ma jurix it-triq lil-dawk li jiċħdu t-twemmin
- Huma dawk li Alla qiegħed siġill fuq qlubhom, fuq is- smigħ tagħhom, u fuq dawl għajnejhom (u b'hekk ma jistgħux jifhmu: l-verità), u dawk huma li-moħħhom imtajjar (bil-frugħa tad-dinja)
- Ma hemmx dubju li fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) huma jkunu t-tellifin
- Imbagħad (kun af' Muħammad) li Sidek, lil dawk li emigraw (wara li- ġġarrbu. (bil-moħqrija ' tal-ħżiena), ħabirku kemm felħu (u tqabdu), u. stabru (ur żammu iebes), tassew li Sidek, wara dan (it-tiġrib kollu se jserraħhom għaliex) huwa Kollu Maħfra u Ħanin
- Fil-Jum (tal-Ġudizzju) meta kull ruħ tiġi tħaqqaqha. għaliha nnifisha, kull ruħ titħallas sħiħ ta' dak li għamlet, u huma ma jmorrux minn taħt
- Alla jxebbah (nies. Mekka, u nies oħra li jġibu rwieħhom bħalhom) ma' belt li kienet imħarsa u hienja, li ġidha jaslilha bix-xaba' minn kullimkien, (iżda ġara li) din ċaħdet il-grazzji ta' Alla (u l-ġid /i sar magħha u għalhekk) Alla dewwaqha Ibies il-ġuħ u l-biża', ta' dak li kienu jagħmlu (niesha meta ħaduha kontra Alla)
- U ġiehom tassew Mibgħut minn fosthom, iżda huma ġiddbuh u (għalhekk) il-kastig ħadhom (għal għarrieda) filwaqt li kienu fil-ħażen tagħhom
- Mela kulu minn dak (il-ġid kollu) li Alla takom għall- għajxien tagħkom, li jiswa li jittiekel u huwa tajjeb, u roddu ħajr tal-grazzja ta' Alla (fieġkom), jekk. tassew tqimuh
- Huwa għamel biss -ma jiswiex għalikom (li: tieklu laħam) mejjet, id-demm, laħam il-ħanżir, u kulma kien offrut (lill-idoli) minflok lil Alla. Iżda min ikollu (jiekol dan l-ikel, minħabba l-ħtieġa) u huwa ma jixtiqux, (is meta jieklu) ma jaqbiżx il-limiti. tabilħaqq li Alla Kollu Maħfra u Ħanin
- (Intom il-pagani) la tgħidux dwar il-gideb li jaqilgħu l- ilsna tagħkom: ''Dan jiswa, u dan ma jiswiex', biex taqilgħu l-gideb dwar Alla (u tgħidu li Huwa hekk irid). Tabilħaqq li dawk li jaqilgħu l-gideb dwar Alla ma jirbħux (la f'din id-dinja, u lanqas fl-Oħra)
- (Huma jkollhom: biss) tgawdija qasira. (fid-dinja), u (wara dan) ikollhom kastig ta' wġigħ. (għal dejjem)
- Għamilna ma jiswiex għal-Lhud dak li: għednielek qabel (f'Suret il-Frar: lima jiklux xaħam il-baqar, il- mogħoż u n-nagħaġ, u ta' bhejjem oħra bid-difer): Ma nqasniex lejhom (minħabba din. il-projbizzjoni), iżda huma kienu jonqsu lejhom infushom
- Imbagħad (kun af: Muħammad) li Sidek, lil-dawk li jagħmlu l-ħażen bla ma jafu, imbagħad wara dan, jindmu u jibdlu ħajjithom, tassew li Sidek, wara dan (kollu), huwa Kollu Maħfra u Ħanin
- Abraham tabilħaqq kien ġens (fih innifsu). mogħti kollu kemm hu lil Alla; safi (fil-fidi). u ma kienx minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla)
- Kien (dejjem) jiżżi ħajr (lil Alla). tal-grazzji tiegħu. (Alla) għażlu (biex ikun Mibgħut tiegħu), u mexxieh lejn triq dritta
- U tajnieh il-ġid f'(din) id-dinja, u fl-Oħra huwa tabilħaqq mal-ġusti
- Imbagħad nebbaħniek (Muħammad u għednielek): ċImxi fuq it-twemmin safi ta' Abrahaml Huwa ma kienx minn dawk li jxierku
- Is-Sibt kien magħmul (jorbor) biss għal dawk (il-Lhud) li ma qablux fuqu. Sidek tabilħaqq għad jagħmel ħaqq minnhom, f'Jum. il-Qawmien, dwar dak li ma kinux jaqblu fuqu
- Sejjaħ (Muħammad lin-nies) lejn triq Sidek (u l-liġi tiegħu) bl-għerf u bit-twissija. t-tajba, u ħaqqaqha magħhom bl-aħjar mod (/i rista'). Sidek tassew jaf l-aktar dwar min ħareġ minn triqtu, u l-aktar li jaf b'dawk li huma fit-triq it-tajba
- U jekk (lill-ħżiena u lill-aggressuri) tikkastigawfhom, ikkastigawhom (b'kastig) bħal dak li kontu kastigati biħ, iżda jekk tistabru ( 4/ taħfru), dan ikun aħjar għal dawk li jistabru
- Stabar (Muħammad, f'dan. it-tiġrib kollul Kun af li) sabrek mhux għajr b'Alla (u bl-għajnuna tiegħu). U la titnikkitx għalihom (il-pagani), u la tiddejjaqx minħabba dak li jnassu
- Alla tabilħaqq ma' dawk li jibżgħu minnu, u li jagħmlu t-tajjeb