19.Mary
- Kaf. Ha'.Ja'. Għajn. Sad
- (Muħammad, din hija) tifkira tal-ħniena ta' Sidek lill- qaddej tiegħu Żakkarija
- Meta sejjaħ lil Sidu (u talbu) bil-moħbi
- Qal: 'Sidi, tabilħaqq li għadmi ddgħajjef u (xagħar) rasi xegħel bil-bjuda. Jiena ma kontx, Sidi, imnikket bit- talb lilek (għaliex nti dejjem weġibrni)
- Jiena tassew nibża' mill-qraba tiegħi (Zi jitilfu t- twemmin u, wara li mmut, jilħqu) warajja, u marti ma' jistax ikollha tfal. Għalhekk (nitolbok) agħtini werriet mingħandek (it-tjieba tiegħek)
- Huwa jiritni, u jiret minn nies Ġakobb (il-profezija u l- għerf), u agħmlu, Sidi, bniedem li jgħaxxqek
- (alla qallu): 'Ja Żakkarija, Aħna tabilħaqq nagħtuk il- bxara t-tajba (imwassla minn anġlu) dwar tifel jismu Ġwanni; lil ħadd qablu ma tajna dan l-isem
- Qal (Żakkarija): ''Kif ikolli tifel meta marti ma jistax ikollha tfal, (aktar u aktar issa li xjaħet) u jiena kbirt u sirt xiħ għakka
- Qal(lu Alla): 'Hekk (se jiġri, bħalma ħabbartlekjl Sidek qal: 'Din għalija (ħaġa) ħafifal Jiena tabilħaqq ħlaqtek, qabel, meta inti ma kont xejni
- Qal (Żakkarija): ''Sidi, agħtini sinjal (meta marti titqal).' Qal(lu Alla): ''Is-sinjal tiegħek ikun li ma tkellimx lin-nies għal (tlett ijiem u) tliet iljieli, minkejja li inti f'saħħtek (u titkellem)U
- Għalhekk (Żakkarija) ħareġ mill-maqdes għal għand niesu, u fehemhom bis-sinjali (li beda jagħmel b'rasu u b'idejh, li għandhom) isebbħu (lil: Alla u jitolbuh) filgħodu u filgħaxija
- (Fi ċkunitu Ġwanni kien ħa dan l-amar mingħand Alla): 'Ġwanni, żomm sħiħ mal-Ktieb (tat-Tora).' U tajnieh l- għerf sa minn tfulitu
- (U tajnieh ukoll) ħniena mingħandna (lejn kulħadd, kif ukoll) sata (mid-dnub), u kien jibża' minn Alla
- kien jagħti ġieħ lil missieru u lil-ommu, u ma kienx imkabbar, (tr lanqas) jirvilla
- Sliem fuqu (keżlu) fil-jum li twieled (u sliem ikollu) fil- jum li jmut, u fil-Jum li jitqajjem għall-Ħajja
- Semmi (Muħammad). fil-Ktieb lil Marija (u l-ġrajja tagħha), meta warrbet minn niesha (u marret) fi mkien fil- Lvant (ta' Ġerusalemm biex tqatta' ħin tqim u titlob lil Alla)
- U nsatret minnhom b'velu, u (imbagħad) bgħatnielha lil ruħna (l-anġlu Gabrijel), u dehrilha f'għamla ta' bniedem sħiħ
- Qalet (imbeżżgħa): ''Infittex kenn minnek f'Dak li hu Kollu Ħniena. Jekk inti tibża' minn Alla, (ara li ma tagħmilli ebda ħsara)t
- (Qalfilha l-anġlu: 'La tibżaxt) Jiena biss il-Mibgħut ta' Sidek (il-Mulej, u ġejt) biex nagħtik (il-bxara dwar) iben safi (mid-dnub)
- Qalet (Marija): 'Kif ikolli iben meta ma messni (ebda) bniedem, u (qatt) ma kont żienja
- (Qalilha l-anġlu Gabrijel): 'Hekk. (se jiġri, bħalma ħabbartlek)i Sidek qal: 'Din għalija (ħaġa) ħafifa, u (Aħna rridu) nagħmluh (lil ibnek) sinjal għan-nies, u ħniena minna'' Din tassew ħaġa maqtugħa ( 4 se sseħħji)
- Għalhekk hija tqalet bih, u warrbet bih fi mkien imbiegħed (għaliex beżgħet li niesha jixluha biż-żina)
- U l-uġigħ tal-ħlas ġabha lejn iz-zokk tal-palma u (fin-niket tagħha) qalet: ''Mhux li mitt qabel (ima seħħ) dan, u (mhux: li) kont minsija għal kolloxi
- U (leħen Ġesii tarbija, jew dak ta' l-anġlu Gabrijel, instema'' isejħilha minn taħtha (u jgħidilha): 'La titnikkitxl Sidek (il-Mulej) ħareġ minn taħtek nixxiegħa (i//ma)
- Heżżeż lejk zokk il-palma; tamar misjur twaqqa' fuqek (is-siġra u tkun tista' tieklu)
- Mela kul u ixrob, u thenna (u tfarraġ bit-tarbija ta' l- għaġeb li għadek kif wellidiji U jekk tara lil-xi ħadd mill- bnedmin (u jistaqsik dwar ibnek), għidlu): 'Jiena għamilt. wegħda ma' Dak li hu Kollu Ħniena ta' sawra (mill-kliem). u llum ma jiena se nkellem ebda bniedemi
- U ġabitu (fil Ġesis tarbija) għand. niesha, iġġorru (f'dirgħajha), uu qaluflha. maħsudin): ''Marijal Tassew għamilt ħaġa ta' l-għaġebl
- Ja oħt Aron (x'mort għamilt b'idejk), missierek. ma kienx raġel ħażin, u ommok ma kinitx żienja
- Iżda hi, (minflok qagħdet tħaqqaqha magħhom) għamlet sinjal lejh (biex ikellmu lit-tarbija, iżda huma) qalu: 'Kif (nistgħu) inkellmu lil min għadu tarbija fil-benniena
- Qal(ilhom Ġesij: 'Jiena tabilħaqq il-qaddej ta' Allal Huwa tani l-Ktieb (ta' l-Evariġelju) u għamilni Profetal
- Għamilni mbierek (u nagħmel il-ġid ma' kulħadd), kulfejn inkun, u ordnali (nagħmel dejjem) it-talb u l-karità kemm indum ħaj
- u (għamilni) twajjeb ma' ommi, u ma għamilnix imkabbar, (u lanqas) miżerabbli
- Is-sliem fuqi (kelli) fil-jum li twelidt, (is-sliem ikolli) til- jum li mmut, u fil-Jum li nitqajjem għall-Ħajjat
- Dak huwa Ġesii bin Marija. (Dan huwa) kliem is-sewwa li (dawk li jħobbu jħaqquha) imieru lil xulxin (u għandhom dubju) dwaru
- Ma jkun (qatt) li Alla jieħu għalih wild. Sebħ lilul Meta jaqta' xi ħaġa, (arah) jgħidilha biss: 'Kunl' u tkun
- (Ġesiv stqarr u-amar): ''Tabilħaqq li Alla huwa Sidi u Sidkom. Mela qimuhl Din hija triq dritta
- Iżda s-setet (tal-Lhud u ta' l-hisara) ma qablux bejniethom (dwar Ġesir); Ħażin għalihom dawk li ċaħdu t- twemmin, meta għad jaraw Jum tal-biża' l
- (Ismagħhom u arahom) fil-Jum li jiġu għandnal Iżda Ilum il-ħżiena jinsabu f'telfien fid-dieherl
- U widdibhom (Muħammad lill-ħżiena) dwar Jum il-ħasra, meta l-kwistjoni (dwar x'se jsir minnhom) tinqata', filwaqt li huma moħħhom imtajjar u ma jemmnux (f'Jurr il-Ħaqq)
- Tabilħaqq li Aħna nirtu l-art u kulmin hemm fuqha, 1 lejna jitreġġgħu lura (il-bnedmin kollha)
- Semmi (ukoll Muħammad) fil-Ktieb lil Abraham (u l- ġrajja tiegħu). Huwa kien tabilħaqq bniedem ta' kelmtu, Profeta
- Meta (Abraham) qal lil missieru: 'Missier, għaliex tqim dak (l-idolu) li la jisma', la jara, u lanqas jiswielek f'xejn
- Missier, tabilħaqq ġieni għarfien li ma ġiex lilek. Mela imxi warajjal Jiena mmexxik fi triq dritta
- Missier, la tqimx lix-Xitanl Tassew li x-Xitan (fil-kburija tiegħu) jeħodha kontra Dak li huwa Kollu Ħniena
- Missier, nibża' li jmissek kastig mingħand Dak li huwa Kollu Ħniena, u (triuf meta) tkun ħabib tax-Xitan
- (Qallu missieru): 'Jaqaw inti, Abraham, tiskerrah l-allat tiegħi (u ma għadekx 'tqimhom)' Jekk mhux se tieqaf (titkellem kontra l-allat ta' missirijietna), żgur inħaġġrekt U itlaqni għal żmien twill
- Qal(lu Abraham): 'Sliem għalikl Se nitlob lil Sidi (il- Mulej) jaħfirlek. Huwa tabilħaqq twajjeb miegħil
- Jiena ninfired minnkom u minn dak li ssejħu minflok Alla, u se nitlob lil Sidi. Għandi mnejn ma ninkeddx bit-talb tiegħi lil Sidi (għaliex Huwa dejjem jisma' talbi)
- U metanfired minnhom u minn dak li jqimu minflok Alla, Aħna tajnieh lil Iżakk u lil Ġakobb, u lil kull wieħed minnhom għamilna Profeta
- Aħna tajniehom (lil Abraham; lil-Iżakk, u lil Ġakobb kull ġid spiritwali u materjali) mill-ħniena tagħna, u tajniehom ġieħ u tifħir kbir (fost il-bnedmin)
- U semmi (ukoll Muħammad) fil-Ktieb lil Mosċ (u l-ġrajja tiegħu). Tabilhaqq li kien magħżul (minn Alla), u kien Mibgħut, Profeta
- Aħna sejjaħnielu min-naħa tal-lemin tal-muntanja (Sinaj), u qarribnieh (lejna) biex niltaqgħu u nitkellmu
- U mill-ħniena tagħna tajnieh lil ħuh Aron bħala Profeta (ukoll)
- U semmi (Muħammad) fil-Ktieb lil Ismagħel (u l-ġrajja tiegħu). Tabilħaqq li kien iżomm kelmtu, u Kien Mibgħut, Profeta
- Huwa kien jamar lil niesu jitolbu u jagħtu l-karità, u kien milqugħ b'għaxqa għand Sidu
- U fil-Ktieb semmi lil 'Idris (in-nannu ta' Noċ). Huwa kien tassew bniedem ta' kelmtu, (u kien ukoll) Profeta
- Aħna tellajnieh fi mkien għoli
- Dawk kienu wħud mill-Profeti li Alla xeħet il-grazzja (tiegħu). fuqhom, minn nisel Adam, minn dawk li ġarrejna ma' Noċ (fl-arka), minn nisel Abraham u Israel, u minn dawk li mexxejna fit-triq it-tajba, u li konna għażilna, Meta jinqrawlhom il-versi ta' Dak li huwa Kollu Ħniena, (arahonr) jinxteħtu fl-art bil-qima u bil- biki
- Iżda warajhom ġie nisel (ħażin) li telaq it-talb I (imwaqqaf, bil-liġi) u mexa wara x-xewqat. (Għalhekk nies dan in-nisel) se jsibu l-qerda (ti t-telfien ta' dejjem)
- ħlief min nidem, emmen u għamel il-ġid. Dawk jidħlu l- Ġenna, u xejn ma ssir inġustizzja magħhom
- (Huma jidħlu) il-Ġonna ta' l-Għeden li Dak li-huwa Kollu Ħniena wiegħed lill-qaddejja tiegħu fil-mistur. Il- wegħda tiegħu tabilħaqq ġejja (u sseħħ żgur)
- Hemm ma jisimgħux kliem fieragħ, imma (kliem ta') sliem, u fihom (dawk il-Ġonna) għandhom l-għajxien tagħhom, filgħodu u filgħaxija
- Dik hija l-Ġenna li nagħtu b'wirt lil-min, fost il- qaddejja tagħna, kien jibża' minn Alla
- (L-anġlu Gabrijel qal): 'Ma nitniżżlux (mis-sema bir- Rivelazzjoni) jekk mhux bl-amar ta' Sidek, Tiegħu dak li għandna quddiemna, dak li jinsab warajna, u dak li hemm bejniethom. Sidek ma jinsa qattl
- Huwa Sid is-smewwiet u l-art; u kulma jinsab bejniethom. Mela agħtih qima (Muħammad), u stabar fil-qima tiegħu, Jaqaw taf (lil ħaddieħor) bl-Isem tiegħu
- Il-bniedem (li ma jemminx) jgħid: 'Jaqaw meta mmut se ninħareġ ħaj ('mill-qabar)
- Mela l-bniedem ma jiftakarx li Aħna ħlaqnieh, qabel, meta ma kien xejn
- Għalhekk fuq Sidek (Muħammad), Aħna tabilħaqq niġbruhom, u x-xjaten. (ukoll). Imbagħad tassew inġibuhom għarkubbtejhom madwar l-Infernt
- Imbagħad minn kull ġemgħa (li kellha twemmin ieħor), tassew noħorġu l-agħar fosthom li ħaduha kontra Dak li huwa Kollu Ħnienal
- (Aħna tabilħaqq nafu b'dawk li l-aktar ħaqqhom jinxtwew fih fl-Infern)i
- Ma hemm ħadd minnkom (sew jekk Mislem, sew jekk ta' Twemmin ieħor) li ma jersaqx lejh (l-Infern). Din ħaġa li Sidek (il-Mulej) qata' li għandha sseħħ
- Imbagħad neħilsu lil dawk li (f'ħajjithom) beżgħu (minna u għamlu l-ġid), u nħallu l-ħżiena għarkubbtejhom fih (għal dejjem)
- Meta jinqrawlhom il-versi ċari tagħna, dawk li ċaħdu l- twemmin jgħidu lil-dawk li jemmnu: 'Liema miż-żewġ ġemgħat (aħna jew intom) tinsab. fl-aħjar qagħda, u liema minnhom jagħmlu l-isbaħ laqgħat (dawk tagħkom li jmorru għalihom il-foqra u l-magħkusin, jew il-laqgħat tagħna li jiġu għalihom l-għonja u l-kbarat)
- U kemm-il ġens (imkabbar bħalhom) qridna qabilhom, li kienu aħjar minnhom fit-tagħmir tad-djar (lussużi tagħhom) U fid-dehra (tagħhom)
- Għid (Muħammad): ''Min jinsab mitluf, Dak li huwa Kollu Ħniena jżidu sewwa (fl-għomor u l-ġid), sa ma (jasal iż-żmien ti) jaraw (isseħħ) dak li kienu mwiegħda: jew il-kastig, jew is- Siegħa (li rogrob bla xejn ma jżommha). Imbagħad ikunu jafu. min huwa fl-agħar imkien u l-aktar dgħajjef fil-qawwieti
- Alla jżid fit-tmexxija t-tajba lil dawk li jimxu fit-triq it-tajba, u l-ħwejjeġ tajba li jibqgħu huma aħjar, għand Sidek, bħala ħlas u bħala tmiem (xieraq li jġib miegħu hena għal dejjem fil- Ġenna)
- daqaw rajt (Muħammad) lil dak li jiċħad is-sinjali tagħna u (bil-wiċċ kollu) jgħid: ''Żgur ningħata ġid u wlied (fil-Ħajja l- Oħra)
- Jaqaw(dan)ra l-mistur, jew daħal f'xi rabta ma' Dak li huwa. Kollu Ħniena (u jaf x'se jsir minnu fil-Ħajja l-Oħra)
- Lel Senikibu dak li jgħid, u tassew inżidulu l-kastigl
- Aħna nirtuh dak li qiegħed jgħid (u għandna jgħaddu wliedu. tr ġidu kollu), u (mbagħad arah) jiġina waħdu (u ma jkollu lil ħadd min jgħinu f'Jum il-Ħaqq)
- Huma ħadu allat (oħra) minflok Alla, biex ikunulhom ta' qawwa u ġieħ
- Le, (mhux kif ħasbuji (F'Jum il-Ġudizzju, dawk l-allat stess) se jiċħdu l-qima tagħhom, u jkunu kontrihoml
- Mela ma tarax (Muħammad) li-Aħna (qajjimna u) bgħatna x- xjaten kontra dawk li ċaħdu t-twemmin, u jkesksuhom waħda sew (biex jidinbu kemm jifilhu)
- Għalhekk la tgħaġġilx kontrihom. (Muħammad, fit-talba tiegħek biex jinqerdu), għaliex qegħdin ngħoddulhom l-għadd (tal-jiem tagħhom f'din id-dinja)
- (Ftakar, Muħammad) fil-Jum li niġbru (fil-Ġenna) lill-ġusti għal għand Dak li huwa Kollu Ħniena, bħala ġemgħa mweġġħa (bl-unuri kollha li jistħoqqulha)
- u nsuqu lill-ħatjin lejn l-Infern, bħal bhejjem għatxana (li jgħaġġlu lejn in-nixxiegħa biex jixorbu)
- (il-bnedmin) ma jkollhomx il-jedd jaqbżu għal (dawk il- pagani, u lanqas isibu min jaqbeż għalihom), ħlief min ikun ħa. l-wegħda (dwar dan) mingħand Dak li huwa Kollu Ħniena
- (Il-Lhud, l-Insara, u l-pagani) jgħidu: 'Dak li huwa Kollu Ħniena ħa għalih wild
- Tabilħaqq ħriġtu b'ħaġa tal-biża
- Is-smewwiet għoddhom iċċarrtu bih (dan il-kliem tal-biża'), l-art (waslet biex) tinqasam, u l-iġbla (waslu biex) jiġġarrfu għal kollox
- (minħabba) li jgħidu li Dak li huwa Kollu Ħniena għandu wild
- Mhux xieraq għal Dak li huwa Kollu Ħniena li jieħu wildt
- Kulmin jinsab fis-smewwiet u fl-art ma jiġix għand Dak li huwa Kollu Ħniena jekk mhux bħala qaddej (umli tiegħu)
- Huwa jaf'kemm huma, u għaddhom sewwa
- U kull wieħed minnhom għad jiġih f'Jum il-Qawmien, waħidu (mingħajr ebda għajnuna)
- Lil dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid, Dak: li huwa Kollu Ħniena tabilħaqq se jagħtihom l-imħabba (tiegħu)
- Tabilħaqq li ħaffifnieh (dan il-Qoran) bl-ilsien (Għarbi) tiegħek (Muħammad), biex tagħti l-bxara bih lil dawk li jibżgħu minn Alla, u twissi bih lil nies kiefra
- Iżda kemm-il ġens (imkabbar bħalhom) qridna qabilhom. Intix tara (issa, Muħammad) lil-xi ħadd minnhom, jew intix tisma' l-iċken ħoss minnhom