2.The Cow

  1. Alif. Lam. Mim
  2. Dan huwa l-Ktieb (il-Qoran), bla (ebda) dubju; fih tmexxija tajba għal dawk li jibżgħu minn Alla
  3. lijemmnu fil-mistur, jagħmlu t-talb u jonfqu mill-ġid li tajniehom (għal ħaddieħor)
  4. u li jemmnu f'dak li tniżżel lilek (Muħammad) u f'li tniżżel qablek, u jemmnu sħiħ fil-Ħajja l-Oħra
  5. Dawk għandhom it-tmexxija t-tajba mingħand Sidhom, u dawk huma (tabilħaqq) ir-rebbieħa
  6. Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux xorta waħda għalihom, sew jekk twissihom ( Muħammad), u sew jekk ma twissihomx (dwar il-kastig li ġej fuqhom): huma ma jemmnux
  7. Alla qiegħed siġill fuq qlubhom, fuq is-smigħ tagħhom, u għamad fuq għajnejhom. Għalihom (hemm) kastig mill- kbar (f'din il-ħajja u fl-Oħra)
  8. Fost in-nies hemm min jgħid: 'Nemmnu f'Alla u fl- Aħħar Jum,' iżda ma jemmnux (tassew)
  9. Iqarrqu (mingħalihom) b'Alla u b'dawk li emmnu, iżda ma jqarrqux ħlief bihom infushom, bla ma jintebħu
  10. Fi qlubhom hemm marda, u Alla żiedhom fil-mard. Għalihom (hemm) kastig ta' wġigħ mill-kbar, tal-gideb li kienu jigdbu
  11. Meta jingħad lilhom: ''La tagħmlux ħsara fl-art;' huma jgħidu: ''Anzi aħna nagħmlu l-ġidi
  12. Tabilħaqq huma li jagħmlu l-ħsara, iżda ma jintebħux
  13. U meta jingħad lilhom: 'Emmnu bħalma jemmnu n- nies,' huma jgħidu: 'Għandna nemmnu bħalma jemmnu l-bolohi 7' Tabilħaqq huma l-boloh, iżda ma jafux
  14. Meta (dawn ta' wiċċ b'ieħor) jiltaqgħu ma' dawk li jemmnu, jgħidu: 'Aħna nemmnu. Iżda: meta. jkunu waħidhom, max-xjaten tagħhom, jgħidu: Aħna tabilħaqq magħkom. Konna qegħdin biss inwaqqgħu (it- twemmin) għaċ-ċajt
  15. Alla jwaqqa' lilhom għaċ-ċajt (u b'hekk iħallashom bl- istess għemil tagħhom) u jħallihom mitlufin bħal għomja. fil-ħtija tagħhom
  16. Huma dawk li xtraw it-telfien u biegħu t-tmexxija t- tajba, iżda n-negozju tagħhom ma ħalliex qligħ. u tilfu t- tmexxija t-tajba
  17. Huma bħal dak li kebbes nar li, meta dawwal madwaru, Alla (lil dawk li ċaħduh) ħadilhom id-dawl tagħhom u telaqhom fi dlamijiet, bla ma jaraw
  18. Torox, imbikkma, għomja, u għalhekk ma jerġgħux lura (għat-triq it-tajba)
  19. Jew bħal sħaba tax-xita, mis-sema, li fiha dlamijiet, ragħad u. beraq. Huma jqiegħdu subgħajhom f'widnejhom minħabba t-tifqigħ tar-ragħad, bil-biża' tal- mewt, Iżda Alla għandu taħt idejh lil dawk li ma jemmnux
  20. Il-beraq għoddu jaħtaf dawl għajnejhom; kull meta (iż- beraq) idawwal madwarhom, huma jimxu fih (fid-dawl tiegħu), u meta jdallam fuqhom, huma jieqfu. Kieku ried, Alla ħadilhom is-smigħ u dawl għajnejhom. Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan
  21. Ja nies, qimu lil Sidkom li ħalaq lilkom u lil ta' qabilkom, forsi jkollkom il-biża' ta' Alla
  22. (Huwa) li għamlilkom l-art bħal friex, u s-sema bħal saqaf, u niżżel l-ilma mis-sema u bih ħareġ għamliet ta' frott għall-għajxien tagħkom. Lil Alla tagħmlulux allat oħra (li jħabbtuha miegħu) meta intom tafu (li lilu biss tistħoqq kull qima)
  23. Jekk intom f'dubju dwar dak (il-Qoran) li niżżilna lill- qaddej tagħna (Muħammad), mela ġibu xi sura bħalu (/i tixbah is-suriet f'dan il-Ktieb) u sejħu x-xhieda tagħkom (jekk tabilħaqq għandkom lil xi ħadd) minbarra Alla, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa
  24. Iżda jekk ma tagħmlux dan, u tabilħaqq qatt m'intom se tagħmlu(di), mela ibżgħu min-Nar li l-ħatab tiegħu huma n-nies u l-ġebel, li tħejja għal dawk lima jemmnux (u jiċħdu s-sewwa)
  25. Agħti l-bxara t-tajba (Muħammad) lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba (u ħabbrilhom) li għalihom hemm Ġonna (fl-Għeden) bix-xmajjar jiġru taħthom. Kull meta jingħataw mill-frott tagħhom huma jgħidu: SDan huwa li ngħatajna qabel;'' għaliex jingħatalhom ikel jixbhu. Hemm ikollhom nisa safjin, u jgħammru fil- Ġonna għal dejjem
  26. Alla ma jistħix ixebbah ma' nemusa, jew ma' xi ħaġa ikbar jew iżgħar minnha. Dawk li jemmnu jafu li huwa s- sewwa mingħand Sidhom, iżda dawk li ma jemmnux jgħidu: 'Xi jrid (jgħallem) Alla b'din it-tixbihaf' Biha huwa jtellef it-triq lil ħafna, u lil ħafna oħrajn jurihom it- triq. Huwa ma jtellifx biha ħlief lill-ħżiena
  27. li jiksru r-rabta ta' Alla wara li kienu ntrabtu biha, jaqtgħu dak li Alla amar li għandu jingħaqad, u jagħmlu l-ħsara fl-art. Dawk huma t-telliefa
  28. Kif tiċħdu lil Alla, meta kontu mejtin u takom il-ħajja 2 Imbagħad jibagħtilkom il-mewt, u mbagħad jagħtikom il- ħajja, u wara terġgħu lura għandu (fl-Aħħar Jum biex tagħtu kont ta' ħajjitkom)
  29. Huwa ħalqilkom kulma jinsab fl-art, imbagħad dar lejn is-sema u għamel minnu seba' smewwiet. Huwa jaf b'kollox
  30. (Ftakar, Muħammad) meta Sidek qal lill-anġli: ''Jiena se nqiegħed fl-art suċċessur.' Huma qalu: ''Se tqiegħed fiha lil-min jagħmlilha l-ħsara u jxerred id-dmija, filwaqt li aħna nfaħħru s-sebħ tiegħek u nqaddsulek' Qal: Jiena naf dak li intom ma tafuxi
  31. U għallem lil Adam l-ismijiet kollha (ta' kulma jinsab fil-ħolqien), imbagħad uriehom. lill-anġli u qal(ilhom): Għiduli l-ismijiet ta' dawn (il-ħlejjaq), jekk intom qegħdin tgħidu s-sewwa (li jistħoqqilkom tkunu werrieta aktar minn Adam)
  32. Qalu: Sebħ lilekl Ma għandna ebda għerf għajr dak li Inti għallimtna. Inti tabilħaqq taf kollox, l-Għaref
  33. Huwa qal: 'Ja Adam, għarrafhom b'ismijiethom.' U meta għarrafhom b'ismijiethom, Huwa qal: 'Mela ma għedtilkomx li Jiena naf il-mistur tas-smewwiet u ta' l- art, u naf b'dak li turu u b'dak li kontu taħbu (meta ħsibtu li Alla ma huwiex se joħloq ħliqa aħjar minnkom)i
  34. (Ftakar, Muħammad) meta għedna lill-anġli: ''Inxteħtu quddiem Adam (u agħtuh ġieħ)I' Huma (ilkoll) inxteħtu, għajr Iblis. Hu b'xejn ma ried, u tkabbar. Hu kien fost dawk li m'emmnux
  35. Aħna għedna: 'Ja Adam, għammar inti u martek fil- Ġenna u kulu minnha kemm tixtiequ u minn fejn tridu, iżda la toqorbux lejn din is-siġra għaliex tkunu mal- ħżiena
  36. Ix-Xitan (imbagħad) waqqagħhom minnha (mill- Ġenna) u ħariġhom minn dak (l-hena) li kienu fih. U għedna: ''Inżlu 'l isfel (ja Adam, Eva, u Iblis), għedewwa ta' xulxinl L-art tkun l-għamara u t-tgawdija tagħkom għal xi żmien
  37. Adam laqa' kliem minn Sidu (fi għallmu kif jindem), u (alla) dar lejh bil-maħfra. Huwa tabilħaqq idur Kollu Maħfra, il-Ħanin
  38. Aħna għedna: ''Inżlu minnha Ikoll (Adam, Eva, u Iblis)i Tabilħaqq li meta tiġikom' tmexxija tajba mingħandi, dawk li jimxu skond it-tmexxija tiegħi ma jkollhom ebda biża' fuqhom. u lanqas jitnikktu
  39. Iżda dawk li ma jemmnux u jgiddbu s-sinjali u r- Rivelazzjoni tagħna, huma jkunu nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem
  40. Ja Wlied Israel, ftakru fil-grazzja tiegħi li xħett fuqkom; oqogħdu għal dak li wegħedtuni, u. Jiena noqgħod għal dak li wegħedikom. Minni biss ibżgħul
  41. Emmnu f'dak (il-Qoran imqaddes) li niżżilt, li jseddaq dak li diġà għandkom (it-Tora), u la tkunux ma' l-ewwel nies li jiċħduh, lanqas ma tbigħu r-Rivelazzjoni tiegħi bi prezz irħis, u minni ibżgħul
  42. La tlibbsux is-sewwa bil-qerq, u la taħbux is-sewwa meta intom tafu (tajjeb x'inhu)
  43. Agħmlu t-talb, agħtu l-karità, u milu (bil-qima) ma' dawk li jmilu;' ħ
  44. Jaqaw (ja rabbini Lhud) intom tamru lin-nies it-tjieba iżda tinsew lilkom infuskom, għad li taqraw il-Ktieb (it- Torà) 2 Mela ma tifhmux
  45. Fittxu l-għajnuna fis-sabar u t-talb; (din) hija tabilħaqq (ħaġa) tqila, ħlief għall-umli
  46. li jemmnu li għad jiltaqgħu ma' Sidhom, u li għad jerġgħu lura għandu
  47. Ja Wlied Israel, ftakru fil-grazzja tiegħi li: xħett fuqkom, u li (dak iż-żmien) kont ippreferejtkom mill- ħlejjaq (l-oħra)
  48. Ibżgħu minn Jum (il-Ħaqq) meta ruħ ma tħallasx għal ruħ oħra, ma tintlaqax minnha interċessjoni (għal dawk li ma jemmnux), u lanqas tittieħed minnha ebda fidwa; (Dakinhar dawk l-erwieħ ħżiena) ma jkunux megħjuna
  49. (Ftakru) meta ħlisniekom: minn nies. il-Fargħun, li kienu jgħaddukom mill-agħar tbatija, ibiċċru lil uliedkom filwaqt li jħallu lin-nisa tagħkom ħajjin. F'dan kien hemm tiġrib kbir minn Sidkom
  50. U (ftakru) meta froqna l-baħar bikom u ħlisniekom, u għerriqna nies il-Fargħun quddiem għajnejkom
  51. (Ftakru wkoll) meta wegħedna lil Mosċ (li nagħtuh it- Torà. fi żmien). erbgħin lejla, imbagħad minn. warajh, għażiltu l-għoġol (u nxtħettu tqimu lilu flok lil Alla), u (b'hekk) kontu ħżiena
  52. Imbagħad wara dan ħfimielkom, biex forsi tiżżu ħajr
  53. U (ftakru) meta tajna lil Mosċ l-Ktieb. (it-Tora) u l- Qjies (li jifred it-tajjeb mill-ħażin), biex forsi timxu fit- triq it-tajba. I
  54. U meta Mosċ qal lil niesu: 'Ja niesi, intom inqastu lejkom. infuskom meta ħadtu l-għoġol (għall-qima tagħkom). Mela duru, bi,ndiema, lejn il-Ħallieq tagħkom u oqtlu (lill-ħżiena fostkom) intom infuskoml Dan ikun aħjar għalikom quddiem il-Ħallieq tagħkom.' U dar bil- maħfra lejkom, (għaliex) Huwa tabilħaqq idur Kollu Maħfra, il-Ħanin
  55. U (ftakru) meta għedtu: 'Ja. Mosċ, m'aħniex se nemmnu fik qabel ma naraw lil Alla fid-dieher'' U s- sajjetta ħaditkom (għal għarrieda) waqt li kontu tħarsu
  56. Imbagħad qajjimniekom, wara mewtkom, biex forsi tiżżu ħajr
  57. U waqqajna d-dell fuqkom bis-sħab, u niżżilna fuqkom il-manna u s-summien, (u għednielkom): 'Kulu mill- ħwejjeġ tajba li tajniekom.' (Madanakollu huma ħaduha kontrina, imma) ma naqsux. lejna, iżda kienu qegħdin jonqsu lejhom infushom
  58. U meta għedna: 'Idħlu f'din il-belt (ta' Ġerusalemm) u kulu minnha, minn fejn u kemm tixtiequ. Idħlu mill-bieb, mixħutin fl-art (b''urija ta' radd il-ħajr lil Alla), u għidu: 'Il-Maħfraf' Aħna se naħfrulkom ħtijietkom u se nżidu (sehem) dawk li jagħmlu t-tajjeb
  59. U dawkli għamlu l-ħażen biddlu (Kliem 4Ila) bi kliem li ma kienx dak li ntqalilhom. Għalhekk fuq dawk. li għamlu l-ħażen niżżilna kastig mis-sema, tal-ħażen. li kienu jagħmlu
  60. (Ftakru wkoll) meta Mosċ talab l-ilma għal niesu. Aħna għedna (il Mosċ): ''Olqot il-blata bil-ħatar: tiegħekt' Minnha ħarġu jgelglu tnax-il għajn. Kull ġemgħa kienet taf minn fejn tixrob. (U għedna): 'Kulu u ixorbu mill-ġid ta' Alla, u la tagħmlux ħażen fl-art bil-ħsara tagħkoml
  61. U meta għedtu: 'Ja Mosċ, mhux se jkollna sabar (inżommu) fuq ikel wieħed. Mela itlob lil Sidek għalina biex joħorġilna minn dak li tnibbet l-art: il-ħaxix, il-ħjar, it-tewm, l-għads u l-basal tagħhaf' Huwa qal: ''Jaqaw tridu tibdlu dak li huwa aħjar ma' dak li hu inqas tajjeb Inżlu f'kull belt u ssibu li tlabtu;' It-tkasbir u l-għaks waqgħu fuqhom, u ġibdu fuqhom għadab minn Alla talli kienu jiċħdu s-sinjali u r-Rivelazzjoni ta' Alla; u kienu joqtlu lill-Profeti mingħajr ħaqq. Dan għaliex m'obdewx (lil Alla) u kienu jagħmlu l-ħażen
  62. Tabilħaqq li dawk li emmnu (il-Misilmin), il-Lhud, l- Insara u s-Sabijin 7' kulmin jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum, u jagħmel. il-ġid, għandhom ħlashom għand Sidhom. Ebda biża' ma hemm fuqhom, u lanqas jitnikktu
  63. (Ftakru, ja Wlied Israel) meta dħalna f'rabta magħkom u għollejna fuqkom il-muntanja (Sina; u għednielkom): SŻommu bil-qawwa ma' dak li tajniekom u flakru f'li fih, biex forsi tibżgħu minn Alla
  64. Imbagħad wara dan tajtu daharkom (u ma tajtx widen), u li ma kienx għat-tjieba u l-ħniena ta' Alla fuqkom. kontu tkunu mit-telliefa
  65. Intom tassew tafu (x'ġara) lil dawk fostkom li kisru s- Sibt, Aħna għednielhom: ''Kunu xadini mkasbraf
  66. Dan (il-kastig) għamilnieh eżempju (b'tagħlima) għal dawk ta' żmienhom u għal ta' warajhom, u twissija lil dawk li jibżgħu minn Alla
  67. U (ftakru) meta Mosċ qal lil niesu: ''Tassew Alla jamrilkom toqtlu baqra'' Huma qalu: SJaqaw trid twaqqagħna għaċ-ċajtf' Qal: 'Alla ħares inkun mill- injuranti
  68. Huma qalu: ''Itlob lil Sidek għalina biex jurina biċ-ċar X'inhil' Qal(ilkom Mose): 'Huwa tabilħaqq jgħid (hekk): Hija. baqra li la tkun xiħa u lanqas. żgħira, iżda bejniethom. Għalhekk agħmlu kif intom ordnati
  69. (Huma qalu: 'Itlob lil Sidek għalina biex jurina biċ-ċar il-lewn tagħhaf' Qal/iżom Mosċ): Huwa. tabilħaqq jgħid (hekk): Hija baqra ta' lewn isfar jgħajjat, tgħaxxaq lil dawk li jħarsu (/ejha)
  70. Huma qalu: Itlob lil Sidek għalina biex jurina biċ-ċar x'inhil Tabilħaqq li għalina l-baqar kollu jixxiebah. Jekk Alla jrid, inkunu mmexxija fis-sewwa
  71. (Qalfilhom Mosċ): 'Huwa tabilħaqq jgħid: Hija baqra li ma hijiex imdorrija taħrat l-art, u lanqas tisqi r-raba': sħiħa u (il-ġilda tagħha) bla tebgħa'' Huma qalu: ''Inti issa ġejt bis-sewwal' U (fl-aħħar) qatluha, għalkemm fuq qalbhom
  72. U (ftakru) meta qtiltu bniedem u tlewwimtu dwar (min kien ħati ta' dan il-qtil). Iżda Alla ħareġ fil-beraħ dak li kontu qegħdin taħbu
  73. U għedna; 'Olqtuh b'biċċa minnhal' Hekk Alla jagħti l-ħajja lill-mejtin, u jurikom is-sinjali tiegħu forsi. (fl- aħħar) tithmu
  74. Wara dan (is-sinjal ta' l-għaġeb). qlubkom ibbiesu u saru bħall-ġebel, jew aktar fl-ebusija. Għaliex hemm xi ġebel li minnu jgelglu x-xmajjar, ġebel ieħor jixxaqqaq u joħroġ l-ilma minnu, u (ġebel) ieħor li tabilħaqq jaqa' (minn fuq il-muntanji) bil-biża' ta' Alla. Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu
  75. Jaqaw (intom li emmintu) tittamaw li (il-Lhud) jemmnu bħalkom, meta ġemgħa minnhom kienet tisma' Kliem Alla (fit-Tora) u mbagħad kienet tgħawġu wara li fehmitu u kienet taf (x'qiegħda tagħmel)
  76. U meta (il-Lhud ta' wiċċ b'ieħor kienu) jiltaqgħu ma' dawk li jemmnu (il-Misilmin, kienu) jgħidu: 'Emminnaf' Iżda meta jkunu waħidhom, bejniethom jgħidu: 'Jaqaw se tgħarrfuhom (lill-Misilmin) b'dak li Alla wriekom (fit- Torà dwar Muħammad) biex. (imbagħad) iħaqquha magħkom dwaru quddiem Sidkom' Mela ma għandkomx għaqal (biex tifhrmu)
  77. Mela dawn ma jafux li Alla jaf b'dak li jaħbu u b'dak li jikxfu
  78. Fosthom hemm dawk bla tagħlim, li ma jafux dwar il- Ktieb (it-Torà) ħlief dak li jixtiequ huma, u ma humiex ħlief jistħajlu
  79. Ħażin għal dawk li jiktbu l-ktieb b'idejhom u mbagħad jgħidu: 'Dan mingħand Alla,' biex ibigħuh bi prezz irħis. Ħażin. għalihom ta' dak li kitbu idejhom, u ħażin għalihom ta' dak li jiksbu (xinu dan ix-xogħol qarrieq)
  80. U qalu (il-Lhud): ''In-Nar ma huwiex se jmissna għajr għal xi jiem. magħduda'' Għidfilhom. Muħammad): 'Jaqaw ħadtu xi wegħda mingħand Alla' Alla ma huwiex se jikser il-wegħda tiegħul Jew qegħdin tgħidu dwar Alla dak li ma tafux
  81. Le (mhux kif qegħdin jgħidu)l Min jikseb il-ħażen, u l- ħtija tiegħu tagħlaq madwaru (u wa jibqax fit-triq tas- salvazzjoni) dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem
  82. U dawk li-jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, dawk huma nies il-Ġenna, u fiha jgħammru għal dejjem
  83. (Ftakru) meta dħalna f'rabta ma' Wlied Israel (u għednielhom): ''La tqimux għajr lil- Alla, u uru tjubija mal-ġenituri, mal-qraba, ma' l-iltiema u mal-fqar, u kellmu tajjeb lin-nies, agħmlu t-talb u agħtu l-karitàl' Imbagħad tajtu daharkom, ħlief għal ftit minnkom, u ma tajtux widen
  84. U (ftakru) meta dħalna f'rabta; magħkom (u għednielkom): 'La xxerrdux demmkom, u la toħorġux lil xulxin minn djarkom;' imbagħad qbiltu (ma' dan l- amar); u intom tixhdu (għal dan)
  85. Imbagħad (minkejja l-wegħda tagħkom) intom toqtlu lil xulxin, u toħorġu minn djarhom. lil ġemgħa minn fostkom, (filwaqt li) tgħinu lil (ħaddieħor) kontrihom bil- ħtija u bl-aggressjoni. U meta jiġu għandkom bħala Isiera, intom. tifduhom; għalkemm ma jiswiex. li toħorġuhom (minn djarhom). Jaqaw intom temmnu biss f'taqsima mill-Ktieb u ma temmnux f'taqsima (oħra) 7 U xi jkun il-ħlas għal dawk fostkom li jagħmlu hekk, jekk mhux għajb f'din il-ħajja, u f'Jum il-Qawmien jintbagħtu għall-eqqel kastig' Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu
  86. Dawk humarli jixtru l-ħajja ta' din id-dinja bi (prezz) il- Ħajja l-Oħra. Ma huwiex se jitħaffilhom il-kastig, u lanqas ikunu megħjunin
  87. Aħna tassew tajna lil Mosċ l-Ktieb (it-Torà) u warajh bgħatna (għadd ta') Mibgħutin. Lil Ġesti bin. Marija tajnieh sinjali ċari u qawwejnieh b'ruħ il-qodos (l-anġlu Gabrijel). Jaqaw kull darba li jiġikom Mibgħut b'dak li ma tixtiqux, toqogħdu titkabbru, u lil uħud minnhom (mill-Mibgħutin) tgiddbuhom, u lil oħrajn toqtluhom
  88. (Il-Lhud) qalu: Qlubna (mimlija. bl-għerf u) magħluqa.' Iżda Alla seħethom għaliex m'emmnux. Ftit huwa twemminhom
  89. U meta ġiehom Ktieb mingħand Alla (il-Qoran). li jseddaq dak li diġà għandhom (it-Torà) għalkemm qabel kienu jitolbu r-rebħa fuq dawk li m'emmnux meta ġiehom dak li kienu jafu (li kien is-sewwa, jiġifieri Muħammad), huma m'emmnuhx. Mela s-saħta ta' Alla fuq dawk li m'emmnuxi
  90. Ta' għajb (il-prezz) li bih biegħu l-erwieħ tagħhom: li jiċħdu dak li Alla niżżel (il-Qoran, għaliex) fl-għira (tagħhom ma felħux jaraw) li Alla jniżżel mill-grazzja tiegħu (il-Ktieb) fuq min irid mill-qaddejja tiegħu. Għalhekk ġibdu fuqhom għadab fuq għadab, u għal dawk li m'emmnux hemm kastig ta' tkasbir
  91. U meta jingħad lilhom: 'Emmnu f'dak li Alla niżżel (il- Qoran),' huma jgħidu: 'Nemmnu f'dak li tniżżel lilna (it-Tora).' Iżda huma jiċħdu dak li tniżżel warajh, minkejja li huwa s-sewwa li jseddaq dak li (diġà) għandhom. Għid/i/hom Muħammad): ''Mela. għaliex qtiltu' lill-Profeti ta' Alla fl-imgħoddi, jekk tabilħaqq temmnu
  92. Mosċ tassew ġiekom b'sinjali ċari, imbagħad minn warajh ħadtu l-għoġol (biex tqimuh), ta' nies ħżiena li kontu
  93. U meta dħalna f'rabta magħkom, u għollejna fuqkom il-muntanja (Sinaj u għednielkom): Żommu. sħiħ ma' dak li tajniekom, u isimgħu (il-kmandamenti. tagħna); (il-Lhud) qalu: 'Nisimgħu (Kliemek) u ma nobdux (l- amar: tiegħek). Talli ċaħdu twemminhom, kienu mġiegħla jixorbu fi qlubhom (il-ġibda) għall-għoġol: Għidfilhom: Muħammad): ''Ta' għajb huwa dak li jamrilkom twemminkom (il-falz), jekk tassew temmnuf
  94. (Għidfilhom Muħammad): ''Jekk l-Aħħar Dar, (dik) għand Alla, hija (mħejjija) għalikom biss, u mhux (eħall- bqija) tan-nies, mela xxennqu għall-mewt, jekk tabilħaqq qegħdin tgħidu s-sewwa
  95. Iżda huma qatt ma huma 'se jixtiquha (il-miewt) minħabba dak li għamlu b'idejhom. Alla jaf kollox dwar dawk li jagħmlu l-ħażen
  96. Tassew li se ssibhom l-aktar nies imxennqa għall-ħajja, aktar minn dawk li jxierku allat oħra ma' Alla. Kull wieħed minnhom jixtieq li kieku jista' jgħix elf sena, għalkemm għajxien fit-tul ma huwiex se jbiegħdu mill- kastig. Alla jara sew dak li jagħmlu
  97. (Għidfilhom Muħammad): ''Min hu l-għadu ta' (l-anġlu). Gabrijel (għandu jkun jaf li) hu niżżlu (il-Ktieb) f'qalbek, bir-rieda ta' Alla; (Ktieb) li jseddaq dak (li niżel) qablu, u tmexxija u bxara tajba għal dawk li jemmnu
  98. Min hu għadu ta' Alla, ta' l-anġli tiegħu, tal-Mibgħutin tiegħu, ta' Gabrijel, u ta' Mikiel (għandu jkun jaf li) Alla tabilħaqq huwa l-għadu ta' dawk li m'emmnux
  99. Aħna niżżilnielek (Muħammad) versi ċari u ħadd, ħlief il-ħżiena, ma jiċħadhom
  100. Mela mhux kull darba li daħlu għal xi rabta (issib li) uħud minnhom iwarrbuha 7 Iżda ħafna minnhom ma jemmnux
  101. U meta ġiehom Mibgħut mingħand Alla (Muħammad) li jseddaq (it-Tora) li kellhom, uħud minn dawk li ngħatalhom il-Ktieb tefgħu wara daharhom il-Ktieb ta' Alla (it-Tora), bħallikieku ma jafux
  102. Huma mxew wara dak li qalgħu x-xjaten. (ninni żniedhom) dwar is-saltna ta' Salamun. Mhux Salamun kien li m'emminx, iżda x-xjaten m'emmnux, u għallmu lin-nies, lil Hart u lil Martt (iż-żewġ sħaħar) is-seħer f'Babel u mhux minnu illi (is-seħer) huwa dak li tniżżel liż-żewġ anġli (Gabrijel u Mikiel). (Is-sħaħar Hariit u Mariit) ma għallmu (xejn) lil ħadd jekk qabel ma kinux jgħidu: 'Aħna biss tiġrib (għalik), u għalhekk la tiċħadx (it-twemmin). Minn dawn it-tnejn. (Harir u Mariit) tgħallmu dak li jġib il-firda bejn ir-raġel u martu. Iżda bih huma ma jagħmlu l-ħsara lil ħadd, jekk mhux bil- permess ta' Alla. Huma tgħallmu dak li jġibilhom il- ħsara u mhux dak li hu ta' fejda għalihom. Huma kienu jafu li min jixtrih (is-seħer) ma jkollux sehem mill-Ħajja l-Oħra. Ta' għajb il-prezz li bih biegħu l-erwieħ tagħhom, li kieku kienu jaful
  103. Li kieku emmnu u beżgħu minn Alla, il-ħlas mingħand Alla kien ikun aħjar, li kieku kienu jafu
  104. Intom li temmnu, la tgħidux (ill-Profeta kliem imħawwad. bħal): ''Ragħina,' iżda (tkellmu sewwa u) għidu: 'Unzurnat' 4' U isimgħu (lilu) Għal dawk li m'emmnux hemm kastig ta' wġigħ, f
  105. Dawk fost Nies il-Ktieb (il-Lhud u l-Insara) li m'emmnux, u dawk li jxierku allat oħra ma' Alla, ma jixtiqux (minħabba l-għira tagħhom għalikom) li jitniżżel fuqkom il-ġid mingħand Sidkom. Iżda Alla jagħżel għall- ħniena tiegħu lil-min jidhirlu. Alla huwa ta' tjieba mill- akbar
  106. Aħna ma nħassru ebda vers (mill-Ktieb tagħna), u lanqas innessuh, jekk mhux biex inġibu xi ħaġa aħjar minnu jew (għallinqas) bħalu. Mela ma tafx li Alla fuq kollox Setgħan
  107. Ma tafx li Alla għandu s-saltna tas-smewwiet u l-art. Ma għandkom lil ħadd għajru li jħariskom u jgħinkom
  108. Jaqaw tridu tistaqsu lill-Mibgħut tagħkom (Muħammad) bħalma kien mistoqsi Mosċ dari 2 Min ibiddel it-twemmin maċ-ċaħda tat-twemmin ikun tilef it- triq it-tajba
  109. Ħafna minn Nies il-Ktieb jixtiequ li kieku jdawrukom u (ssiru) ma temmnux wara li (ksibtu) twemminkom. (Dan minħabba) l-għira tagħhom wara li s-sewwa sar magħruf lilhom. Aħfru u agħdru (lil dawn in-nies) sa ma Alla jagħti l-amar tiegħu (dwar x'għandu jsir minnhom). Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan
  110. Agħmlu t-talb' u agħtu l-karità, Kull ġid. li tressqu quddiemkom għall-erwieħ tagħkom, issibuh għand Alla. Alla tabilħaqq jara kulma tagħmlu
  111. (Il-Lhud u l-Insara) jgħidu: 'Ħadd ma jidħol il-Ġenna għajr il-Lhud u l-Insara'' Dawk huma x-xewqat (il- fiergħa). tagħhom. Għidfilhom; Muħammad): ''Ġibu. l- prova tagħkom (dwar dan), jekk qegħdin tgħidu s- sewwal
  112. Let Kulmin joqgħod għal Alla minn qalbu u jagħmel it- tajjeb, għandu ħlasu għand Sidu, Fuqhom ma hemm ebda biża' u lanqas jitnikktu
  113. Il-Lhud qalu: 'L-Insara ma' għandhom xejn (mis- sewwa), u l-Insara qalu: Il-Lhud ma għandhom xejn (mis-sewwa), meta huma jaqraw il-Ktieb (it-Tora u l- Evanġelju, u suppost jafu). Kliem bħal ta' dawn jgħiduh ukoll dawk li ma jafux (l-Għarab pagani ta' żmien Muħammad). Alla għad jagħmel ħaqq minnhom f'Jum il- Qawmien fuq dak li tlewmu dwaru
  114. U min hu aktar inġust minn dak li ma jħallix li fil- moskej ta' Alla jissemma Ismu, u li jħabrek għall-ħerba tagħhom 2. (Nies. bħal) dawn lanqas jixirqilhom jidħlu fihom jekk mhux bil-biża' (minn Alla). Tagħhom huwa l-għajb (f'din) id-dinja, u fl-Oħra jkollhom kastig mill- kbar
  115. Ta' Alla huwa l-Lvant u l-Punent, u kull fejn idduru, hemm (issibu) Wiċċ Alla. Alla tabilħaqq jesa' kollox, u jaf kollox
  116. (il-Lhud u l-Insara) jgħidu: 'Alla għażel għalih wild:' Sebħ lilul Tiegħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u kollox joqgħod għalihl
  117. Huwa li ħalaq għall-ewwel darba s-smewwiet u l-art, u meta jaqta' (li għandha sseħħ) xi ħaġa, biżżejjed jgħidilha: SKunt' u tkun
  118. Dawk bla għerf (il-pagani) jgħidu: ''Għaliex Alla ma jkellimniex (u jgħidilna li inti, Muħammad, il-Profeta tiegħu), jew. jiġina xi sinjal (biex. nemmnuk)i' Ta' qabilhom ukoll qalu bħal (dan) kliemhom. Qlubhom jixxiebhu. Aħna tassew urejna biċ-ċar is-sinjali lil nies sħaħ fit-twemmin
  119. Aħna bgħatniek (Muħammad għand il-bnedmin) bis- sewwa bħala ħabbar tal-bxara t-tajba, u biex twissi. M'intix se tkun mistoqsi dwar nies in-Nar (ta' l-Infern)
  120. Lal-Lhud u lanqas l-Insara ma huma se jithennew bik, qabel ma timxi fi twemminhom. Inti għid(i/hom): 'it- tmexxija ta' Alla hija t-tmexxija (tassew u ma hemmx ħliefha).' Jekk timxi wara x-xewqat tagħhom, wara li ġiek l-għerf, ma jkollokx min iħarsek u lanqas jgħinek (kontra l-għadab li jiġi) minn Alla
  121. Dawk li tajniehom il-Ktieb, u jaqrawh kif jixraq li jinqara, dawk huma li jemmnu fih (tassew). Iżda dawk li jiċħduh huma t-telliefa
  122. Ja Wlied Israel, ftakru fil-grazzja tiegħi li xħett fuqkom, u (ftakru) li ppreferejtkom mill-ħlejjaq (l-oħra kollha)
  123. Ibżgħu minn Jum (il-Ħaqq) meta ruħ ma tħallasx għal fuħ oħra, u ma tintlaqa' minnha ebda fidwa, lanqas ma tiswielha ebda interċessjoni (jekk ma temminx), u (dakinhar dawk l-erwieħ ħżiena) ma jkunux megħjunin
  124. U (ftakar, Muħammad) meta lil Abraham Sidu ġarrbu b'xi kelmiet, u wettaghom. Huwa qal: ''Jiena ħtartek mexxej għan-niesf' Abraham qal: 'U minn nisli (x'se jiġri) 7' Qal (Alla): ''Ir-rabta tiegħi ma tesax lill-ħżiena
  125. U (ftakar) meta għamilna mid-dar (il-Kagħba) imkien fejn (b'xenqa u b'ħeġġa kbira) jinġabru n-nies, u (jkun ta'j kenn (għalihom) u (għednielhom): ''Ħudu l-imkien fejn kien waqaf Abraham. (biex jibni l-Kagħba) bħala mkien għat-talb għalikomi' Aħna qabbadna lil Abraham u (lil ibnu) Ismagħel isaffu dari għal dawk li jduru madwarha; li jqattgħu żmien ħdejha, li jmilu (bil-qima) u jinxteħtu fl-art (jitolbu fiha)
  126. U (ftakar) meta Abraham qal: 'Sidi, agħmel minn din (Mekka) belt ta' sliem, u għajjex lil niesha bil-frott lil dawk fosthom li emmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum.' Huwa qal: 'U lil min m'emminx, inħallih igawdi għal ftit żmien, imbagħad inġiegħlu jieħu l-kastig tan-Nar. (Dak ikun tassew) tmiem mill-agħart
  127. U (ftakar ukoll) meta Abraham, flimkien ma' Ismagħel, għolla sisien id-dar (il-Kagħba, u talbu hekk): 'Sidna, ilqa' minna (għemilna), Inti tabilħaqq tisma' kollox u taf kollox
  128. Sidna, agħmilna, Misilmin u (oħroġ) minn: nisilna nazzjon ta' Misilmin;' Urina kif nagħtu qima, u ilqa' l- indiema tagħna. Inti tabilħaqq iddur kollok maħfra, il- Ħanin
  129. Sidna, ibagħtilhom Mibgħut minn fosthom li jaqralhom il-versi tiegħek, jgħallimhom il-Ktieb. (il-Qoran) u l- għerf, u jsaffihom. Inti tabilħaqq il-Qawwi, l-Għaref
  130. U min jagħti dahru (u jiċħad) twemmin Abraham, jekk mhux min tbellah 7 Aħna (li Abraham) għażilnieh f'(din) id-dinja, u tabilħaqq li fl-Oħra huwa jkun mat-tajbin
  131. Meta Sidu qallu: ''Intelaq (għar-rieda tiegħiji' huwa qal: 'Intlaqt f'idejn Sid il-ħolqienf)
  132. Abraham ħeġġeġ lil uliedu b'dan (ir-twemmin f'Alla Wieħed u bl-ubbidjenza. lejh), u Ġakobb (ukoll qal lil uliedu): 'Ja wliedi, tabilħaqq li Alla għażlilkom id-din, u għalhekk la tmutux jekk mhux Misilmin
  133. Jew kontu (ja Wlied Israel) xhieda meta l-mewt ġiet għand Ġakobb, u meta qal lil uliedu: ''X'se tqimu warajja (meta mmut) 7' Qalu: 'Inqimu lil Alla tiegħek, u lil-Alla ta' missirijietek Abraham, Ismagħel u Iżakk: Alla wieħed (inqimu), u aħna Misilmin intlaqna f'idejh
  134. Dawk kienu nies li għaddew. Tagħhom huwa dak illi kisbu, u tagħkom huwa dak illi ksibtu. M'intomx se tkunu mistoqsijin dwar dak li kienu jagħmlu
  135. Huma (il-Lhud u l-Insara) qalu: ''Kunu Lhud jew Insara, u tkunu fit-triq it-tajba. ' Għid (Muħammad): ''Le (mhux: kif qegħdin: tgħidu), iżda. (jiena. nagħżel) it- twemmin safi ta' Abraham. Huwa ma kienx minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla l-Imbierek)
  136. Għidu (ja Misilmin): 'Aħna nemmnu f'Alla, f'dak li tniżżel lilna, u f'dak li tniżżel lil Abraham, lil Ismagħel, lil Iżakk, lil Ġakobb, u lit-tribujiet. (Aħna nemmnu) f'dak li ngħata Mosċ (it-Tora) u Ġesti (l-Evanġelju), u f'dak li ngħataw il-Profeti minn Sidhom, Aħna ma nagħmlu distinzjoni bejn ħadd minnhom, u aħna f'idejh intlaqna, Misilmin
  137. Għalhekk jekk (il-Lhud u l-Insara) jemmnu fi twemmin bħal twemminkom, ikunu fit-triq it-tajba, iżda jekk jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen), huma jkunu tabilħaqq f'firda (u maqrugħin għalihom). Alla se jħarsek (Muħammad) minnhom. Huwa jisma' kollox u jaf kollox
  138. (Aħna nagħżlu) il-lewn ta' Alla (li huwa t-twemmin tiegħu). U min hu dak li lewnu huwa aħjar minn ta' Alla 7 Aħna lilu nqimu
  139. Għid (/i/ Nies il-Ktieb): 'Jaqaw tħaqquha magħna fuq Alla, meta Huwa Sidna u Sidkom' Aħna għandna l- għemejjel tagħna (xi. xwieġbu għalihom) u intom għandkom l-għemejjel tagħkom (ukoll). Aħna għalih (biss) noqogħdu
  140. Jew (tridu) tgħidu li Abraham, Ismagħel, Iżakk, Ġakobb, u' t-tribujiet kienu Lhud jew Insara 7: Għid: Ċintom tafu aktar, jew Alla 2 Min huwa l-aktar inġust minn dak li jaħbi xhieda li għandu mingħand Alla 7 Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu
  141. Dawk kienu nies li għaddew (u ntemmu). Tagħhom huwa dak li kisbu, u tagħkom huwa dak li ksibtu. M'intomx se tkunu mistoqsijin dwar dak li kienu jagħmlu
  142. Il-boloh fost in-nies se jgħidu: ''X'kien li ġegħelhom (il-Misilmin) ibiddlu l-qibla'' tagħhom li kienu (jħarsu) lejha 7' Għid (Muħammad): 'Ta' Alla huwa l-Lvant u l- Punent. Huwa jmexxi lil min jidhirlu lejn triq dritta
  143. Hekk għamilniekom ġens fit-triq tan-nofs (fost ġnus oħra) biex tkunu xhieda għan-nies, u biex il-Mibgħut ikun xhud għalikom. Aħna ma għamilniex il-gibla li (inti, Muħammad) kont tħares lejha (qabel, jiġifieri Ġerusalemm) jekk mhux biex nagħżlu lil min jimxi wara l-Mibgħut minn dak li jerġa' lura (ur jiċħad it-twemmin). Tabilħaqq din kienet (bidla) kbira (u tassew iebsa), ħlief għal dawk li. Alla mexxa fit-triq it-tajba. Alla qatt ma kien se jtellifkom twemminkom (u t-talb tagħkom b'ħarsitkom lejn Ġerusalemm). Alla tabilħaqq Kollu Tjubija u Ħniena man-nies
  144. Aħna rajna lil wiċċek (Muħammad) idur lejn is-sema (għall-għajnuna), u tabilħaqq indawruk lejn qibla li togħġbok. Mela dawwar wiċċek lejn il-Moskea mqaddsa (f'Mekka). Kull fejn tkunu, dawru wiċċkom lejha. Tabilħaqq li dawk li ngħatalhom il-Ktieb jafu tajjeb li dan huwa s-sewwa minn Sidhom. Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li jagħmlu
  145. Li kieku lil dawk li: ngħatalhom il-Ktieb kellek iġġibilhom kull sinjal, (xorta waħda) ma kinux jimxu fuq il-qibla tiegħek (Muħammad), u lanqas inti ma timxi fuq il-qibla tagħhom. Huma lanqas ma jimxu fuq il-qib/a ta' xulxin. Li kieku (Muħammad), wara l-għerf li ngħatalek, kellek timxi fuq ix-xewqat fiergħa tagħhom, tabilħaqq kont tkun fost il-ħżiena
  146. Dawk li tajniehom il-Ktieb jafuh (/il Muħammad) bħalma jafu lil uliedhom. Tabilħaqq li ġemgħa fosthom taf tajjeb li qiegħda taħbi s-sewwa
  147. (Dan. huwa) is-sewwa minn. Sidek (għalik, Muħammad). Mela la tkunx minn dawk ta' bejn ħaltejn
  148. Kulħadd għandu xi naħa li jdur lejha. Għaġġlu fl- għemejjel tajba. Tkunu fejn tkunu, Alla jġibkom ilkoll flimkien: (biex: tagħtu kont. ta' l-għemejjel. tagħkom). Tabilħaqq li Alla fuq kollox Setgħan
  149. Toħroġ minn fejn toħroġ (għas-safar, ur tkun fejn tkun dejjem) dawwar wiċċek lejn il-Moskea mqaddsa. Dan huwa s-sewwa minn Sidek. Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu
  150. Toħroġ minn fejn toħroġ, dawwar wiċċek (dejjem) lejn il-Moskea mqaddsa (f'Mekka), u tkunu fejn tkunu, dawru wiċċkom lejha (fit-talb). B'hekk in-nies ma jħaqquhiex magħkom, ħlief dawk fosthom. li jagħmlu. l-ħażen. Tibżgħux minnhom, iżda minni ibżgħul (B'hekk) nagħmel sħiħa t-tjieba tiegħi fuqkom, u forsi timxu fit- triq it-tajba
  151. Hekk ukoll. (urejna (jieba. magħkom meta) bgħatnielkom Mibgħut minn fostkom; jaqralkom il-versi tagħna, isaffikom, jgħallimkom il-Ktieb u l-għerf, u jgħallimkom dak li ma kontux tafu
  152. Mela ftakru fija, u Jiena niftakar fikom. Roddu ħajr lili u la tiċħdunixi
  153. Intom li emmintu, fittxu l-għajnuna fis-sabar u fit-talb. Alla tabilħaqq ma' dawk li jistabru (u jżommu sħiħ)
  154. Tgħidux li dawk li nqatlu għal Alla huma mejtin, imma ħajjin. Iżda intom ma tintebħux (b'dan)
  155. Tassew li se nġarrbukom b'xi biża', b'ġuħ, u b'nuqqas ta' ġid, ħajjiet u frott. Agħti (Muħammad) il-bxara t-tajba lil dawk li jistabru
  156. Dawk li meta jiġihom xi għawġ kbir jgħidu: 'Aħna tabilħaqq ta' Alla, u aħna lejh nerġgħu lura. I
  157. Dawk fuqhom hemm barkiet u ħniena minn Sidhom. Dawk huma li jimxu fit-triq it-tajba
  158. Tabilħaqq li 'as-Safsi u l-Marwa' huma fost is-simboli ta' (il-qima lejn) Alla. Min imur għall-ħaġġ (jew pellegrinaġġ lejn) id-dar (il-Kagħba), jew jagħmel l- għumra;' ma jkollu ebda ħtija jekk iterraq bejniethom. Min jagħmel il-ġid minn jeddu, tabilħaqq li Alla jrodd il- ħajr u jaf kollox
  159. Tabilħaqq li dawk li jaħbu s-sinjali ċ-ċari li niżżilna, u t-tmexxija t-tajba, wara li wrejnieha biċ-ċar lin-nies fil- Ktieb, dawk Alla għad jisħethom, u jisħtuhom (l-anġli u l-fidili) li jisħtu
  160. ħlief dawk li jindmu, jinbidlu għall-aħjar u jxandru s- sewwa. Dawn indur fuqhom bil-maħfra għaliex Jiena ndur kollni maħfra, il-Ħanin
  161. Dawk li ma jemmnux, u jmutu bla twemmin, dawk fuqhom (ikollhom) is-saħta ta' Alla, ta' l-anġli u tan-nies kollha
  162. Huma jibqgħu fih (in-Nar) għal dejjem; il-kastig (tagħhom) ma jitħaffilhomx u lanqas jingħataw nifs (biex jistrieħu xi ftit minnu)
  163. Alla tagħkom huwa Alla Wieħed. Ma hemmx alla ħliefu Kollu Ħniena, il-Ħanin
  164. Tabilħaqq li fil-ħolqien tas-smewwiet u ta' l-art, fid- dawrien (wara xulxin) tal-lejl u tan-nhar, fl-iġfna li jiġru fil-baħar b'dak li hu ta' fejda għan-nies, fl-ilma li Alla jniżżel mis-sema u bih jagħti l-ħajja lill-art wara mewtha, u jxerred fiha kull għamla ta' bhejjem, u fit-taqlib ta' l- irjieħ, u fis-sħab li jinsaq bejn is-sema u l-art, (f'dan kollu hemm) sinjali għal nies bil-għaqal
  165. (Madanakollu) hemm xi nies li minflok lil Alla jieħdu (għall-qima) idoli (jew xbihat li mingħalihom) iħabbtuha miegħu, u jħobbuhom bl-imħabba (Zi sżxraq) lil Alla. Iżda dawk li jemmnu huma aqwa fl-imħabba lejn Alla. U kieku dawk li jagħmlu l-ħażen kellhom jaraw il-kastig (ta' Jum il-Qawmien u jifhmu) illi l-qawwa kollha hija ta' Alla, u Alla Qalil fil-kastig, (żewr jaraw ħwejjeġ tal- biża)
  166. meta dawk li kellhom min jimxi warajhom jiċħdu lil dawk li mxew warajhom, u jaraw il-kastig, u dak li jgħaqqadhom jitqatta' (fix-xejn)
  167. Dawk li mxew wara (ħaddieħor) jgħidu: 'Li kieku Kellna nerġgħu lura. (għall-ħajja fid-dinja), 'konna niċħduhom (lill-mexxejja ħżiena. tagħna), bħalma ċaħduna,' Hekk ukoll Alla jurihom l-għemejjel tagħhom (li jkunu) ta' ħasra għalihom: Huma ma humiex ħerġin min-Narl
  168. Kulu, ja nies, minn dak li hemm fl-art, li jiswa. li jittiekel u hu tajjeb, u la timxux fil-passi. tax-Xitan, għaliex huwa, tabilħaqq; għadu fil-beraħ tagħkom
  169. Huwa jamrilkom biss il-ħażen u l-faħx, u li tgħidu dwar Alla dak li ma tafux
  170. Meta jintqalilhom (lill-pagani): 'Imxu fuq dak li Alla niżżel,' huma jgħidu: 'Lel Imma (aħna rridu) nimxu fuq dak li fih sibna lil missirijietna Kif 2. Anki jekk missirijiethom ma jifhmu xejn, u lanqas jimxu fit-triq it- tajba
  171. Dawk li-ma jemmnux (u dawk 1i' jsejħulhom għat- twemmin) jixbhu lil dak (ir-ragħaj) li jgħajjat (lill-merħila tiegħu) li ma tismax għajr sejħa u għajta. (Dawn) torox, imbikkma, u għomja u għalhekk ma jifhmux
  172. Intom'li temmnu, kulu mill-ħwejjeġ tajba li tajniekom, u roddu ħajr lil Alla, jekk (tassew) lilu tqimu
  173. Huwa ma għamilx ma jiswiex għalikom ħlief (il-laħam) ta' annimali mejta, id-demm, laħam il-ħanżir, u kulma kien offrut (lill-idoli) minflok lil Alla. Iżda min ikollu (jiekol minn dan l-ikel minħabba l-ħtieġa), u huwa ma jixtiqux, (u meta jieklu) ma jaqbiżx il-limiti, ma jkollu ebda ħtija. Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin
  174. Tassew dawk li jaħbu dak li Alla niżżel fil-Ktieb, u jaqilgħu bih (b'dan il-ħabi) qligħ irħis, dawk ma jiklux f'żaqqhom għajr in-nar, u la jkellimhom Alla f'Jum il- Qawmien, u lanqas isaffihom (mit-tinġis. tad-dnub). Għalihom hemm kastig ta' wġigħ kbir
  175. Dawk huma li xtraw it-telfien bi' (il-prezz tà') it- tmexxija t-tajba, u l-kastig bi. (il-prezz ta') il-maħfra, Kemm jifilħu jistabru fin-Narl
  176. Dan minħabba li Alla niżżel il-Ktieb (it-Tora) bis- sewwa; U tabilħaqq dawk li ma qablux fuq il-Ktieb (jinsabu) f firda kbira (u 'l bogħod mis-sewwa)
  177. It-tjieba ma'hijiex li ddawru wiċċkom lejn il-Lvantul- Punent, iżda t-tjieba hija ta' min jemmen f'Alla, fl-Aħħar Jum, fl-anġli, fil-Ktieb, fil-Profeti, jagħti l-ġid minkejja li jħobbu lill-qraba, lill-iltiema, lill-fqar, lil min iterraq, liċtallaba, (għall-fidwa) ta' l-ilsiera, jagħmel it-talb u jagħti l-karità; (huma dawk li) iżommu l-wegħda tagħhom kull meta jwiegħdu, li jistabru. fit-taħbit, fil- ħsara u fi żmien ta' gwerra. Dawn huma nies li jemmnu tassew u li għandhom il-biża' ta' Alla
  178. Intom li temmnu, hija miktuba għalikom (il-liġi ta') it- tpattija għall-maqtulin; il-ħieles għall-ħieles, l-ilsir għall- ilsir, u l-mara għall-mara, Meta dak (il-ħati) li nħafirlu xi ħaġa minn (jeddijiet) ħuh (fil-fidi, billi l-qarib li jieħu ħsieb il-maqtul jaqbel li l-ħati ma jinġatilx, imma għandu jħallas kumpens, dan il-qarib) għandu jitlob kumpens b'mod tajjeb, u l-ħati (li/l-qarib) għandu jagħtih ħlas xieraq. Dan sar minn Sidkom biex iħaffef (it-toqol tagħkom) u juri ħniena. Min, wara dan (il-ħlas tal- kumpens), joffendi (lill-ħati), se jkollu kastig ta' wġigħ kbir
  179. Fi (il-liġi ta') it-tpattija hemm il-ħajja għalikom, ja nies ta' dehen, biex forsi jkollkom il-biża' ta' Alla
  180. Huwa miktub għalikom li meta l-mewt tasal għand xi ħadd minnkom, jekk (dan) iħalli warajh xi ġid, għandu jagħmel testment (biex jagħti minn ġidu) lill-ġenituri u lill-qraba, kif jixraq. Dan hu d-dmir ta' kulmin jibża' minn Alla
  181. U min ibiddlu (it-testment) wara li jisimgħu, il-ħtija ta' dan (il-bdil) tkun biss fuq dawk li biddluh. Alla tabilħaqq jisma' kollox u jaf kollox
  182. U min jibża' (li jista' jsir xi żball, u jkun hemm) xi nuqqas ta' ħaqq jew xi ħtija (oħra ġejja) minn dak li jagħmel it-testment, u jsewwi (l-inkwiet ta') bejniethom (bejn sid it-testment u. l-werrieta), ma jkunx ħati (jekk ikun sar xi tibdil fit-testment, għaliex dan iktm sar biex tinżamm. il-paċi u biex issir ġustizzja). Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, u Ħanin
  183. Intom li temmnu, huwa miktub għalikom is-sawm, bħalma nkiteb għal dawk ta' qabilkom, biex forsi jkollkom il-biża' ta' Alla
  184. (Huwa sawm) għal xi jiem magħduda, u min minnkom ikun marid, jew f'safar, (jista' ma jsumx, jekk irid, iżda għandu jsum) għall-istess għadd ta' jiem oħra (wara). U għal dawk li jistgħu (isumu, iżda bi tbatija kbira, għaliex xjuħ. jew morda wisq, dawn hemm għalihom) fidwa: li jitimgħu bniedem fqir (ta' kull jum illi ma samux). Ikun aħjar li wieħed jagħmel il-ġid minn jeddu. Huwa aħjar li ssumu, li kieku kontu tafu
  185. Xahar Ramadan (huwa x-xahar) li fih tniżżel il-Qoran bħala tmexxija tajba lin-nies. ( 4 l-Qoran huwa Ktieb) b'sinjali ċari (li juru din) it-tmexxija u l-Qjies (bejn it- tajjeb u l-ħażin). Għalhekk min minnkom ikun jinsab (f'daru u f'pajjiżu) matul dak ix-xahar, għandu jsumu. Iżda min ikun marid jew f'safar, (jista' ma jsumx, jekk irid, iżda għandu jsum għall-istess) għadd ta' jiem oħra (wara). Alla jridilkom il-ħafif u ma jridilkomx it-toqol, biex ittemmu ż-żmien maħsub (għas-sawm) u biex tfaħħru lil Alla talli mexxiekom fit-triq it-tajba, u biex forsi tiżżu ħajr
  186. Meta. l-qaddejja tiegħi jistaqsuk. (Mu/tammad) fuqi, (għidilhom li) Jiena tassew fil-qrib. Jiena nwieġeb it-talba ta' min jitlob, kull meta jsejjaħli. Huma għandhom iweġbuni (meta nsejħilhom) u għandhom jemmnu fija, biex forsi jimxu fit-triq it-tajbal
  187. F'lejlet is-sawm jiswa li tersqu lejn in-nisa tagħkom. Huma Ibies għalikom, u intom ilbies għalihom. Alla jaf'li intom kontu tqarrqu bikom infuskom. (f'din il-ħaġa), laqa' l-indiema tagħkom u ħafrilkom. Mela issa ersqu Iejhom (in-nisa tagħkom), u fittxu dak li Alla kitbilkom, u kulu u ixorbu sa ma tagħrfu l-ħajt l-abjad mill-ħajt l- iswed tas-sebħ, Imbagħad temmu s-sawm sal-lejl (jiġifieri sa nżul ix-xemx), u. la tersqux lejhom (in-nisa tagħkom) meta tkunu għamiltu wegħda li toqogħdu fil- moskej. Dawk huma l-limiti ta' Alla, u għalhekk la toqorbux lejhom. Hekk Alla juri biċ-ċar is-sinjali tiegħu lin-nies biex forsi jibżgħu minnu
  188. La tiklux ġidkom. bejnietkom. bil-ħażen, u lanqas tgħadduk lill-imħallfin (biex rixtruhom), biex (b'hekk) tieklu, bil-ħtija, biċċa minn ġid in-nies, meta intom tafu (li ma għandkomx tagħmlu hekk)
  189. Jistaqsuk. (Muħammad) dwar kull: qamar. ġdid. Għid(ilhom): ''Dawn żminijiet għan-nies u għall-ħaġġ.' Ma hijiex tjieba li tidħlu d-djar minn wara (bħal fi żmien il-pagani), iżda t-tjieba hija li tibżgħu (minn Alla). Idħlu d-djar minn bwiebhom, u ibżgħu minn Alla biex forsi tkunu rebbiħin
  190. Tqatlu għal-Alla ma' dawl li jitqatlu kontrikom, u la. tagħmlux aggressjoni. Alla tabilħaqq ma jħobbx lill- aggressuri
  191. Oqtluhom: kull fejn issibuhom (fil. dawk li. jitqarbu kontrikom), u oħorġuhom minn fejn ħarġukom, għaliex it- tiġrib. (tal-persekuzzjoni) hu. agħar mill-qtil. U. titqatlux magħhom fil-Moskea mqaddsa, ħlief jekk (ikunu huma l- ewwel. li). jitqatlu magħkom fiha, iżda jekk. jitqatlu magħkom, 'oqtluhoml Hekk ikun il-ħlas ta' dawk (l- aggressuri) li m'emmnux
  192. Iżdajekk jieqfu (mill-ġlied), Alla Kollu Maħfra, u Ħanin
  193. Tqatlu magħhom sa ma jintemm it-tiġrib (tal- persekuzzjoni), u l-qima tkun ta' Alla. Iżda jekk jieqfu, ma għandux ikun hemm ostilità għajr kontra l-ħżiena
  194. Ix-xahar projbit bix-xahar projbit, u l-ħwejjeġ projbiti (ukoll jaqgħu taħt il-liġi) tat-tpattija. Għalhekk min jaħbat għalikom, aħbtu għalih bħalma ħabat għalikom. ibżgħu minn Alla, u kunu afu li Alla ma' dawk li jibżgħu minnu
  195. Onfqu għal Alla u la tintremewx fil-qerda b'idejkom (stess, għaliex ma tagħtux karità). Agħmlu t-tajjeb; Alla tabilħaqq iħobb lil dawk li jagħmlu t-tajjeb
  196. Agħmlu u temmu l-ħaġġ u l-għumra (il-pellegrinaġġ iż- żgħir) għal Alla. Iżda jekk tkunu miżmumin (milli ikompluhom minħabba mard jew għal xi raġuni serja oħra), mela offru (xi ħaruf. baqra jew ġemel bħala) sagrifiċċju, skond kemm tistgħu, u la tqaxxrux irjuskom $a ma s- sagrifiċċju jasal fejn għandu jasal. Min minnkom ikun marid, jew għandu marda (fil-ġilda) ta' rasu (li tkun tirlob it- tqaxxir tax-xagħar, għandu jpatti u) jifdi (dan l-għemil) bis- sawm (għal rlett ijiem), jew b'karità (lil-sitt persuni fqar u jitmagħhom), jew joffri sagrifiċċju. Meta tkunu fi żmien ta' sliem, min jogħġbu jgħaqqad l-għumra mal-ħaġġ ikollu joffri sagrifiċċju skond kemm jista', iżda min ma jsibx (kif jagħmel sagrifiċċju, għaliex ma għandux flus, għandu (jagħmel) sawm ta' tlett ijiem fil-ħaġġ, u ta' sebat ijiem meta jerġa' lura; b'kollox. għaxart (ijiem) sħaħ. Dan (is- sagrifiċċju jgħodd) għal dak. (il-Mislem) li niesu ma jinsabux (jgħixu qrib) il-Moskea mqaddsa. Ibżgħu minn Alla, u kunu afu li Alla huwa Qalil fil-kastig
  197. Il-ħaġġ (isir matul) xhur magħrufa (Xawwal, di l- Qagħda u dit l-Ħiġġa). Għal min qatagħha li jagħmel il- ħaġġ fihom, ma hemmx kliem faħxi jew taħlit ma' nisa, la ħażen u lanqas tilwim fil-ħaġġ. Kull ġid li tagħmlu, Alla jaf bih. Ħudu l-meħtieġ għas-safar; tabilħaqq li l- aħjar ġid (li tistgħu tieħdu magħkom) huwa l-biża' ta' Alla, Ibżgħu minni, ja nies ta' dehent
  198. Ebda ħtija ma għandkom jekk tfittxu t-tjieba ta' Sidkom (matul il-ħaġġ. billi tagħmlu xi xiri jew bejgħ). Meta titilqu bil-ħeffa minn (l-għolja ta') Għarafft ftakru f'Alla qrib il-mafkar imqaddes (fl-imkien. imsejjaħ Mużdalifa).' Ftakru fih, kif mexxiekom fit-triq it-tajba, għalkemm qabel dan kontu tliftu t-triq
  199. Imbagħad itilqu bil-ħeffa minn fejn jitilqu n-nies (minn Għarafat), u itolbu l-maħfra ta' Alla. Alla tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin
  200. Meta ttemmu r-riti mqaddsa tagħkom (ral-ħaġġ), ftakru f'Alla bħalma kontu tiftakru f'missirijietkom, jew aktar minn hekk. Hemm xi nies li jgħidu: Sidna, agħtina (il- ġid tiegħek) f'(din) id-dinja'' u (min jgħid hekk) ma għandu ebda sehem fl-Oħra (fid-dinja l-Oħra)
  201. Fosthom hemm min jgħid: 'Sidna, agħtina dak li hu tajjeb (kemm) f (din) id-dinja kif ukoll fl-Oħra, u ħarisna mit-tbatija tan-Nar
  202. Dawk għandhom sehem tajjeb (imħejji għalihom) minn dak li kisbu (bl-imġiba tajba tagħhom f'ħajjithom). Alla malajr jagħmel il-kontijiet
  203. Ftakru f'Alla fi (tlett) ijiem magħduda (fil-ħdax; fit- tnax, u fit-tlettax tax-xahar ta' di: l-Ħiġġa f'Mina, ħdejn Mekka), u min jgħaġġel (u jitlaq) f'jumejn, ma jkollu ebda ħtija fuqu, u min joqgħod jiddawwar, ma hemmx ħtija fuqu min jibża' minn Alla. Mela ibżgħu minn Alla, u kunu afu li għandu għad tinġabru (fl-Aħħar Jum)
  204. Fost in-nies (Muħammad, hemm) min jogħġbok kliemu f'din id-dinja, u jsejjaħ lil Alla xhud għal dak. li għandu f'qalbu, minkejja li huwa l-aktar wieħed iebes fost l- għedewwa
  205. Meta (imbagħad) jagħti dahru (ur ma jagħtix widen), huwa jħabrek fl-art biex iġib ħsara fiha, u jeqred uċuħ ir- raba' u l-bhejjem. Alla ma jħobbx il-ħsara
  206. U meta jintqal lilu: 'Ibża' minn Alla,' il-kburija (tiegħu) twasslu għal ħtija (oħra). L-Infern biżżejjed għalih u ta' għajb il-friex (fiegħu fin-Nar)
  207. Fost in-nies hemm min' jagħti ħajtu biex. ifittex li jogħġob. lil Alla. Alla Kollu Tjubija mal-qaddejja (tiegħu)
  208. Intom li temmnu, idħlu (fl-Islam u) fis-sliem, ilkoll kemm intom, u la timxux fil-passi tax-Xitan, għaliex huwa tabilħaqq għadu fil-beraħ tagħkom
  209. Jekk żlaqtu (u waqajtu fid-dnub) wara li ġewkom is- sinjali ċari, mela kunu afu li Alla Qawwi u Għaref
  210. Jaqaw qegħdin jistennew biss li Alla jiġihom f'dellijiet is-sħab flimkien ma' l-anġli 2 (B'hekk) il-kwistjoni tkun inqatgħet. Kollox jerġa' lura. għand Alla (għall-ħaqq. tiegħu)
  211. Staqsi lil Ulied Israel kemm-il sinjal ċar tajniehom. Iżda min jibdel it-tjieba ta' Alla, wara li tkun ġiet għandu (għaliex jiċħad is-sinjali ċ-ċari), tabilħaqq li Alla (jkun) Qalil fil-kastig
  212. Il-ħajja f'din id-dinja żżejnet (u saret tidher sabiħa) għal dawk li ma jemmnux, u (arahom) jiddieħku b'dawk li jemmnu. Iżda dawk li jibżgħu minn. Alla. (ikuri) fuqhom f'Jum il-Qawmien. Alla jagħti l-ġid (tiegħu) lil min irid Hu, bla qjies
  213. In-nies (fl-ewwel żminijiet) kienu ġens wieħed, u Alla bagħat il-Profeti. bil-bxara u bit-twissija, u niżżel magħhom il-Ktieb bis-sewwa biex jagħmel ħaqq min- nies dwar dak li tlewmu fuqu. Ma tlewmux fuqu għajr dawk li ngħataw lilu (il-Ktieb), wara li kienu ġewhom is- sinjali ċ-ċari, minħabba l-għira ta' bejniethom. Alla, bir- rieda tiegħu, wera lil dawk li emmnu s-sewwa ta' dak li ma qablux fuqu. Alla jmexxi lil min irid lejn triq dritta
  214. Jew ħsibtu li se tidħlu l-Ġenna mingħajr ma jiġikom (it- tiġrib kbir) bħal ta' dawk li għaddew qabilkom: (Lil dawn) messewhom it-taħbit u l-ħsara, u theżżu (b'qawwa hekk kbira) li (anki) il-Mibgħut u dawk li emmnu miegħu qalu: ''Meta (tasal) l-għajnuna ta' Alla 7' Tabilħaqq li l- għajnuna ta' Alla hija fil-qrib
  215. Jistaqsuk (Muħammad: dwar) x'għandhom. jonfqu (i għal min). Għidilhom): ''Kull ħaġa tajba. li tonfqu (għandha tkun) għall-ġenituri, għall-qraba, għall-iltiema, għall-fqar, u għal dawk li jterrqu, Kull ġid li tagħmlu, Alla tabilħaqq jaf bih
  216. Huwa miktub għalikom it-taqbid (kontra l-aggressuri), iżda għalikom (dan): huwa ikrah. Għandu mnejn li tistkerrhu xi ħaġa li hija tajba għalikom, u forsi tħobbu xi ħaġa li hija ħażina għalikom. Alla jaf, u intom ma tafux
  217. Jistaqsuk. (Muħammad) dwar. it-taqbid fix-xahar imqaddes. Għidfilhom): 'It-taqbid fih (huwa dnub) kbir, iżda li żżomm (Żif min irid jaqbad) it-triq ta' Alla, li ma temminx fih, (li-żżomm lil dawk li jemmnu milli jidħlu) fil-Moskea mqaddsa, u li tibgħat 'il barra lil niesha, (dawn kollha huma dnubiet) akbar quddiem Alla. It-tiġrib huwa agħar mill-qtil. Ma jiqfux (il-pagani) jitqatlu magħkom, sa ma jreġġgħukom lura mid-din tagħkom, li kieku jistgħu. Min minnkom jerġa' lura mid-din tiegħu, u jmut filwaqt li huwa jiċħad it-twemmin, dawk l- għemejjel tagħhom jisfaw fix-xejn, f'(din) id-dinja u fl- Oħra. Dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem. x
  218. Tabilħaqq li dawk li emmnu, u dawk li emigraw u tqatlu għal Alla, dawk (huma li tassew jistħoqqilhom) jittamaw fil-ħniena ta' Alla. Alla Kollu Maħfra u Ħanin
  219. Jistaqsuk (Muħammad) dwar l-inbid u l-logħob ta' l- azzard. Għid(ilhom): 'Fihom it-tnejn (hemm) dnub kbir u xi fejda għan-nies, iżda d-dnub tagħhom. it-tnejn huwa akbar mill-fejda tagħhom.' Huma jistaqsuk (ukoll) x'għandhom jonfqu, Għid(i/hom): '(Agħtu) miż-żejjed (tagħkom).' 7 Hekk Alla jurikom biċ-ċar ir-Rivelazzjoni (tiegħu) biex forsi tixtarru (is-siwi tagħha)
  220. f'(din) id-dinja u fl-Oħra. Jistaqsuk (Muħammad) dwar l- iltiema. Għid(ilhom): 'L-aħjar (ħaġa hija) li timxu tajjeb magħhom. Jekk titħalltu magħhom (is rqisuhom bħala l- familjari tagħkom, ftakru li) dawk huma ħutkom. Alla jaf min jagħmel il-ħsara (u juża ħażin flus l-iltiema), u min jagħmel il-ġid. Kieku ried Alla seta' għakkiskom (bi kmandamenti iebsa għalikom, iżda ma għamilx. hekk). Alla tabilħaqq Qawwi u Għaref
  221. La tiżżewġux nisa li jxierku allat ma' Alla, qabel ma jemmnu. Ilsira li temmen hija aħjar minn mara li xxierek allat ma' Alla, minkejja li (din) tkun togħġobkom. Lanqas iżżewġu (ix-xebbiet tagħkom) lil irġiel li jxierku allat ma' Alla, qabel ma jemmnu. Ilsir li jemmen huwa aħjar minn raġel li jxierek allat ma' Alla, minkejja li (dan) ikun jogħġobkom. Dawk (li jxierku allat ma' Alla) isejħu(/kom) għan-Nar, filwaqt li Alla jsejjaħ għall- Ġenna u l-maħfra, bir-rieda tiegħu, u juri biċ-ċar ir- Rivelazzjoni tiegħu lin-nies biex forsi jiftakru (fit-twissija ta' Alla). j
  222. Jistaqsuk (Muħammad) dwar id-demm ta' kull xahar (fin-nisa). Għidfilhom): ''Huwa ta' ħsara u tinġis. Għalhekk tbiegħdu min-nisa bid-demm ta' kull xahar, la toqorbux lejhom sa ma jissaffew (minnu). Meta jissaffew u jinħaslu, ersqu lejhom minn fejn amrilkom Alla. Alla tabilħaqq iħobb lil dawk li jindmu, u jħobb lil-dawk li jissaffew
  223. In-nisa tagħkom huma r-raba' tagħkom. (li intom tiżirgħu fih). Mela ersqu lejn ir-raba' tagħkom kif tridu, u ressqu quddiemkom (għemejjel tajba) għalikom infuskom. Ibżgħu minn Alla, u kunu afu li se tiltaqgħu miegħu. Agħti (Muħammad) il-bxara t-tajba lil-dawk li emmnu
  224. Tħallux li l-ħalf tagħkom (ħ''/sem) Alla jfixkilkom milli tagħmlu l-ġid, tibżgħu minn Alla, u ssewwu l-inkwiet ta' bejn in-nies. Alla jisma' kollox u jaf kollox
  225. Alla ma jlumkomx ta' dak li hu bla ħsieb fil-ħalf tagħkom, iżda jlumkom ta' dak li għandkom fi qlubkom. Alla Kollu Maħfra u Kollu Ħlewwa u. Sabar (mal- midinbin)
  226. Dawkli jaħilfu li jiċċaħħdu min-nisa tagħhom (jistgħu) jistennew erba' xhur, u jekk jerġa' jibdielhom (u jerġgħu jersqu lejhom), Alla Kollu Maħfra u Ħanin
  227. U jekk jaqtgħuha li jiddivorzjaw, Alla jisma' kollox u jaf kollox
  228. In-nisa divorzjati (għandhom) jistennew għal tliet tnixxijiet ta' demm (fliet xhur). Ma jiswiex li jaħbu dak li Alla ħalaq f'ġufhom, jekk jemmnu FAlla u fl-Aħħar Jum. F'dak (iż-żmien ta' stennija), żwieġhom ikun jistħoqqilhom aktar li jeħduhom lura ( 1 ma jinfirdux), jekk ikunu jridu jsewwu (ir-relazzjoni tagħhom). Huma (in-nisa) għandhom jeddijiet daqs id-dmirijiet tagħhom, skond ma huwa xieraq,.u l-irġiel (qegħdin) tarġa fuqhom (bħala kapijiet tal-familji). Alla huwa Qawwi u Għaref
  229. Id-divorzju darbtejn (biss jista' jsir, u wara dan) jew ir- raġel iżomm lil martu kif xieraq, jew jitlaqha bit-tjieba. Ma jiswilkomx (irġiel) li tieħdu xi ħaġa minn dak li tajtuhom (lin-nisa tagħkom bħala dota), ħlief jekk iż- żewġ naħat jibżgħu li ma jħarsux id-digrieti. ta' Alla (dwar iż-żwieġ). Jekk tibżgħu li huma t-tnejn ma jħarsux id-digrieti ta' Alla, ma jkollhom ebda ħtija f'dak (il-ġid) li (il-mara) tinfeda bih (biex titlaq lil żewġha). Dawk huma d-digrieti ta' Alla. Mela la tiksruhomxi Min jikser id-digrieti ta' Alla, dawk huma l-ħżiena
  230. Jekk jiddivorzjaha (għat-tielet u l-aħħar darba), din imbagħad ma tkunx tiswa għalih, qabel ma tiżżewweġ raġel ieħor. Jekk fdan) jitlaqha, ma jkollhom ebda ħtija jekk jerġgħu lura għand xulxin (bħa/ qabel), jekk jaħsbu li jħarsu d-digrieti ta' Alla. Dawk huma d-digrieti ta' Alla. Huwa jurihom biċ-ċar lil nies li jafu
  231. Meta tiddivorzjaw lin-nisa (tagħkom) u jkun qorob li jgħaddilhom żmienhom (ta' stennija), jew żommuhom kif jixraq, jew itilquhom kif jixraq. La żżommuhomx biex tweġġgħuhom u tonqsu lejhom. Min jagħmel hekk, ikun qed jonqos lejh innifsu. Tiħdux ir-Rivelazzjoni ta' Alla biċ-ċajt. Ftakru fit-tjieba ta' Alla fuqkom, u fil-Ktieb u fl-għerf li niżżlilkom biex jgħallimkom bih. Ibżgħu minn Alla, u kunu afu li Alla jaf b'kollox
  232. Meta tiddivorzjaw lin-nisa (ragħkom), u jkun għaddielhom żmienhom (ta' srennija, intom li tieħdu ħsiebhom) la żżommuhomx milli jiżżewġu lil żwieġhom (li kellhom qabel) jekk ikunu qablu bejniethom, kif jixraq. Din hija twissija għal dak minnkom li jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum. Dan huwa aktar xieraq għalikom, uaktar safi. Alla jaf, u intom ma tafux
  233. L-ommijiet (divorzjati: għandhom) ireddgħu lil uliedhom għal sentejn sħaħ, għal min (miż-żewġ ġenituri) ikun irid li l-irdigħ ikompli sa l-aħħar. Il-missier għandu jaħseb għall-għajxien u l-ilbies tagħhom (ta' martu divorzjata minnu u tat-tarbija tagħhom), kif jixraq. Ħadd ma jitgħabba (bi spejjeż) aktar milli jiflaħ. Omm ma għandhiex tkun imġiegħla tbati minħabba binha (b'inġustizzja min-naħa tal-missier), u lanqas missier ma. għandu jkun imġiegħel ibati: minħabba ibnu (b'inġustizzja. min-naħa ta' l-omm). Il-werriet (tal- missier ukoll) għandu (l-istess) dmirijiet bħal dawk (tal- missirijiet). Jekk huma t-tnejn (il-ġenituri), bi qbil u wara li jkunu tkellmu bejniethom, ikunu jridu l-ftim ftat- tarbija. qabel sentejn, għaliex dan. ikun fl-interess tagħha), huma ma jkollhom ebda. ħtija fuqhom. Jekk tridu (bħala ġenituri tqabbdu) min iredda' lil uliedkom, ma jkollkom ebda ħtija fuqkom, ġaladarba tħallsu. (li//- imreddgħa) dak li wegħedtuha, kif jixraq. Ibżgħu minn Alla, u kunu afu li Alla jara sew dak li tagħmlu
  234. In-nisa tagħkom li tħallu warajkom meta tmutu għandhom jistennew għal erba' xhur u għaxart ijiem (bħala żmien ta' luttu qabel jerġgħu jiżżewġu). Meta jkun għaddielhom żmienhom (ta' sfennija) ma jkollkom ebda ħtija fuqkom (intom li tieħdu ħsiebhom) ta' dak li jagħmlu bihom infushom, kif jixraq. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu
  235. Ma għandkom ebda ħtija fuqkom jekk tagħtu x'jifhem li tridu titgħarrsu lin-nisa (/i jkunu fi żmien l-istennija, jiġifieri matul l-erba' xhur u għaxart ijiem), jew li tostru fikom infuskom (ix-xewqa fi titgħarrsu). Alla jaf li intom se tibqgħu tiftakruhom (b'għożża), iżda tifiehmux magħhom: bil-moħbi (dwar iż-żwieġ), ħlief li tgħidu(/hom) biss kliem xieraq. La taqtgħuhiex dwar l- għaqda taż-żwieġ sa ma jintemm iż-żmien miktub ta' l- istennija. U kunu afu li Alla jaf x'hemm fi qlubkom. Mela ibżgħu minnu u kunu afu li Alla Kollu Maħfra u Kollu Ħlewwa u Sabar (mal-midinbin)
  236. Ma għandkom ebda ħtija fuqkom jekk titilqu n-nisa qabel ma tmissuhom, jew (qabel) taħsbulhom għal sehem (mill-ġid tagħkom). Agħtuhom għotja xierqa, l-għani skond kemm jiflaħ, u l-fqir skond kemm jiflaħ. (Dan huwa) dmir dawk li jagħmlu t-tajjeb
  237. U jekk tiddivorzjawhom qabel ma tmissuhom, iżda ikunu diġà ħsibtulhom għal sehem (mill-ġid tagħkom, jingħatalhom) nots dak. li ħsibtu(lhom), ħlief jekk (in- nisa divorzjati) jaqblu li jċedu (dan in-nofs), jew jekk dak li jkollu f'idu l-għaqda taż-żwieġ (l-għarus) iċedi (in-nofs tiegħu). (Ja rġiel u nisa, kunu afu dan:) li ċċedu (in-nofs tagħkom) ikun eqreb lejn il-biża' ta' Alla. La tinsewx it- tjieba bejnietkom. Alla tabilħaqq jara sew dak li tagħmlu
  238. Żommu t-talb kollu, u (l-aktar). it-talba. tan-nofs (imsejħa 'al-għasr), u' (f'talbkom) qumu. bil-wieqfa quddiem Alla bil-qima
  239. Jekk tibżgħu (minn xi għadu jew periklu, tistgħu titolbu) intom u mixjin fuq riġlejkom jew rekbin, u meta tkunu fis-sliem (għaliex il-periklu jkun għadda) ftakru PAlla (u faħħruh) kif għallimkom (Hu dwar) dak li ma kontux tafu
  240. Dawk minnkom li jmutu u jħallu warajhom nisa (romol) għandhom iħallu fit-testment, lin-nisa tagħhom, sehem għal sena, mingħajr ma jintbagħtu (minn djarhom), iżda jekk jitilqu (minn jeddhom), ma hemm ebda ħtija fuqkom (intom il-qraba tal-mejjet) ta' dak li (dawn. in-nisa romol) jagħmlu bihom. infushom, kif jixraq: Alja huwa Qawwi u Għaref
  241. In-nisa divorzjati (għandu) ikollhom sehem (mill-ġid) kif jixraq. Dan huwa dmir dawk li jibżgħu minn Alla
  242. Hekk Alla jurikom biċ-ċar ir-Rivelazzjoni tiegħu biex forsi tifhmu
  243. Mela ma rajtx (Muħammad, x'ġara) lil-dawk li ħarġu minn djarhom, u huma eluf, bil-biża' tal-mewt 7 Alla qalilhom: ''Mutuf' Imbagħad huwa (reġa') tahom il- ħajja. Alla tabilħaqq Kollu Tjieba man-nies, iżda l-kotra tan-nies ma jiżżux ħajr
  244. Tqatlu għal Alla, u kunu afu li Alla jisma' kollox u jaf kollox
  245. Min hu dak li jsellef lil Alla self tajjeb, u Huwa jkattarhulu għal ħafna drabi 7 Huwa Alla li jnaqqas (il- ġid), u Huwa li jżid(hulkom), u lejh terġgħu lura
  246. Mela ma' rajtx (x'ġara, Muħammad) lill-kbarat ta' I Wlied Israel (li għexu) wara Mosċ 2 Meta qalu lil wieħed) Profeta fosthom (li jingħad li kien Samwel); ''Ibagħtilna. ) sultan biex nitqatlu għal Alla.' Qal(i/hom): ''Jista' jkun li) meta jkun miktub li titqatlu, intom ma titqatlux 7' Qalu: SU kif nistgħu ma nitqatlux għal Alla, meta tkeċċejna minn: djarna, u. wliedna (injjassrin. mill-għedewwa tagħna)T' Meta (imbagħad) inkitbilhom li jitqatlu, huma taw daharhom (u ma rqarlux), għajr għal flit minnhom. Alla jaf kollox dwar il-ħżiena
  247. Il-Profeta tagħhom qalilhom: ''Alla kien bagħtilkom lil Talit (Sawl) bħala sultan.' Huma qalu: 'Kif ikollu s- saltna fuqna, meta aħna: jistħoqqilna aktar minnu. li nsaltnu, (ġaladarba) huwa ma. ngħatax ġid bil-kotra 7' Huwa qalil(hom): 'Alla tabilħaqq ħatru fuqkom, u żiedu bil-bosta fl-għerf u fil-(awwa tal-) ġisem. Alla jagħti s- saltna. tiegħu lil-min irid. Alla ġeneruż ħafna u jaf kollox
  248. Il-Profeta tagħhom qalilhom ukoll: ' Tabilħaqq li s- sinjal tas-saltna tiegħu huwa li għandha tiġikom l-arka (tal-patt) li fiha r-rahan tas-sliem minn Sidkom, u l-bqija ta' dak li ħallew warajhom nies Mosċ u nies Aron, L- anġli jġorruha. F'dan (kollu hawn) sinjal. għalikom, li kieku tassew temmnu
  249. Meta Taliit (Sawl) ħareġ flimkien mal-qawwiet (tiegħu), qal(ilhom' hekk meta kienu mġarrba. b'għatx kbir): ''Alla tabilħaqq iġarrabkom bi xmara. Min jixrob minnha, ma jkunx miegħi, u min ma jdughiex, ħlief min jixrob. ftit fil-qiegħ ta' idu, ikun miegħi:' Iżda huma xorbu minnha, għajr għal ftit minnhom. U meta qasamha (ix-xmara), huwa u dawk miegħu li emmnu (fi kliemu u ma'xorbux, meta raw il-kotra ta' l-għadu). qalu: ''Illum ma għandniex saħħa (neħduha kontra) Ġalit (Gulija) u l- qawwiet tiegħu.' Iżda dawk li kienu jafu li għad jiltaqgħu ma' Alla qalu//hom): 'Kemm-il ġemgħa żgħira għelbet ġemgħa kbira, bir-rieda ta' Alla. Alla ma' dawk li jistabru
  250. U meta ħarġu għal Ġalit (Gu/ija) u qawwietu, qalu: ''Sidna, sawwab fuqna s-sabar, saħħaħ riġlejna, u għinna kontra dawk bla twemmin
  251. Huma għelbuhom, bir-rieda ta' Alla, u David qatel lil Ġalat (Gulija), u Alla tah is-saltna u l-għerf, u għallmu dak li (Huwa) ried. Li kieku Alla ma żammx lil xi nies (ħżiena) b'nies oħra (tajba), kieku l-art kienet titħassar, Iżda Alla huwa ta' tjieba għall-ħolqien (tiegħu kollu)
  252. Dawn huma l-versi ta' Alla. Aħna naqrawhomlok (Muħammad). bis-sewwa. Inti tabilħaqq (wieħed) mill- Mibgħutin
  253. Dawk il-Mibgħutin, uħud minnhom għollejniehom fiq oħrajn. Hemm minnhom li kellimhom Alla (bħal Mosċ), u lil-xi wħud għolla fi gradi (ta' ġieħ). Lil Ġesti bin Marija tajna s-sinjali ċ-ċari (il-mirakli li kien jagħmel) u saħħaħnieh b'ruħ il-qodos (l-anġlu Gabrijel). U li kieku Alla ried, dawk (/i ġew) warajhom ma kinux jitqatlu, wara li kienu ġewhom' is-sinjali ċ-ċari, iżda (xorta waħda) ma qablux bejniethom u (kien hemm) minnhom li emmen, u minnhom li m'emminx. U li kieku Alla ried, ma kinux jitqatlu, iżda Alla jagħmel dak li jrid
  254. Intom li temmnu, onfqu (fil-karità u fl-għemejjel tajba) minn dak il-ġid li tajniekom qabel ma jasal Jum li fih la (ikun hemm) bejgħ, la ħbiberija, u lanqas ħadd jaqbeż għal ħaddieħor (jekk ma jemminx, għaliex ma' hemmx interċessjoni għal. min. ma. jemminx). Dawk li-ma jemmnux huma l-ħżiena
  255. Alla ma hemmx alla ħliefu: il-Ħaj, Dak li jżomm minnu nnifsu għal dejjem; la jieħdu ngħas u lanqas irqad tiegħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Min hu dan li jidħol quddiemu (biex jaqbeż għal ħaddieħor), ħlief bil- permess tiegħuż Huwa jaf x'hemm quddiemhom. (il- ħlejjaq tiegħu f'din. id-dinja) u warajhom (fl-Oħra, u huma) lanqas jaqbdu xejn minn Għerfu, ħlief dak li Hu jrid (li huma jifhmu). Is-Siġġu tiegħu jesa' s-smewwiet u. l-art, u ma jgħajjihx il-ħarsien tagħhom. Huwa l-Għoli u l-Kbir bla qjies
  256. Ma hemm ebda ġegħil fir-reliġjon. It-triq it-tajba tidher biċ-ċar mill-qerq. Mela min jiċħad l-allat foloz u jemmen f'Alla, ikun qabad l-isħaħ maqbad li ma jinqasamx. Alla jisma' kollox u jaf kollox
  257. Alla jħares lil dawk li jemmnu. Huwa joħroġhom mid- dlamijiet għad-dawl. Dawk li ma jemmnux, iħarsuhom l- allat foloz u x-xjaten tagħhom. Huma joħorġuhom mid- dawl għad-dlamijiet. Dawk huma nies in-Nar, u fih (jgħammru) għal dejjem
  258. Mela ma rajtx (x'ġara, Muħammad) lil dak (is-sultan tirann Nimriid bin Kangħan) li ħaqqaqha ma' Abraham fuq Sidu (il-Mulej) għaliex Alla tah is-saltna 2 Abraham qal: ''Sidi huwa dak li jagħti l-ħajja u l-mewt'' Qal (Nimrid): ''Jiena nagħti l-ħajja u l-mewtf' Abraham qal: VAlla tabilħaqq iġib ix-xemx mil-Lvant, Mela issa inti ġibha mill-Punenti' U tħawwad dak li ċaħad it-twemmin (u ma setax iwieġeb). Alla ma jurix it-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena
  259. Jew (rajix, Muħammad) bħal dak li għadda qrib belt li kienet ħerba, bis-soqfa mġarrfa, u qal: 'Kif ikun li Alla jagħti l-ħajja lil din (il-belt) wara mewtha 7' Għalhekk Alla bagħat il-mewt fuq dan, għal mitt sena, imbagħad qajmu u qal(lu): 'Kemm domt (mejjer)a' Qal: ''Domt jum (wieħed), jew xi ftit minn jum.' Qallu): 'Lel Iżda domt mitt sena. Ħares lejn l-ikel u x-xorb tiegħek: dawn ma qatgħux (u għadhom jistgħu jittieklu u jinxtorbu). Ħares lejn il-ħmar tiegħekl U biex nagħmluk sinjal għan- nies, ħares lejn l-għadam (tal-ħmar) kif niġbruh flimkien, u mbagħad niksuh bil-laħam.' U meta (is-sinjal) deherlu hekk biċ-ċar, huwa qal: 'Naf'li Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan
  260. U (ftakar, Muħammad) meta Abraham qal: ''Sidi, urini kif tagħti. l-ħajja. lill-mejtin.' Qal: (Alla): ''Jaqaw ma temminxi' Qal (Abraham): 'lva. (nemmen), iżda. biex inserraħ rasi.' Qal (A/la): ''Mela ħu għalik erba' tajriet, imbagħad qattagħhom f'biċċiet u qiegħed biċċa minnhom fuq kull għolja. Imbagħad sejħilhom (x tarahom ħajjin u) jiġuk bil-ħeffa. Kun af li Alla Qawwi u Għaref
  261. Dawk li jonfqu ġidhom għal Alla: (fil-karità u fl- għemejjel tajba) huma bħal ħabba (qamħ) li tnibbet seba' sbuliet, u f'kull sbula hemm mitt ħabba. Alla jkattar lil- min irid. Alla jesa' kollox, u jaf kollox
  262. Dawk. li. jonfqu ġidhom. għal Alla, u Wara ma joqogħdux ifakkru (lill-fġir) f'dak: li nefqu, biex iweġġgħuh jew iżebilħuh, għandhom ħlashom. għand Sidhom, u ebda biża' ma jkun hemm fuqhom, u' lanqas jitnikktu
  263. Kelma tajba u maħfra huma aħjar minn għotja li-ġġib magħha. ż-żebliħ. Alla Għani u Kollu. Sabar mal- midinbin
  264. Intom li temmnu, la ġġibux fix-xejn il-karità tagħkom biċ-ċanfir, billi tfakkru lill-fqir fil-karità li tajtuh, u biż- żebliħ. (tagħkom. lilu, għaliex tkunu) bħal: dak. li jonfoq ġidu biex jarawh in-nies, u ma jemminx f'Alla u fl-Aħħar Jum, Dan huwa bħal blata bit-trab fuqha: tinżel fuqha xita qawwija u tħalliha samma. Huma ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn b'dak li kisbu. Alla ma jurix it-triq it-tajba lin-nies li ma jemmnux
  265. Dawk li-jonfqu ġidhom biex jogħġbu lil-Alla u biex iqawwu lilhom infushom huma bħal ġnien fuq għolja: tinżel fuqu xita qawwija, (ku arah) jagħti d-doppju. tal- frott, u jekk ma tinżilx fuqu xita qawwija, in-nida (ikun biżżejjed għalih). Alla jara sew dak li tagħmlu
  266. Irid xi ħadd minnkom li jkollu ġnien (b'siġar) tal-palm u l-għeneb, bix-xmajjar jiġru taħtu u fih ikollu mill-frott kollu; imbagħad jikber, u wliedu jkunu dgħajfin (għaliex ikunu għadhom żgħar u ma' jistgħux jieħdu ħsieb il- ġnien), u tolqtu tromba riħ bin-nar fiha, u taħarqu' Hekk Alla jurikom biċ-ċar is-sinjali (tiegħu) biex forsi tixtarru (is-siwi tagħhom)
  267. Intom li temmnu, onfgu mill-ħwejjeġ tajba li ksibtur u minn dak li ħriġnielkom mill-art, u la tfittxux li tagħtu l- ħażin minnu, meta intom, kieku, ma teħduhx jekk mhux b'għajnejkom magħluqin (biex ma tarawhx). U kunu afu li Alla Għani u jistħoqq kull tifħir
  268. Ix-Xitan iwegħedkom il-faqar u jamrilkom tagħmlu l- faħx. Iżda Alla jwegħedkom maħfra minnu u tjieba. Alla jesa' kollox, u jaf kollox
  269. Huwa jagħti l-għerf lil min irid, u min jingħata l-għerf ikun ingħata ġid kotran. Iżda ħadd ma jżomm f'rasu (dan il-kliem) għajr dawk ta' dehen
  270. L-infiq li-tonfqu (għall-karità) u l-wegħdiet li twiegħdu, Alla. tabilħaqq jaf bihom. il-ħżiena. ma għandhomx min jgħinhom
  271. Jekk turu l-għotjiet (ta' karità li tagħmlu) huwa tajjeb, iżda jekk taħbuhom u tagħtuhom. lill-foqra, dan ikun aħjar għalikom, u ( 4//a) jaħfrilkom uħud mill-għemejjel ħżiena tagħkom. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu
  272. Ma huwiex dmirek (Muħammad) li tqabbadhom it-triq it-tajba, iżda huwa Alla li jqabbad it-triq it-tajba lil-min irid Hu. Il-ġid li tonfqu (għal ħaddieħor jiswa) għalikom infuskom, u ma tonfquhx jekk mhux biex tfittxu Wiċċ Alla. Il-ġid li tonfqu (għal ħaddieħor) jintraddilkom, u ma tmorrux ħażin (ima ' Alla)
  273. (Il-karità. hija). għall-foqra. li huma mxekkla (u ma jistgħux isiefru) għal Alla, u li ma jistgħux iterrqu fl-art (biex isibu l-għajxien tagħhom). Min ma jafx, jaħsibhom għonja minħabba li joqogħdu lura milli jittallbu. (Zil dawn). tagħrafhom: mis-sinjal tagħhom: huma. ma jittallbux mingħand in-nies b'fittaġni. U l-ġid li tonfqu (għal ħaddieħor), Alla tabilħaqq jaf sew bih
  274. Dawk li jonfqu ġidhom (fil-karità), lejl u. nhar, bil- moħbi u bil-miftuħ, għandhom ħlashom għand Sidhom; u la'jkun hemm biża' fuqhom, u lanqas jitnikktu
  275. Dawk li jieklu l-imgħax, ma'jġumux (la f'din il-ħajja u lanqas fl-Oħra) jekk mhux bħal dak li messu x-Xitan u ġennu, Dan għaliex huma qalu: ''Il-bejgħ (u x-xiri) bħall- imgħax.' Iżda Alla ppermetta l-bejgħ ( 1 x-xiri), u pprojbixxa l-imgħax. Min jiġih it-twiddib minn Sidu (dwar. il-kruha ta' l-imgħax) u jieqaf, tiegħu (ikun il- qligħ) ta' qabel (li kien kiseb mill-imgħax), u minnu lil Alla (li jista' jaħfirlu jew jikkastigah). Iżda dawk li jerġgħu għalli kienu, dawk huma nies in-Nar, u fih (jgħammru) għal dejjem
  276. Alla jeqred l-imgħax u jkattar il-karitajiet. Alla ma jħobbx lil kulmin ma jemminx u (lil kulmin hu) ħati
  277. Tabilħaqq li dawk li jemmnu, jagħmlu għemejjel tajba, jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, għandhom ħlashom għand Sidhom, u ma hemm ebda biża' fuqhom u lanqas jitnikktu
  278. Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla u ċedu dak li baqa' (tieħdu) mill-imgħax, jekk tassew temmnu
  279. Jekk ma tagħmlux (dan), mela stennew gwerra minn Alla u mill-Mibgħut tiegħu. U jekk tindmu, tagħkom ikunu fluskom (li selliftu mingħajr imgħax, u b'hekk) la tagħmlu inġustizzja (għaliex tieħdu l-imgħax), u lanqas issir inġustizzja magħkom (u titilfir fluskom)
  280. Jekk (min issellef) ikun magħfus (u ma jkunx f'qagħda li jħallas malajr, agħtuh) iż-żmien sa ma jkun jista' (iħallas). U li taħfrulu dejnu, b'karità, ikun aħjar għalikom, li kieku kontu tafu
  281. Ibżgħu minn Jum (il-Qawmien) li fih terġgħu lura lejn Alla, Imbagħad kulħadd jitħallas ta' dak li għamel, u ma ssirx inġustizzja magħhom
  282. Intom li temmnu, meta tiddejnu' għal-xi żmien miftiehem, iktbuh. Ħa jikteb l-iskrivan (il-fżehim ta') bejnietkom bil-ħaqq. L-iskrivan ma għandux jirrifjuta li jikteb kif għallmu Alla. Mela ħalli jiktebt U dak li fuqu (jaqa') id-dmir (li jrodd is-self) għandu. jgħid. (lill- iskrivan) x'għandu jinkiteb. Ħalli jibża' minn Alla Sidu u ma jnaqqas xejn minnu. Jekk dak li fuqu (jaga') id-dmir (li jrodd is-self) ikun iblah jew dgħajjet, jew ma jkunx jista' jgħid huwa (sress) x'għandu jinkiteb, mela ħalli dak li jieħu ħsiebu jiddetta (x'għandu jinkiteb, minfloku), bil- ħaqq. Ġibu żewġ xhieda minn fost l-irġiel tagħkom, u jekk ma jkunux żewġt irġiel, mela (ġibu) raġel u żewġ nisa minn dawk li intom kuntenti bihom bħala xhieda, biex jekk waħda minnhom tinsa, waħda tfakkar lill-oħra. Meta jissejħu x-xhieda (biex jagħtu x-xhieda tagħhom), dawn ma għandhomx jgħidu le. Lanqas ma għandkom tiddejqu li tiktbuh (id-dejn), żgħir jew. kbir, saż-żmien stabbilit tiegħu. Dan (iż tiktbu l-fehim. tagħkom) huwa. aktar ġust quddiem Alla, huwa aqwa bħala xhieda, u l- aħjar mod biex ma tidħlux fid-dubju (dwar id-dejn u meta għandu jitħallas). Iżda jekk ikun Xi negozju ta' dak il-ħin stess, li tagħmlu bejnietkom, ma' jkollkom. ebda ħtija jekk ma tiktbahx. Ġibu x-xhieda kull meta tagħmlu xi negozju bejnietkom, u la l-iskrivan u lanqas ix-xhud ma għandu jbati ħsara. Jekk tagħmlu(/hom xi ħsara), dan ikun (ġej mill-) ħażen fikom. Ibżgħu minn Alla; Alla jgħallimkom. Alla jaf b'kollox
  283. Jekk tkunu f'safar u ma ssibux skrivan, (araw li għallinqas) taqbdu l-irħna (bħala garanzija, minflok il- kitba). Jekk. tafdaw. lil-xulxin (bla ma jkun. hemm bejnietkom la xhud, la kitba, u lanqas rahan), dak li jkun fdat għandu jrodd lura dak li kien fdat lilu, u għandu jibża' minn Alla Sidu. La taħbux ix-xhieda (vera). Min jaħbiha, qalbu tkun tabilħaqq midinba, Alla jaf b'kulma tagħmlu
  284. Ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Sew jekk turu x'hemm fi qlubkom, u sew jekk taħbuh, tiegħu Alla għad jagħmel il-kontijiet magħkom. Huwa jaħfer lil min irid, u jikkastiga lil-min irid. Alla fuq kollox Setgħan
  285. Il-Mibgħut emmen f'dak li tniżżel lilu minn Sidu, u (hekk ukoll) dawk li jemmnu. Kollha emmnu f'Alla, fl- anġli tiegħu, fil-Kotba tiegħu, u fil-Mibgħutin tiegħu. (Huma jgħidu:) 'Ma nagħmlu distinzjoni bejn ħadd mill- Mibgħutin tiegħu.' U qalu: Smajna (is-sejħa tiegħek) u obdejna; (itolbu). il-maħfra tiegħek, Sidna, u lejk nerġgħu lura
  286. Alla ma jgħabbix lir-ruħ ħlief b'dak li tiflaħ. Tagħha huwa. (it-tajjeb). li kisbet, u kontriha jkun (il-ħażin) li għamlet. (/rolbu hekk:) Sidna, la teħodhiex magħna jekk ninsew jew nonqsul Sidna, la tgħabbiniex b'toqol bħalma. għabbejt lil dawk ta' qabilna. Sidna, la tgħabbiniex b'dak li: ma' nifilħux, Ħassrilna ħtijietna, aħfrilna u ħenn għalina. Inti l-Mulej tagħna; għinna u oħroġna rebbiħin fuq in-nies lima jemmnux