22.The Pilgrimage
- Ja nies, ibżgħu minn Sidkom (il-Milej). Tabilħaqq li t- theżżiża tas-Siegħa (tal-qawmien mill-mewt) hija xi ħaġa tassew kbiral
- Fil-Jum li tarawha (dik is-Siegħa), kull mara tredda' twarrab (u tittraskura) lil min kienet tredda', kull mara tqila teħles mit-toqol tagħha (qabe/ iż-żmien), u tara n- nies (f'dagħdigħa bħallikieku) fis-sakra, bla ma jkunu fis- sakra, iżda qalil ikun il-kastig ta' Alla
- Iżda: fost in-nies. hemm min iħaqqaqha fuq Alla mingħajr għarfien, u jimxi wara kull xitan ribell
- Huwa miktub għalih (ix-Xitan) li min jissieħeb miegħu, huwa tassew itellfu t-triq, u jmexxih lejn il-kastig tan-Nar iħeġġeġ
- Ja nies, jekk intom bejn ħalltejn dwar il-qawmien mill- imwiet, (kunu afu li) Aħna ħlaqniekom minn. trab, imbagħad minn nitfa (ta' sperma), u mbagħad minn demm magħqud, u mbagħad minn biċċa laħam (/i parti minnha tkun) issawret u (partijiet oħra jkunu għadhom) ma ssawrux, (u dan kollu) biex nurukom. (is-setgħa divina tagħna). Aħna nżommu fil-ġwief dak. li rridu, sa żmien magħruf, imbagħad noħorġukom trabi, tilħqu l- aqwa tagħkom, u (jkun hemm) minnkom li jmut (żgħir), u minnkom. li jintradd għall-agħar għomor (u l-aktar wieħed dgħajjef dak tax-xjuħija), biex, wara li kien jaf ħafna. ma jkun jaf xejn (ir jerġa' jsir bħat-tfal, fil-qawwa tal-ġisem u tal-moħħ). U tata l-art mhux għammiela, iżda meta nniżżlu l-ilma (tax-xita) fuqha, araha titqanqal, tikber, u tnibbet minn kull għamla sabiħa (ta' ħxejjex)
- Dak għaliex Alla huwa s-Sewwa. Huwa jagħti l-ħajja lill-mejtin, u Huwa fuq kollox Setgħan
- Tabilħaqq li s-Siegħa ġejja, ma hemmx dubju dwarha, u Alla jqajjem għall-ħajja lil min jinsab fl-oqbra
- Iżda fost il-bnedmin hemm min iħaqqaqha fuq Alla, mingħajr għarfien, bla tmexxija, u lanqas Ktieb li jdawwal (moħħu bih)
- Huwa jdawwar wiċċu u jitkabbar, biex itellef ( 2il ħaddieħor) it-triq ta' Alla. Huwa jkollu għajb f'(din) id- dinja, u f'Jum il-Qawmien indewquh il-kastig tal-ħruq
- (Jintqal. lilu): ''Dak. minħabba. (il-ħażen) li għamlu idejk, għaliex Alla ma jonqosx lejn il-qaddejja (tiegħu)
- Fost in-nies hemm min iqim lil Alla b'nofs qalb. Jekk imissu l-ġid, (arah) jithenna bih, iżda jekk imissu t-tiġrib (arah) jerġa' lura għalli kien (u jiċħad it-twemmin). Huwa jitlef (din) id-dinja u l-Oħra. Dik hija t-telfa mill- aktar ċara
- Minflok lil Alla, huwa jsejjaħ lil dak (l-idolu) li la jista' jagħmillu ħsara, u lanqas ikunlu ta' fejda. Dak huwa t- telfien il-kbir
- Huwa jsejjaħ lil-dak (il-prorettur) li l-ħsara tiegħu hija eqreb (/ejn il-bniedem) milli l-fejda minnu. Ta' għajb tassew (dak) il-protettur, u ta' għajb is-sieħeb (li joqgħod: fuqu u jħalli f'idejh)i
- Tabilħaqq li Alla jdaħħal lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba f'Ġonna bix-xmajjar jiġru. taħthom, Tassew li Alla jagħmel dak li jrid
- Min kien jaħseb li Alla ma huwiex se jgħinu (/i/ Muħammad) tf'din) id-dinja u fl-Oħra, ħallih idendel ħabel mis-saqaf u jitgħallaq. Imbagħad ħallih jara jekk in-nasba tiegħu teħilsux minn dak. li jġiegħel (/i/i) jagħdab
- Hekk niżżilnieh (il-Qoran), f'versi ċari, u Alla jmexxi (fit-triq it-tajba) lil min irid
- Tabilħaqq li dawk li jemmnu (il-Misilmin), u l-Lhud, is-Sabijin, l-Insara, il-Maġi, u dawk li xierku (allat oħra ma' Alla), Alla tassew jaqtagħha bejniethom f'Jum il- Qawmien, Alla tabilħaqq huwa ta' kollox ix-Xhud
- Mela ma. tarax li quddiem Alla jinxteħet bil-qima kulmin jinsab fis-smewwiet u fl-art, u x-xemx, il-qamar, il-kwiekeb, l-iġbla, is-siġar, il-bhejjem, u ħafna min-nies 7 U ħafna jistħoqqilhom il-kastig. Dak li Alla jċekken (bil- kastig li jagħtih) ma jsibx min jagħtih ġieħ. Tassew li Alla jagħmel dak li jrid
- Dawn huma żewġ ġemgħat kontra xulxin (ra' dawk li jemmmu u dawk li ma jemmnux) li ħaqquha bejniethom dwar Sidhom (il-Mulej): dawk li jiċħdu (lil. Alla) jitfasslilhom ilbies tan-nar, u fuq irjushom jitferra' l-ilma jagħli
- Bih jiddewweb dak li hemm f'żaqghom, u l-ġhid (tagħhom)
- U jkollhom (imħejji għalihom) mazez tal-ħadid (biex jissawtu bihom)
- Kull darba:li jkunu jridu joħorġu minn hemm, fid-diqa kbira. (tagħhom), jintraddu lura fih (fin-Nar) u (jintqalilhom): 'Duqu l-kastig tal-ħruqi
- Alla tabilħaqq idaħħal lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba. f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom. Fihom jiżżejnu bi brazzuletti tad-deheb u l-perli, u Ibieshom fihom (f'dawk il-Ġonna; ikun) tal-ħarir
- Huma tiexxew lejn il-kliem it-tajjeb, u tmexxew lejn it-triq ta' Dak li jistħoqq kull tifħir
- Tabilħaqq li dawk li jiċħdu t-twemmin u jżommu (lif ħaddieħor) mit-triq ta' Alla u mill-Moskea mqaddsa li Aħna għamilnieha għan-nies (kollha) indaqs, sew għal dak li joqgħod qribha (f'Mekka), u sew għal dak minn barra l-belt (huna rellifin), u min irid ikasbar qdusitha. bil-ħażen, indewquh kastig ta' wġigħ
- (Ftakar Muħammad) meta wrejna lil Abraham l-imkien tad-dar. (imqaddsa, u (għednielu): ''La. xxierek xejn miegħi, u saffi lil dari għal dawk li se jduru magħha, dawk li jqumu bil-wieqfa jitolbu, u: dawk. li'-jmilu u jinxteħtu fl-art (fit-talb tagħhom)
- U sejjaħ lin-nies għall-pellegrinaġġ: huma jiġuk bil- mixi u fuq kull ġemel magħlub (rzis-safra twila). Huma jaslu minn kull triq imbiegħda
- biex jixhdu għal fejdiet kbar (imħejjija) għalihom, u jsemmu Isem Alla f'jiem magħrufa fuq il-bhejjem li tahom. (biex. joffruhom b'sagrifiċċju). Mela. kulu minnhom, u itimgħu l-miżerabbli, il-fqir
- Imbagħad ħallihom itemmu r-riti ta' tisfija, iwettqu l- wegħdi tagħhom, u jduru mad-dar (imqaddsa) il-qadima
- Dak hu (il-pellegrinaġġ), u min jagħti ġieħ (u jħares) ir-riti qaddisa ta' Alla, ikun aħjar għalih quddiem Sidu (il-Mulej). Il-frat jiswa li tikluhom (waqt il-pellegrinaġġ), għajr dawk li ntqalilkom (biex ma tikluhomx). Warrbu mit-tinġis ta' l-idoli, u warrbu mill-kliem qarrieq u falz
- (u kunu). safjin. fit-twemmin. f'Alla, u mingħajr: ma xxierku (allat oħra) miegħu. U min ixierek ma' Alla, ikun bħallikieku waqa' mis-sema u jaħtfu t-tajr (u jieklu), jew jixħtu r-riħ fi mkien imbiegħed fu jinrilef
- Dak (hu l-amar ta' Alla), u min iweġġaħ ir-riti (mqaddsa) ta' Alla, dan (ikun ġej) mill-biża' ta' Alla li hemm fil-qlub
- F'dawn (il-bhejjem) issibu fejda kbira għal żmien imsemmi, imbagħad (jinġiebu) lejn il-post tad-debħa tagħhom ħdejn id-dar (imqaddsa) il-qadima (f'Mekka jew f'Mina)
- Lil kull ġens tajna rit (ta' debħa) biex isemmu Isem Alla fuq il-bhejjem li tahom f(waqr li joqtluhom). Alla tagħkom huwa Alla Wieħedi Mela ntelqu f'idejht U agħti (Muħammad) il-bxara t-tajba lill-umli
- dawk li meta jissemma Alla, qlubhom jitbeżżgħu; li jistabru f'dak (is-saram) li jintlaqtu bih, u li jagħmlu t- talb u jonfqu mill-ġid li tajniehom
- L-iġmla (għad-debħa) għamilnihomlkom fost ir-riti (mqaddsa) ta' Alla, u fihom għandkom il-ġid. Għalhekk semmu lsem Alla fuqhom meta jkunu weqfin (imħejjija għad-debħa). U meta jkunu fuq ġenbhom (mejtin wara d- debħa), kulu minnhom u itimgħu lil dak (li jżomm lura rmilli jittallab u) li jgħaddi b'li għandu, u lil dak li jittallab: kif jixraq: Hekk qegħedniehom (il-bhejjem) taħt idejkom. biex forsi tiżżu ħajr
- Mhux laħamhom, u lanqas id-dmija tagħhom, li jaslu għand Alla, iżda hija l-qima u l-biża' tagħkom għal Alla li jaslu għandu. Għalhekk qegħedhom (il-bhejjem) taħt idejkom biex tfaħħru lil Alla talli mexxiekom (fit-triq it- tajba). U agħti (Muħammad) il-bxara t-tajba lil dawk li jagħmlu t-tajjeb
- Alla tabilħaqq jaqbeż għal dawk li jemmnul Tassew li Alla ma jħobbx lil kull traditur ingrat
- Dawk. li huma attakkati ngħatalhom ' permess. (ii jiġġieldu biex. jiddefendu (rwieħhom), għaliex saret inġustizzja kontrihom. Alla tabilħaqq Setgħan (biżżejjed) biex jagħtihom ir-rebħa
- (Huma dawk) li-nħarġu minn djarhom, kontra l-ħaqq fu għalxejn b'xejn). ħlief għaliex jistqarru: ''Sidna huwa Allaf' U li kieku Alla ma bagħatx nies (jitqabdu) kontra nies, kieku kienu jiġġarrfu kunventi (sħaħ), knejjes, sinagogi, u moskej li fihom jissemma ħafna Isem Alla. Tabilħaqq li Alla jieqaf ma' min jieqaf miegħu. Alla huwa tassew Qawwi, Felħan
- (Dawk li Alla jieqaf magħhom huma: dawk) li; meta nsaħħuhom fuq l-art; (ma jinsewx lil-Alla-u) jagħmlu t- talb, jagħtu l-karità, jamru t-tajjeb u ma jħallux il-ħażin. U ta' Alla huwa t-tmiem ta' kollox
- U jekk (issa l-pagani f'Mekka) qegħdin igiddbuk (Muħammad, la tinsiex.li) qabilhom. nies Noċ; Għad, u Tamid kienu tassew giddbu (lill-Mibgħutin ta' Alla)
- unies Abraham, u nies Lot
- unies Madjan (ukoll), u tgiddeb Mosċ (bħall-bqija tal- Mibgħutin). Għalhekk tajt aktar żmien lil dawk li ma jemmnux, /u mbagħad ħadthom. (għal għarrieda) u kkastigajthom. U kemm kienu (tal-biża') il-kundanna u l- kastig tiegħil (Hekk ukoll nagħmel mal-pagani. ta' Mekkajt)
- Kemmeil belt qridna. fil-ħażen tagħha, u (issa tinsab) bis-sisien tagħha. mġarrfa, u. (kemmr-i/) bir mitluq, u (kemm:il) palazz. kbir u mill-isbaħ: (u issa' ħadd ma jgħammar fih)i
- Mela ma jterrqux. fl-art u (b'hekk) ikollhom qlub: (u mħuħ) biex jifhmu bihom (u jintebħu bil-kastig il-kbir li qered dawk il-bliet), jew widnejn biex jisimgħu bihom' Għaliex ma humiex l-għajnejn li jagħmew, iżda huma l- qlub fl-isdra. li jagħmew
- Huma jgħaġġluk (Muħammad u jisfidawk biex: iġġib fuqhom) il-kastig, u Alla ma huwiex se jikser il-wegħda tiegħu. Tabilħaqq li għal Sidek, jum wieħed huwa bħal elf sena minn dawk li intom tgħoddu
- U kemm-il belt, fil-ħażen tagħha, tajtha aktar żmien, imbagħad ħadtha (għal għarrieda) u kkastigajtha, u lejja t-tmiem (ta' kollox)
- Għid (Muħammad): (Ja nies, jiena (mibgħut) għandkom biss biex inwissikom bil-miftuħ
- Dawkli jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba għandhom maħfra u ġid kotran (fil-Ġenna)
- Iżda dawk li jħabirku biex ixejnu r-Rivelazzjoni tagħna, dawk huma nies in-Narf
- U ma bgħatna ebda Mibgħut qablek (Muħammad), jew Profeta, li x-Xitan ma xeħitx (id-dubju fi qlub in-nies) dwar dak (il-ġid) li (il-Profeta) kien jixtieq (għalihom). Iżda Alla jneħħi dak (id-dubju) li x-Xitan jixħet, u mbagħad Alla jwettaq is-sinjali tiegħu. Alla jaf kollox u Għaref
- (Alla jħalli dan iseħħ) biex dak (id-dubju) li x-Xitan jixħet (fin-nies) jagħmlu tiġrib għal dawk li fi qlubhom hemm marda, u (għal) dawk (il-pagani). ta' qalbhom iebsa. Tabilħaqq li l-ħżiena jinsabu mifrudin sew (mzini Alla, u huma mitlufin)
- u (Alla jħalli dan iseħħ) biex dawk li ngħataw l-għarfien ikunu jafu li (il-Qoran) huwa s-sewwa minn Sidek, jemmnu fih, u qlubhom jiċċekknu għalih (fl-wni/rà, u jithennew bih). Alla tabilħaqq imexxi lil-dawk li jemmnu lejn triq dritta
- Dawk li m'emmnux jibqgħu fid-dubju dwaru (il- Qoran), sa ma tiġi s-Siegħa fuqhom għal għarrieda, jew jiġi fuqhom il-kastig ta' Jum ta' qerda kbira
- Dakinhar is-Saltna tkun ta' Alla (biss), u jagħmel ħaqq bejniethom. Għalhekk dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba jkunu fil-Ġonna ta' l-hena
- U dawk li ma jemmnux u jgiddbu s-sinjali u r- Rivelazzjoni tagħna, dawk għandhom kastig ta' tkasbir
- Dawk li-emigraw għal Alla (aż tqarlu biex jgħolhi Isem Alla u l-Islam), imbagħad inqatlu, jew mietu, Alla tassew. jagħtihom ġid tajjeb. Alla tabilħaqq huwa l-Aħjar fost dawk li jqassmu l-ġidl
- Huwa tassew idaħħalhom fi mkien li jogħġobhom (iż- Ġenna). Alla tabilħaqq jaf kollox, u Kollu Ħlewwa u Sabar (mal-midinbin)
- Dak (kollu minnu); U min jikkastiga bl-istess (mod) li kien ikkastigat, u mbagħad (dak /i jemmen) jerġa' jbati inġustizzja, Alla tassew jgħinu. Tabilħaqq li Alla huwa Kollu Mogħdrija u Kollu Maħfra
- (Dan ġjista' jagħmlu), għaliex Alla (għandu s-setgħa) idaħħal il-lejl fin-nhar, u jdaħħal in-nhar fil-lejl, u għaliex Alla jisma' kollox u jara kollox
- Dangħaliex Alla huwa s-Sewwa, u għaliex dak li huma jsejħu minfloku huwa qerq, u għaliex Alla huwa l-Għoli, il-Kbir
- Mela ma tarax li Alla jniżżel ilma mis-sema, u l-art tħaddar (bis-setgħa tiegħu) Tabilħaqq li Alla jipprovdi b'mod mistur, u jaf sewwa
- Tiegħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Alla tabilħaqq huwa l-Għani (li ma jeħtieġ xejn, u lil ħadd), u jistħoqq kull tifħir
- Mela ma tarax li Alla qiegħed kulma jinsab fuq l-art taħt idejkom, (fosthom) l-imriekeb li jiġru fil-baħar bl- amar tiegħu, u li Huwa jżomm is-sema milli jaqa' fuq l- art, jekk mhux bl-amar tiegħu 7 Alla tabilħaqq huwa Kollu Tjubija u Ħanin man-niesl
- Huwa li takom il-ħajja, imbagħad jibagħtilkom il- mewt, imbagħad (jerġa ') jagħtikom il-ħajja. Tabilħaqq li l-bniedem ma jafhulux (fil A/la)
- Lil kull ġens tajna r-rit li għandu jimxi fuqu, u għalhekk ara. li ma tħallihomx iħaqquha miegħek fuq (din) il-ħaġa. U sejjaħ (Muħammad) lil Sidekt Inti tassew tinsab fi triq dritta
- U jekk iħaqquha miegħek (minkejja li deher is-sewwa). għidilhom): ''Alla jaf l-aktar b'dak li tagħmlul
- Allajagħmel ħaqq minnkom (it-tajbin u l-ħżiena) f'Jum il-Qawmien, dwar dak li ma kontux taqblu fuqu
- Mela ma tafx (Muħammad) li Alla jaf b'dak li jinsab fis-sema u fl-art. Tabilħaqq li dak (kollu) jinsab fi Ktieb, u tassew li dak huwa ħafif għal Allal
- Iżda minflok Alla (nies Qurajx) iqimu dak li dwaru ma ngħatat ebda prova, u dak li dwaru ma għandhomx għarfien. il-ħżiena ma għandhomx min jgħinhom fu jbiegħed minnhom il-kastig
- U meta l-versi ċari tagħna jinqrawlhom. (lill-pagani, malajr) tagħraf iċ-ċaħda fl-uċuħ (imgita) ta' dawk li ma jemmnux, (hekk (i) jkunu ħerqanin li jaqbżu fuq dawk li jaqrawlhom. il-versi. tagħna. Għid(i/hom): ''Tridux inħabbrilkom ħaġa agħar minn hekk) Huwa n-Nar li Alla wiegħed lil dawk li ma jemmnux; (dan ikun. tassew) tmiem ta' għajbi
- Ja nies, hemm tixbiha, mela isimgħuha (u xtarruha sewwajt Tabilħaqq li dawk (l-allar) li ssejħu minflok Alla, ma jistgħux joħolqu (imqar) dubbien, lanqas jekk jinġemgħu Ikoll flimkien għal dan il-għan. U jekk id- dubbien jisirqilhom xi. ħaġa (mill-ikel imqiegħed quddiemhom, dawn) lanqas ikunu jistgħu jeħduha lura mingħandhom. Huwa. dgħajjef it-tallab (il-pagan) u l- mitlub (l-idolu li jqim)
- Huma ma qisux lil Alla kif jixraq li jkun meqjus. Alla huwa tabilħaqq Qawwi, Felħan
- Alla jagħżel Mibgħutin minn fost l-anġli u l-bnedmin. Alla tabilħaqq jisma' kollox u jara kollox
- Huwa jaf dak li hemm quddiemhom u. warajhom. Kollox jerġa' lura għand Alla (għad-deċiżjoni tiegħu)
- Intom li temmnu, milu, inxteħtu. fl-art u qimu lil Sidkom. (il-Mulej biss), u agħmlu l-ġid biex forsi tkunu rebbiħin (u rkun tistħoqqilkom il-Ġenna)
- U ħabirku (bikom infuskom u bil-ġid tagħkom) għal Alla kif jixraq li tħabirku. Huwa għażilkom (minn bejn il- ġmis), u ma għamlilkom ebda xkiel fid-din, (li huwa) it- twemmin ta' missierkom Abraħam. Huwa li semmiekom Misilmin, (sew fil-Kotba mqaddsa ta') qabel u f'dan (il- Qoran), biex il-Mibgħut ikun xhud għalikom (is jistqarr. li xandrilkom l-Islam), u intom tkunu xhieda għan-nies (l-oħra uu tistqarru li ġewhom il-Mibgħutin tagħhom biex ivandrulhom). Mela agħmlu. t-talb, agħtu l-karità, u żommu sħiħ f'Allal Huwa l-Mulej tagħkom, u lil ħadd (ma ssibu) aħjar minnu fil-ħarsien, u aħjar minnu fl- għajnunal