17.The Night Journey

  1. Sebħ lil Dak li bagħat lill-qaddej tiegħu (Muħammad) fuq safra billejl mill-Moskea mqaddsa (f'Mekka) sa' l- Moskea l-imbiegħda. (f'Ġerusalemm, il-Moskea 'al- 'Aqsa), li Aħna berikna madwarha, biex nuruh uħud mis- sinjali tagħna (fis-Salma tas-sema u ta' l-art). Huwa. tabilħaqq jisma' kollox u jara kollox
  2. U tajna lil-Mosċ l-Ktieb. (tal-Tord), u għamilnieh imexxija tajba għal Ulied Israel ( 4 għednielhom: 'Araw li) ma jkollkom lil ħadd li jieħu ħsiebkom għajril
  3. (Intom) in-nisel ta' dawk li ġarrejna (fl-arka) ma' Noċ. Huwa kien tabilħaqq qaddej li jaf irodd ħajr (mela agħmlu bħalu)
  4. U ħabbarna lil Ulied Israel fil-Ktieb (rat-Tora u wissejniehom): ''Darbtejn tagħmlu ħsara fuq l-art, u tabilħaqq togħlew wisq (fil-kburija u l-kefrija tagħkom)
  5. U meta waslet l-ewwel wegħda mit-tnejn (kif konna wissejna), Aħna bgħatna kontrikom qaddejja tagħna ta' qilla kbira (biex jitħallsu minnkom). Huma daħlu ġewwa d-djar (tagħkom' biex ifittxukom). U Kienet wegħda mitmuma (għaliex ħadd ma seta ' jaħrab minnha)
  6. Imbagħad (wara li wrejtu ndiema) raddejnielkom lura s-setgħa tagħkom fuqhom. (fuq l-għedewwa tagħkom), żidniekom fil-ġid u fl-ulied, u għamilniekom akbar fl- għadd (minn dawk l-għedewwa)
  7. Jekk tagħmlu t-tajjeb. tagħmluh għalikom infuskom, u jekk tagħmlu l-ħażen, mela kontrikom. (tagħmluh). U meta waslet l-aħħar wegħda (li tħabbar it-tieni ħsara li se tagħmlu, ħallejna lill-għedewwa tagħkom). iħassrulkom uċuħkom (is jġibukom fix-xejn), jidħlu fil-maqdes bħalma daħlu fih l-ewwel darba, u jeqirdu għal kollox kulma jaħkmu (taħt idejhom)
  8. Għandu mnejn Sidkom iħenn għalikom. Iżda jekk terġgħu lura (għall-ħażen tagħkom), Aħna (ukoll) nerġgħu lura (bil- kastigi tagħna), u għamilna l-Infern ħabs għal dawk li jiċħdu t- twemmin
  9. Tabilħaqq li dan il-Qoran juri (i/ jwassal) lejn l-aktar triq dritta, u jagħti l-bxara t-tajba lil dawk li jemmnu u li jagħmlu għemejjel tajba, li għalihom hemm ħlas kbir (fil-Ġenna)
  10. (Dan il-Qorar iħabbar ukoll) li dawk li ma jemmnux l-Oħra (fil-Ħajja. l-Oħra), ħejjejna għalihom; kostig ta' wġigħ (fl- Infern)
  11. Il-bniedem jitlob għad-deni daqskemm jitlob għall-ġid, u l- bniedem huwa (dejjem). mgħaġġel (fi kliemu u. f'għemilu, mingħajr ma jieqaf jaħseb)
  12. U għamilna l-lejl u n-nhar bħala żewġ sinjali: (tal-qawwa tagħna), u. ħassama s-sinjal. tal-lejl (hekk li: dallamniehi biex matulu. tistrieħu), u għamilna s-sinjal tan-nhar biex juri(komr fejn sejrin u) biex (matulu) tfittxu tjieba minn Sidkom ( fil- ħidma tagħkom), u biex tkunu tafu l-għadd tas-snin u l-qjies. Kollox fissirna bir-reqqa kollha
  13. Lil kull bniedem irbatnielu d-destin tiegħu fna' għonqu (hekk li-qatt ma jħallih), u f'Jum il-Qawmien noħorġulu ktieb li jsib miftuħ beraħ (quddiemu, bl-għemejjel kollha ta' ħajtu mniżżla fih)
  14. (Imbagħad jingħad lilu:) 'Aqra l-ktieb tiegħekt Illum inti biżżejjed għalik innifsek biex tagħmel il-kont tiegħek
  15. Min qabad it-triq it-tajba, huwa qabadha għalih innifsu, u min tilef it-triq, ma tilifhiex jekk mhux bi ħsara għalih. Dik (ir- ruħ) li terfa' t-toqol (tad-dnub) ma. terfax toqol ta' ruħ oħra. Aħna ma nikkastigawx qabel ma nibagħtu Mibgħut (biex jilħaq iwissi)
  16. U meta rridu neqirdu xi belt, joħroġ l-amar tagħna (permezz tal-Mibgħutin. tagħna) lill-għonja tagħha (u lill-mexxejja li jgħixu fiha biex joqogħdu għal Kliemna, iżda huma ma jagħtux widen u xorta waħda) jagħmlu l-ħażen fiha, hekk li (dik il-belt) ikun ħaqqha l-Kelma (tal-kastig li-toħroġ mingħandna) kontriha, u neqirduha għal kollox
  17. Kemmeil nisel-qridna wara Noċ (bħal nies. Għad, Tamiid, u nies il-Fargħun), u Sidek (Muħammad) huwa biżżejjed biex ikun jaf u jara sew dnubiet il-qaddejja tiegħu (u jħallashonr kif jixraq)
  18. Min irid (jgħix biss għal din il-ħajja) li tgħaġġel (lejn tmiemha, arana) ngħaġġlu fiha dak li rridu Aħna, lil-min. irridu, imbagħad għamilnielu l-Infern biex jinxtewa fih, imkasbar u mkeċċi ('i/ bogħod mill-ħniena ta' Alla)
  19. Iżda min irid (il-Ħajja) l-Oħra, u jħabrek għaliha t- tħabrik li ġġib magħha, filwaqt li huwa jemmen, (iies bħal) dawk, it-tħabrik tagħhom. jintlaqa' b'ħajr (minn Alla u jieħdu l-ħlas tiegħu)
  20. Lil kulħadd nagħtu, sew lil dawn (ta' l-ewwel, li jħobbu d-dinja) kif ukoll lil dawn (ta' l-aħħar; li jixxennqu għall-Ħajja ta' dejjem), mill-għoti (kotran) ta' Sidek, u l- għoti ta' Sidek ma huwiex miżmum lura (minn ħadd)
  21. Ara (Muħammad) kif lil-uħud ippreferejniehom minn ħaddieħor (fil-ġid li tajniehom, hekk li ssib min hu għani; u min hu fqir), iżda (il-Ħajja) l-Oħra hija ogħla fil-gradi (ta' ġieħ) u akbar fl-istima
  22. Ara li ma tagħmilx alla ieħor ma' Alla, (inkella) toqgħod fil-għajb u tkun minsi (minnu)
  23. Sidek amar li-ma tqimux ħliefu, u (li jeħtieġ turi) tjubija. mal-ġenituri. (tagħkom). Sew jekk wieħed minnhom, u sew jekk it-tnejn li huma jaslu sax-xjuħija miegħek, la tgħidilhomx ''Ufff' u lanqas iċċanfarhom, iżda għidilhom kelma tajba
  24. U fil-ħniena (fiegħek), niżżel fuqhom il-ġewnaħ ta' l- umiltà (tiegħek /ejhom) u għid: ''Sidi, ħenn għalihom bħalma (għamlu huma miegħi meta) rabbewni meta kont żgħir
  25. Sidkom jaf l-aktar dwar x'hemm fikom infuskom. Jekk tkunu tajbin ( 4 ġusti), tabilħaqq li Huwa Kollu Maħfra ma' dawk li dejjem jerġgħu jduru lejh (bl-indiera)
  26. U agħti lil qaribek dak li ħaqqu, u lill-fqir u lil dak li jterraq (u imxi tajjeb magħhom), u lanqas tberbaq (ġidek) fi tberbiq
  27. Il-ħaljin (Żi jberbqu ġidhom bl-addoċċ) huma l-aħwa tax-xjaten, u x-Xitan: ma jafhulux lil Sidu (il-Mulej, u lanqas ħutu l-ħaljin)
  28. U jekk (inti Muħammad) twarrab. minnhom (dawk Ii-huma: fil-ħtieġa, għaliex ma: ssibx x'tagħtihom), biex ifittex ħniena. minn Sidek, li inti tittama fiha (i fistenna mingħandu għolja biex. 1għinhom), għidilhom. bil-ħlewwa (li: meta. jkollok x'tagħtihom, inti ma ċċaħħadhomx)
  29. U la żżommx idek marbuta ma' għonqok. (fix-xeħħa), u lanqas tmiddha sa l-aħħar (u /tajjar ġidek kollu), hekk li (imbagħad) ihumuk u tibqa' b'xejn
  30. Tassew li Sidek jifrex il-ġid (tiegħu bix-xaba') fuq min irid; kif ukoll jagħti bil-ftit (ll min irid). Huwa tabilħaqq jaf sewwa. lill-qaddejja tiegħu u jara kollox (kulma jagħmlu)
  31. La toqtux lil uliedkom bil-biża' tal-faqarl Aħna. ngħajxu lilhom u lilkom. Tassew li l-qtil tagħhom huwa ħtija kbira
  32. Lanqas toqorbu lejn iż-żina' Din tabilħaqq għemil faħxi u triq ħażina
  33. La toqtlux ir-ruħ li Alla pprojbixxa (li ringarel) jekk mhux bil-ħaqq (w skond il-liġi tiegħu). U min jinqatel bla ħtija, Aħna. tajna lil qaribu li jieħu ħsiebu s-setgħa (jew /' jirlob li jinqatel il-qattiel bi tpattija, jew inkella s-setgħa li jieħu kumpens u jinħafer il-qtil), iżda ma għandux jesaġera fil-qtil (u joqrol nies oħra barra l-qattiel), u tabilħaqq ikun megħjun (minn Alla u l- liġi qaddisa tiegħu)
  34. U lattoqorbux lejn ġid l-iltim, ħlief b'dak li hu aħjar (għall- ġid tiegħu), sama jilħaq l-aqwa: tiegħu (u. jsir-marur). U żommu kelmitkom fir-rabta. (li tidħlu fiha; sew ma' Alla; kif ukoll mal-bnedmin), għaliex. tabilħaqq li-(f'Jum il-Ġudizzju) tkunu mistoqsijin dwar ir-rabta (u cħwar kull kelma li tkunu tajnt f'ħajjitkom)
  35. Agħu kejl (sewwa) meta tkejlu, u iżnu bil-miżien it-tajjeb (biex ma tqarrqux)t Dan huwa aktar xieraq u (fl-aħħar iwassal biex ikollkom) l-aħjar tmiem
  36. La timxix wara dak lima. għandekx għarfien. dwaru. Tabilħaqq li s-smigħ, dawl l-għajnejn, u l-qalb dawn kollha (f'Jum il-Ġudizzju, il-bniedem) ikun mistoqsi dwarhom
  37. Lanqas timxi fuq l-art imkabbar (i b; ksuħar)i Inti tabilħaqq m'intix se (dun rista') tofroq l-art, u lanqas m'inti se tilħaq l- iġbla fit-tul
  38. Il-ħażen ta' dan kollu huwa mistkerrah f'għajnejn Sidek
  39. (Dan/li qegħdin inwasslulek, Muħammad) ġej mill-għerf li Sidek nebbaħlek, u la tagħmilx alla ieħor ma' Alla, hekk li (imbagħad ta' dan) tintefa' fl-Infem, u tkun ta' min wieħed ilumek, kif ukoll imkeċċi
  40. Jaqaw (lilkom il-pagani) Sidkom għażilkom (mill-oħrajn) bis-subien, u Hu żamm. għalih. bniet mill-anġliż. Intom tabilħaqq tgħidu kliem ta' l-għaġeb (fil-kruha tiegħu)
  41. F'dan il-Qoran fissima (kollox) biċ-ċar biex. iżommu f'rashom, iżda ma humiex għajr jitnaffru aktar (mis-sewwa ti jitbiegħdu minnu)
  42. (Għidfilhom Muħammad lill-pagani): ''Kieku kellu miegħu allat (oħra), kif jgħidu, kieku. (dawn l-allat). kienu jfittxu triq (li twassal) għal Sid it-Tron (u jaraw kif jeħdulu s- saltna)f
  43. Sebħ'liluf Huwa wisq ogħla minn dak (il-kliem fieragħ) li jgħidu (dwaruji)
  44. Isebbħuh is-seba' smewwiet u l-art, u kulma fihom. Ma. hemm xejn li-ma jfaħħarx is-sebħ tiegħu, iżda intom ma tifhmux it-tisbiħ tagħhom. Huwa tabilħaqq Kollu Ħlewwa u Sabar; u Kollu Maħfra
  45. Meta taqra l-Qoran, Aħna nqiegħdu bejnek u bejn dawk li ma jemmnux fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) velu mistur (hekk li ma jkunux jistgħu jifhmu l-qari)
  46. Aħna qegħedna għata fuq qalbhom (li jżommhom) milli jifhmuh (il-Qoran), u f'widnejhom (qegħedniefhom) toqol (li jżommhom milli jisimgħuh). Meta ssemmi lil Sidek lilu waħdu fil-Qoran, huma jagħtu daharhom (fis-sewwa). u jaħarbu(ha)
  47. Aħna nafu l-aktar. b'dak. li (għandhom f'rashom: meta) jisimgħu (il-qari tal-Qoran: li jżebilħuh) meta jisimgħuk, u (nafu sewwa x'jgħidu) meta jiltaqgħu bejniethom bil-moħbi, u meta l-ħżiena jgħidu: 'Intom timxu biss wara. raġel imsaħħarf
  48. Ara (Muħammad) kif xebbhu miegħek it-tixbihat (u qalu li inti saħħar, u oħrajn qalu li int poeta, u kien hemm min qal li inti miġmun), u ntilfu, hekk li ma jistgħux isibu triq
  49. U jgħidu (fiċ-ċaħda tat-twemmin): 'Jaqaw, meta. nkunu. għadam u trab, se nitqajmu mill-mewt bħala ħolqien ġdid
  50. (Għidfilhom Muħammad): ''(Melal) Tistgħu tkunu tal- ġebel jew tal-ħadid (għaliex xorta waħda titqajmu mill- mewt)
  51. jew (tistgħu tkunu xi) ħolqien (ieħor) li f'moħħkom (jidhrilkomr li hu) aktar iebes fli jseħħ dan il-qawmien mill-mewt).' Huma se jgħidu: ''Min iroddna lura (għall- ħajja wara mewtna) 7' Għidfilhom Muħammad): ''Dak li ħalaqkom l-ewwel darba.' U (imbagħad) iħarrkulek irjushom (biż-żebliħ), u jgħidu: ''Meta huwa (dan kollu) 7' Għid(ilhom): 'Jaf ikun fil-qribi
  52. Fil-Jum li jsejħilkom, se twieġbu (għas-sejħa) bit-tifħir tiegħu, u taħsbu li ma bqajtux (fid-dinja jew fil-qabar) għajr għal żmien qasir
  53. Għid (Muħammad) lill-qaddejja tiegħi biex jgħidu dak li huwa l-aħjar (fit-raħdit tagħhom). Tabilħaqq li x-Xitan iġib il-firda bejniethom. Tassew li x-Xitan huwa għadu fil-beraħ tal-bniedeml
  54. Sidkom huwa: l-aktar li jafkom: jekk irid, iħenn għalikom, jew jekk irid, jikkastigakom. Aħna ma bgħatniekx biex tkun responsabbli tagħhom
  55. U Sidek jaf l-aktar b'min jinsab fis-smewwiet u fl-art. Xi Profeti. ppreferejniehom: (fl-għerf bla: tarf tagħna) minn oħrajn, u tajna lil David is-Salmi
  56. (Għidfilhom, Muħammad, lill-pagani): ''Sejħu lil dawk li tgħidu (Żi huma allat) minfloku; huma la jistgħu jneħħu s-saram minn fuqkom, u lanqas (jistgħu) jibdlu (xejn)f
  57. Dawk (l-allat u l-idoli kollha) li. (il-pagani) isejħu (huma stess) ifittxu li jsibu kif jaslu għand Sidhom, (u bil-pika. bejniethom. biex jaraw) liema huma. l-eqreb (lejh), jittamaw fil-ħniena tiegħu, u jibżgħu mill-kastig tiegħu. Tabilħaqq li l-kastig ta' Sidek huwa ta' min jibża' minnu
  58. Ma hemmx belt (bla twemmin) li ma neqirduhiex qabel Jum il-Qawmien, jew li ma nikkastigawhiex b'kastig qalil. Dan miktub fil-Ktieb (ta' dejjem)
  59. Xejn ma'żammna milli nibagħtu s-sinjali jekk mhux minħabba. li nies il-qedem kienu giddbuhom. U lil (nies) Tamid tajniehom il-ġemla, sinjal ċar, iżda huma naqsu lejha (u qatluha). Aħna ma nibagħtux is-sinjali (tagħna, bħalma huma t-theżżiżiet ta' l-art, il-beraq u r-ragħad, l-eklissi, eċċ.) jekk mhux biex inbeżżgħu (bihom u nwiddbu lill- bnedmin)
  60. U ftakar (Muħammad) meta għednielek li Sidek jaf kollox dwar in-nies. U d-dehra li wrejniek (matul is-safra billejl u meta tellajniek fis-sema), u s-siġra l-misħuta (imsejħa żaqqim: u msemmija). til-Qoran, ma għamilnihomx jekk mhux. biex inġarrbu lin-nies. Aħna nbeżżgħuhom: (u nwissuhom), iżda (dan il-biża ') ma jżidhomx jekk mhux fil- ħtija l-kbira (tagħhom)
  61. (Ftakar ukoll) meta għedna lill-anġli: 'Inxteħtu quddiem Adam (u selimulu)f' U huma nxeħtu, ħlief Iblis. Qal (b/is- fil-kburija tiegħu): ''Jaqaw jiena (maħluq min-nar) għandi ninxteħet quddiem dak (ingas minni) li Inti ħlaqt mit-tajn 7 (Dan ma jkun qattiji)
  62. Qal (ukoll lil Alla): 'Rajtx) Dan (hu l-maħluq) li Inti weġġaħt u (għollejtu) fuqi. Jekk tagħtini żmien sa Jum il- Qawmien, tassew. naħkem lil nislu, (u ma jaħarbulix) ħlief ftit (minnkom)i
  63. (Qallu Alla): 'Mur, (tajtek iż-żmienjl Dawk minnhom li jimxu warajk (u fosthom intom il-pagani), l-Infern tabilħaqq ikun ħlaskom, (u jkun għalikom ilkoll) ħlas sħiħl
  64. Qanqal b'leħnek (biex jiġu warajk) lil- min. tista' minnhom, u iġbor kontrihom il-qawwiet tiegħek rekbin fuq iż-żwiemel u dawk. bil-mixi (biex jaħbtu għalihom), u aqsam magħhom fil-ġid (materjali miksub bil-qerq) u fl- ulied, u wegħedhom fwegħdier fiergħa). Iżda x-Xitan ma jwegħedhomx għajr il-qerq
  65. Tabilħaqq li inti (Ib/is) ma għandekx setgħa fuq il- qaddejja tiegħi, Sidek huwa biżżejjed. (għalihom) biex iħarishom
  66. Huwa Sidkom li jagħmel l-iġfna jżiġġu fil-baħar biex tfittxu. (l-ġid) mit-tjieba tiegħu. Huwa tabilħaqq. Ħanin magħkom
  67. U meta tmisskom il-ħsara fil-baħar (ur tkunu se tintilfi), dawk (l-allar) li intom issejħu (biex jgħinukom) jgħibu, ħlief Alla, iżda meta jeħliskom (u jwassalkom lura) lejn l-art, intom (xorta waħida). tagħtu/h) il-ġenb. Il-bniedem: ma: jafhulux lil Allat
  68. (Jaqaw isserrħu raskom li fwara li ħlismuha mill-għarqa, Alla) ma jġegħelx tarf l-art jiblagħkom, jew jibgħat fuqkom riefnu kbir ta' ġebel (bħalma kien ġara lil nies Lot) 2 Imbagħad (Żgur li) ma ssibux min jieħu ħsiebkom. (iċ jħariskom mill-kastig ta' Alla)
  69. Jew isserrħu raskom li ma jibgħatkomx lura fih (il-baħar), darba oħra, u jibgħat fuqkom riħ qawwi u jgħerrigkom, talli ma kontux tafuhulu 7 Imbagħad (taraw) li ma ssibux min jaqbeż għalikom kontrina
  70. Aħna tajna ġieħ lil ulied Adam, ġarrejniehom fuq l-art u l- baħar, u tajniehom: mill-ħwejjeġ tajbin. (għall-għajxien tagħhom), kif ukoll għażilniehom fuq ħafna ħlejjaq oħra li ħlaqna
  71. Fil-Jum li nsejħu lin-nies kollha bl-iman tagħhom, 2 u (kull) min jingħata l-ktieb (fi fih hemm imniżżla l-għemejjel kollha ta' ħajtu) f (idu) il-leminija, dawk jaqraw (bil-ferħ l- għemejjel tajba mniżżla ġewwa) il-ktieb tagħhom, u lanqas naqra ma ssir inġustizzja magħhom (fil-ħlas sabiħ li jieħdu)
  72. (Iżda min kien agħma f/'din) id-dinja (hekk li ma mxiex fi triq is-sewwa), il-Oħra jkun agħma (ikoll) u f'aktar telfien tat-triq (tal-Ġenna)
  73. (il-pagani) kienu għoddhom ġarrbuk (Muħammad) biex titlaq dak li nebbaħnielek, biex kontrina taqla' minn żniedek (xi ktieb) ieħor (minflok il-Qoran): Mela (kieku dan seħħ), kienu jagħmlu minnek ħabib (tagħhom)
  74. U li kieku ma saħħaħniekx, kont tista' xxaqleb lejhom fu tisma ' minnhom
  75. Mela (kieku dan seħħ), konna ndewquk fkasrig) doppju f('din) il-ħajja u (kastig) doppju fil-mewt, u mbagħad. ma kontx issib min jgħinek kontrina. e aaa 8a $' Il-frażi bl-imami tagħhom. tista' tfisser 'bil-mexxej tagħhom'', jew. ''bil-ktieb ta' għemilhom
  76. U (ftakar Muħammad li l-pagani) kienu għoddhom keċċewk mill-art (li kont tgħix fiha, il-belt ta' Mekkaj biex joħorġuk minnha. Mela (kieku dan seħħ), ma kinux: jibqgħu. (f'dik l-art) warajk ħlief għal ftit. (taż-żmien, bħalma seħħ fi żmien Lot)
  77. (Din kienet) id-drawwa (tagħna ma') il-Mibgħutin tagħna li konna bgħatna qablek (li neqirdu lil-kull ġens li keċċa lil xi Profeta), u ma ssib (ebda) bidla f'din id- drawwa
  78. Agħmel (Muħammad) it-talb (ħames darbiet kuljum), minn meta tmil ix-xemx (wara nofsinhar) sa dalmet il- lejl, u (żid) il-qari (waqr it-talb) tas-sebħt Tabilħaqq li l- qari (u t-talb) tas-sebħ jixhdu għalih (l-anġli)
  79. tilob taqsima mil-lejl bħala talb volontarju (/i jkun ta' fejda) għalikl Għandu mnejn Sidek iqajmek għal qagħda ta' ġieħ (fil-Ġenna)
  80. Għid (Muħammad): 'Sidi, daħħalni mid-dħul tas- sewwa. u oħroġni mill-ħruġ tas-sewwa, u agħmel li jkolli mingħandek setgħa (fi rkun) ta' għajnuna
  81. U għid (ukoll): 'Ġie s-sewwa (/i hu l-Islam) u għeb il- qerq (tal-paganiżmu). Tabilħaqq li l-qerq għad jgħib
  82. Aħna nniżżlu (u nuru) mill-Qoran dak li hu fejqan u ħniena għal dawk li jemmnu, iżda (dan) ma jżidx lill- ħżiena għajr fil-ħsara
  83. Meta nixħtu l-grazzja tagħna fuq il-bniedem (b'kull ġid. li nagħmlu miegħu, arah) jagħti dahru (għaliex xejn ma jafhulna) u jwarrab lil hemm. U meta jmissu d-deni, huwa jaqta' jiesu (mill-ħniena ta' Alla)
  84. Għid (Muħammad): ''Kulħadd jagħmel skond ix-xeħta tiegħu (tajjeb jew ħażin), u Sidkom jaf l-aħjar b'min huwa l-aktar fit-triq it-tajba
  85. Huma jistaqsuk dwar ir-Ruħ. Għid(ilhom): ''Ir-Ruħ hija ħaġa ta' Sidi, u ma ngħatajtux mill-għarfien għajr ftit
  86. Li kieku ridna, stajna nħassru dak li nebbaħnielek, u mbagħad ma ssibx min, minħabba fih (il-Qoran), jaqbeż għalik (u jitlobna li nagħtik lura dan il-Ktieb)
  87. (Il-Qoran) ma' huwiex ħlief ħniena minn: Sidek. Tabilħaqq li t-tjieba. tiegħu fuqek (Muħammad) hija. kbira
  88. Għid: 'Li kieku l-bnedmin u l-ġini jiltaqgħu biex iġibu (xi ħaġa) bħal dan il-Qoran, (żgur li) ma jġibuhx, lanqas jekk jgħinu lil-xulxin (kemm jifilħu)U
  89. F'dan il-Qoran fissirna biċ-ċar lin-nies kull għamla ta' tixbiha, iżda ħafna min-nies ma jridux ħlief jiċħdu t- twemmin
  90. Qalu (il-pagani): M'aħniex. se nemmmik (Muħammad), qabel ma toħroġilna nixxiegħa tgelgel mill-art (bla waqfien)
  91. jew (qabel ma) ikollok ġnien b'siġar tal-palm'u għeneb, u toħroġ ix-xmajjar igelglu f'nofshom
  92. jew (qabel-ma) twaqqa' fuqna' s-sema biċċiet, bħalma qiegħed tgħid, jew iġġib quddiemna lil-Alla u lill-anġli (biex jixhdu għalik quddiem għajnejna)
  93. jew (qabel ma) ikollok dar tad-deheb (u mhhux bħall-bqija tad-djar mibnija mill-ġebel u mit-tajn), jew (qabel ma) titla' fis-sema. U lanqas nemmnu fit-tlugħ tiegħek qabel ma. tniżżel fuqna ktieb li naqrawhi' Għidfi/hom Muħammad): ''Sebħ lil Sidil Jaqaw jiena m'iniex ħlief bniedem mibgħut (inxandar il-bxara ta' Alla'' Għaliex din ir-ras iebsa tagħkom)
  94. Xejn mażamm lin-nies milli jemmnu meta ġiethom it- tmexxija t-tajba ħlief li qalu: 'Jaqaw Alla bagħat bniedem (tad-demm u l-laħam biex jagħmilha ta') Mibgħutf
  95. Għid(ilhom lill-pagani): 'Li kieku l-anġli kienu jimxu fl-art, fis-sliem, konna nniżżlulhom anġlu mis-sema bħala Mibgħut (tagħna)
  96. Għid(ilhom Muħammad): 'Alla huwa biżżejjed bħala xhud bejni u bejnkom. Huwa tabilħaqq jaf sew u jara tajjeb lill-qaddejja tiegħu (u xejn ma jaqbiżhulj)
  97. Dak li Alla jurih it-triq. it-tajba, jinsab miexi fiha (tassew), iżda lil-dawk li jtellifhom it-triq, ma ssibilhomx min iħarishom ħliefu. U f'Jum il-Qawmien niġbruhom fis l-anġli jkaxkruhom minn saqajhom, mixħutin) fuq l-uċuħ tagħhom. għomja, imbikkmin u torox, u l-kenn tagħhom. l-Infern: kull darba li jonqos (xi fżit mill-qilla tiegħu, arana) nżidulhom in-nar iħeġġeġ
  98. Dak huwa ħlashom talli ċaħdu s-sinjali tagħna u qalu: SJaqaw, meta nkunu għadam u trab se nitqajmu mill- mewt bħala ħolqien ġdid
  99. Mela ma jarawx li Alla, li ħalaq is-smewwiet u l-art, għandu s-setgħa joħloq. (ħlejjaq) bħalhom, u (nsew li Huwa) għamlilhom żmien. (fiss) li dwaru ma hemmx dubju' Iżda l-ħżiena ma jridux ħlief jiċħdu t-twemmin
  100. Għid(ilhom Muħammad lill-pagani): 'Li kieku kellkom il-ħażniet tal-ħniena (u l-ġid) ta' Sidi (il-Mulej), kontu żżommu(hom għalikom) għaliex tibżgħu tonfqu(hom). Il- bniedem huwa tassew xħiħl
  101. Aħna tajna lil Mosċ disa' sinjali ċari, Għalhekk staqsi (Muħammad) lil Ulied Israel meta (Mosċ) ġie għandhom, u l-Fargħun qallu: 'Mosċ, jiena tabilħaqq inqisek imsaħħarf
  102. Qal (Mosċ lil-Fargħun): ''Inti taf li dawn. (id-disa' sinjali). ma. niżżilhomx. għajr Sid is-smewwiet u l-art, biex bihom jinfetħu l-għajnejn. U jiena, ja Fargħun, tabilħaqq inqisek meqrud (għal dejjem)U
  103. Għalhekk (il-Fargħun) ried ikeċċihom mill-art (ta' l- Eġittu), iżda Aħna għerriqnieh, u lil ta' miegħu, ilkoll
  104. Imbagħad għedna lil Ulied Israel: 'Għammru fl-art (imqaddsa) U meta tasal il-wegħda tal-(Ħajja) l-Oħra, Aħna nġibukom bħala miġemgħa mħallta (ta' nies li jemmnu u oħrajn li ma jemmnux)
  105. Bis-sewwa niżżilnieh (il-Qoran), u bis-sewwa niżel. U ma' bgħatniekx (Muħammad). għajr biex. tagħti. l-bxara. (lir- tajbin) u twissi (lill-midinbin)
  106. (Dan huwa) Qoran li Aħna qassamnieh (minn żmien għal ieħor) biex taqrah lin-nies f'taqsimiet, u niżżilnieh ftit ftit
  107. Għid (Muħammad): 'Emmnu. fih (jekk tridu), jew temmnuxt' Tassew li dawk (il-ġusti fost il-Lhud u l-Insara) li ngħataw l-għarfien qablu (dan: il-Qoran), meta jinqralhom. (arahom) jinxteħtu wiċċhom fl-art (bil-qima)
  108. Huma jgħidu; ''Sebħ lil Sidnal Tabilħaqq seħħet. il- wegħda ta' Sidnaf
  109. Huma jinxteħtu wiċċhom fl-art, jibku, u (il-Qoran) iżidhom fl-umiltà. l
  110. (Għidfilhom Muħammad): 'Sejħu (lill-Mulej) 'Alla', jew sejħu(/u) 'Dak li Huwa Kollu Ħniena'l Sejħulu kif tridu għaliex tiegħu huma l-isbaħ ismijiet (kollha).' La tgħajjatx fit-talb tiegħek, u lanqas tgħidu minn taħt l-ilsien, iżda fittex għamla (xierqa ta' talb) bejn dawn (it-tnejn)
  111. U għid: Tifħir lil-Alla, li ma ħax għalih wild, li ma għandux xrik fis-setgħa (divina tiegħu), u lanqas ma jeħtieġ lil min iħarsu mit-tkasbirf' U faħħar il-kobor (ta' Sidek, Muħammad) kemm tiflaħl