23.The Believers

  1. Tassew joħorġu rebbiħin dawk li jemmnu
  2. dawkli huma umli fit-talb tagħhom
  3. dawk li jwarrbu mill-kliem fieragħ
  4. dawk ijagħtu karità
  5. u dawk li jħarsu l-partijiet privati ta' ġisimhom (minn atti sesswali illegali)
  6. (u ma jinkixfux u ma jersqux) ħlief lejn żwieġhom, jew lejn dawk (in-nisa lsiera) li għandhom f'idejhom u (b'hekk) ħadd ma jlumhom
  7. Iżda kulmin ifittex aktar minn dak, dawk ikunu (il- ħarjin) li jaqbżu l-limiti
  8. U dawk li jimxu bl-onestà u jħarsu r-rabta tagħhom
  9. ulijħarsu t-talb (kollu) tagħhom
  10. dawk huma l-werrieta
  11. lijirtu l-Ġenna u jibqgħu fiha għal dejjem
  12. Aħna tabilħaqq ħlaqna l-bniedem minn sustanza tat- tajn
  13. imbagħad għamilnieh nitfa (ta' sperma) fi mkien fiss (li huwa l-ġuf)
  14. imbagħad min-nitfa għamilna demm magħqud, u mid- demm magħqud għamilna biċċa laħam, mill-biċċa laħam għamilna għadam, u ksejna l-għadam b'laħam, imbagħad għamilnieh ħolqien ieħor. Ikun imbierek Alla, l-Aqwa fost il-ħallieqal
  15. Imbagħad wara dak (kollu), intom se tmutu
  16. imbagħad terġgħu titqajmu f'Jum il-Qawmien
  17. Aħna ħlaqna fuqkom seba' smewwiet (fuq xulxin), u ma jaqbżilna xejn mill-ħolqien (tagħna)
  18. Aħna nniżżlu mis-sema l-ilma (tax-xita) bil-qjies, U nqegħduh. fl-art (biex ittellgħu minnu meta teħtiġuh), U Aħna tabilħaqq għandna s-setgħa neħduh lura ( 4 rnruu bil- għalx)
  19. Bih. għamilnielkom ġonna b'siġar. tal-palm u dwieli li fihom frott kotran, u minnhom tieklu
  20. u (bih għamilnielkom) siġra (taż-żebbuġ) ħierġa mill- muntanja Sinaj li tnibbet iż-żejt, u ħwawar għal min jiekol
  21. U tabilħaqq li fil-frat (l-iġmla, il-baqar, in-nagħaġ u l- mogħoż) għandkom tagħlima: Aħna nisqukom minn dak (il- ħalib bnin) li hemm fil-ġewwieni tagħhom, (barra li) fihom għandkom fejdiet kotrana (oħra), u minnhom tieklu
  22. u fuqhom tinġarru (fis-safar tagħkom fuq l-art), kif ukoll fuq l-iġfna (fl-ibħra)
  23. Aħna tassew bgħatna lil-Noċ għand niesu u qal(i/hom: 'Ja niesi, qimu lil Allat Ma għandkomx alla (ieħor) għajru. Mela ma tibżgħux
  24. Il-kbarat fost niesu li'm'emmnux qalu: ''Dan (Moċ) ma huwiex għajr bniedem bħalkom li jrid jogħla fuqkom (billi jagħmilha ta' Profeta). U kieku ried, Alla kien iniżżel anġli (biex iwasslulna l-bxara tiegħu. Qatt) ma smajna b'dan (li qiegħed jgħid Noċ) fost missirijietna ta' l-imgħoddi
  25. Huwa ma huwiex għajr raġel maħkum mill-ġinn. Mela oqogħdu għassa għalih (u stemmew) għal Xi żmien (sa. ma jmutu teħilsu minnu)U
  26. Qal (Noe): 'Sidi. (il-Mulej) għinni, għaliex. qegħdin igiddbuni
  27. Għalhekk nebbaħnieh: ''Ibni l-arka taħt għajnejna, u kif se nnebbħukt U-meta jasal l-amar tagħna (biex nikkastigaw lil dawk li m'emmnukx), u l-forn ifur (u miegħu l-għejun ta' l- art); daħħal fiha tnejn minn kull ġens (ta' bhejjem, raġel u mara), u lil niesek, ħlief lil dak li kontrih laħqet ħarġet il- kelma (ta' kundanna, fosthom: martek u ibnek), iżda tkellimnix (u taqbiżx) għal dawk li għamlu l-ħażent Huma tassew ikunu mgħarrqini
  28. U meta titla', int u: dawk ta' miegħek, fuq l-arka, għid:- UTifħir lil Alla li ħelisna min-nies il-ħżiena (u mifl- għarqa)
  29. Għid (ukoll): 'Sidi, niżżilni f'imkien imbierek, għaliex Inti l-Aħjar fost dawk li jniżżlu (lin-rries f'imkien tajjeb)
  30. Tabilħaqq. li f'dak (kollu li ġara fi żmien Noċ) hemm sinjali (ċari għall-bnedmin), u Aħna tassew inġarrbu (lil kulħadd bihom)
  31. Imbagħad warajhom ħlaqna nisel ieħor
  32. u bgħatna Mibgħut fosthom. minn. ġenshom. (jgħidilhom): 'Qimu lil Allat Ma għandkomx alla (ieħor) għajru. Jaqaw ma tibżgħux (minmu)
  33. Il-kbarat fost niesu li m'emmnux u giddbu l-laqgħa (ma' Alla) fl-Oħra (fil-Ħajja Ħajja). u li konna tajniehom ġid kotran fil-ħajja (f'din) id-dinja (hekk li tkabbru), qalu: 'Dan ma huwiex għajr bniedem bħalkom, li jiekol minn dak li tieklu intom, u jixrob minn dak li tixorbu
  34. U jekk toqogħdu għal bniedem: bħalkom (ur temmmuh), intom tkunu tabilħaqq it-telliefa
  35. Jaqaw iwegħedkom li meta tmutu, u tkunu trab u għadam, intom se tinħarġu (mill-oqbra tagħkom għal ħajja ġdida)
  36. Imbiegħda (mir-realtà, tassew) imbiegħda l-wegħda li saritilkoml
  37. Ma hemmx ħlief ħajjitna (f'din) id-dinja: immutu u ngħixu, u m'aħniex se nitqajmu għal ħajja oħra
  38. (Dan) ma huwiex għajr raġel li qala' gidba minn żniedu dwar Alla, u m'aħniex se nemmnubil
  39. Qal. (il-Mibgħur): Sidi. għinni, għaliex qegħdin igiddbuni
  40. Qal(Allaj: 'Tabilħaqq li dalwaqt jindmut)
  41. U ħadhom (għal għarrieda) ħoss qawwi, bil-ħaqq (għaliex tassew. kien. ħaqqhom), u. għamilniehom. bħal ragħwa maħmuġa fuq wiċċ l-ilma qiegħed. Ħalli jżommu 'l bogħod (mill-ħniena ta' Alla) in-nies il-ħżienal
  42. Imbagħad warajhom ħlaqna kemm-il nisel ieħor
  43. Ebda: ġens ma (jista') jgħaġġel iż-żmien miktub għalih, lanqas (jista') itawlu. I
  44. Imbagħad bgħatna lill-Mibgħutin tagħna. wieħed wara l- ieħor: kull darba li ġie għand xi ġens il-Mibgħut tiegħu, giddbuh. Għalhekk mexxejniehom wara' xulxin (lejn il- kastig u. l-qerda tagħhom), u. għamilniehom. stejjer. (li baqgħu jingħadu u ma ntesewx). Ħalli jżommu 'l bogħod. mill-ħniena ta' Alla) in-nies li ma jemmnuxi
  45. Imbagħad bgħatna 'lil Mosċ u lil-ħuh Aron bis-sinjali tagħna, u bi prova ċara
  46. għand il-Fargħun u l-kbarat tiegħu, iżda (dawn) tkabbru U kienu nies li jħobbu jogħlew (fuq ħaddieħor)
  47. Qalu: ''Jaqaw għandna nemmnu lil tnejn min-nies bħalna, (meta nafi l) nieshom huma qaddejja tagħnaff
  48. Għalhekk giddbuhom (lil Mosċ u (il ħuh Aron), u kienu fost il-megrudin (u mietu mgħarrqin)
  49. Aħna tajna l-Ktieb lil Mosċ biex (Ulied /svael) għandhom imnejn jaqbdu t-triq it-tajba
  50. U għamilna lil iben Marija u lil-ommu bħala sinjal, u tajniehom kenn fuq għolja fis-sod (fejn jistrieħu) u b'għajn (ta' ilma ġieri)
  51. Intom il-Mibgħutin, kulu mill-ħwejjeġ tajba, u agħmlu l- ġid' Jiena tabilħaqq naf b'dak li tagħmlu
  52. Tabilħaqq li dan id-din tagħkom huwa din wieħed. U Jiena Sidkom. Mela ibżgħu minnil
  53. Iżda (il-briediminj kisru r-rabta ta' bejniethom fi nqasmu) f'setet: kull ġemgħa ferħana b'dak fir-rwemmin) li għandha
  54. Mela ħallihom. (Muħammad, lill-pagani) fit-taħwid tagħhom, għal xi żmien
  55. (Jaqaw jaħsbu li ġisteħu jqisu) il-ġid u l-ulied li nagħtuhom (f'din id-dinja)
  56. (bħallikieku qegħdin) ngħaġġlulhom il-ġid (li se jirhennew bih fil-Ħajja l-Oħra) 2 Iżda ma jintebħuxi
  57. Tabilħaqq li dawk li għandhom il-biża' ta' Sidhom
  58. dawk li jemmnu fis-sinjali u fir-Rivelazzjoni ta' Sidhom
  59. dawk li ma' Sidhom ma jxirkux (allat oħra)
  60. u dawk li jagħtu l-għoti tagħhom filwaqt li qlubhom imbeżżeħa li-għad jerġgħu lura għand Sidhom (if forsi ma jilqax l- għemejjel tagħhom minħabba n-nuqqasijiet tagħhom)
  61. dawk huma li qegħdin jgħaġġlu lejn l-għemejjel. it-tajba, dawk huma li jilħquhom l-ewwel
  62. Aħna ma'ngħabbu lil-ebda ruħ aktar milli tiflaħ, u. għandna ktieb (li fih jitniżżlu l-għemejjel ta' kulħadd u) li jitkellem bis- sewwa. Ma ssir ebda inġustizzja magħhom (fil-ħlas li'-se jieħdu)
  63. Iżda qlubhom imħawda dwar dan (il-Qoran). u barra. minn hekk huma jagħmlu għemejjel (ħżiena) oħra
  64. sa ma nikkastigaw lill-għonja u lill-kbarat fosthom. imbagħad arahom jitkarrbu (lil Alla biex jeħlishom)
  65. (U jingħad lilhom): ''llum la titkarrbuxi M'intomx se ssibi għajnuna minnat
  66. Il-versi tiegħi kienu jinqrawlkom, iżda kontu twarrbu 7 hemm
  67. imkabbrin biha (il-moskea li għandkom f'Mekkaj, u tgħid kliem ħażin (kontra l-Qoran meta toqogħdu tirħaddtu billejl)
  68. Jaqaw (dawk jieħdu t-twemmin) ma jixtarrux il-Kelma ( 1a Alla fil-Qorari,, jew ġiethom xi ħaġa (ġdida minn Alla) li m: kinitx ġiet lil missirijiethom ta' l-imgħoddi
  69. Jaqaw ma jagħrfux lil (Muħammad) il-Mibgħut tagħhom, 1 għalhekk jiċħduh
  70. Jew jghidu: 'Għandu fih il-ġinn'' 2 Le (mhux hekk), imm: (Muħammad) . ġiehom. bis-sewwa, iżda. ħafna. minnhom jobogħdu s-sewwa
  71. Ulikieku s-sewwa kellu jimxi fuq x-xewqat (kollha frugħa i ħażen) tagħhom, kieku s-smewwiet u l-art, u. min jinsab fihom kienu jitħassrul Let Aħna ġibnielhom it-tifkira. (u l-kwissija tagħhom (li hija l-Qoran). iżda huma ma jagħtux kas it-tifkiri tagħhom (li fiha: kull ġieħ u ġid għalihom)
  72. Jaqaw (Muħammad) qiegħed. titlobhom xi ħlas. (tal xxandrilhom il-Qoran, u forsi għalhekk ma jridux jemmmu) 2 1 ħlas ta' Sidek huwa l-aħjar, u Huwa l-Aħjar fost dawk l jipprovdut
  73. Int'tabilħaqq isejħilhom lejn. triq dritta (li twassal għall (Ġenna)
  74. iżda dawk li ma jemmnux Il-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra), joħorġ mit-triq
  75. Li kieku kellna nħennu għalihom u nneħħulhom: is- saram li jinsabu fih. (xorta waħda) kienu jibqgħu jżidu fil-kefrija tagħhom, mitlufin bħall-għomja
  76. Aħna ħadniehom (għal għarrieda) u kkastigajniehom (f'din. id-dinja), iżda (minkejja dan) ma qagħdux għal Sidhom (il-Mulej), u lanqas jitolbu/h) bl-umiltà
  77. sa ma niftħu fuqhom bieb li jagħti għal kastig qalil (fil- Ħajja l-OħrajL Huma jkunu fih b'qalbhom. maqtugħa għal kollox (fi xi darba l-kastig jintemm)
  78. Huwa li takom is-smigħ, dawl għajnejkom u l-qlub (iżda intom ħaddimtuhom ħażin u) ftit li xejn tiżżu ħajr
  79. Huwa li ħalaqkom u kattarkom fuq l-art (kollha biex: tgħammru fiha), u lejh għad tinġabru (biex tagħtu kont)
  80. Huwa.li jagħti l-ħajja u jagħti l-mewt, u tiegħu t-taqlib tal-lejl u n-nhar, Jaqaw ma tifhmux
  81. Mhux biss (il-pagani ta' Mekka m'emmmux), imma qalu bħal dak li kienu qalu nies il-qedem
  82. (Qalu fl-injuranza kbira. tagħhom): 'Jaqaw meta mmutu u-nkunu trab u għadam, se nitqajmu (għal ħajja ġdida)
  83. Aħna u missirijietna, qabel, konna. tabilħaqq diġà mwegħdin dan. Dawn ma humiex ħlief stejjer ta' nies il- qedem
  84. (Għidfilhom Muħammad): ''Ta' min hija l-art u dawk (il-ħlejjaq) li hemm fiha, jekk tafu
  85. Huma se jgħidu: 'Ta' Allaf' Għid(ilhom): 'Mela kif ma tiftakrux
  86. Għid(ilhom tikoll): 'Min huwa Sid is-seba' smewwiet, u Sid it-Tron il-kbir
  87. (Se jgħidu: 'Ta' Allaf' Għidfi/hom): ''Mela kif ma tibżgħux (u tibqgħu tqimu l-idoli)
  88. Għid: 'Min għandu f'idu s-setgħa fuq kollox, u li jħares (lill-bniedem. mill-kastig) mingħajr. iżda, ma hemm ħarsien minnu, jekk tafu
  89. Se jgħidu: 'Ta' Alla (dik is-sergħaji' Mela kif tissaħħru (i titgarrqu)
  90. Iżda Aħna' ġibnielhom is-sewwa, u huma. tabilħaqq giddibin (u jgħidu li Alla għandu ixirka u ibenji)
  91. Alla ma ħa ebda wild għalih, u miegħu ma hemm ebda alla. (ieħor, għaliex) inkella. kull alla kien jitlaq b'dak li ħalaq, u xi wħud minnhom kienu jogħlew fuq oħrajn. Sebħ. lil Alla (għaliex Huwa ogħla) minn dak li jaqilgħu (dwaru)l
  92. Huwa jaf il-mistur u dak li jidher, u Huwa ogħla minn dak li jxierku (riegħu)
  93. Għid (Muħammad): 'Sidi, jekk turini dak li. huma mwegħdin
  94. Sidi, la tqegħednix man-nies il-ħżienal
  95. Aħna tabilħaqq nistgħu nuruk (Muħammad) dak (il-kastig) li wegħedniehom
  96. Biegħed u ħudha kontra l-ħażen b'dak li huwa aħjar (minnu: bil-mogħdrija u bl-għemil. it-tajjeb). Aħna nafu sewwa dak li jaqilgħu (dwarna, u se nħallsuhom tiegħu)
  97. U għid (Muħammad): ''Sidi, jiena nistkenn fik mit-tfesfis tax-xjaten
  98. U nistkenn fik, Sidi, li-ma jmorrux jersqu lejja (bil-ħsara tagħhom)U
  99. (il-ħżiena jibqgħu fil-ħażen tagħhom) sa ma' l-mewt tiġi għal xi ħadd minnhom (u fil-biża' li jaqbdu) jgħid: 'Sidi, reġġagħni (lura għall-ħajja fid-dinja)
  100. biex forsi nkun nista' nagħmel il-ġid minflok dak (kollu) li kont inqast (li nagħmel qabel):' Le, (ma huwiex se jingħata aktar żmien)l Hija biss kelma (fiergħa) li huwa. jgħid. Warajhom (dawn l-erwieħ) hemm ħajt kbir jifrid(hom mid- dinja), sal-Jum li fih jitqajmu (għall-Ġudizzju)
  101. U meta tindaqq it-trumbetta (Żi tħabbar Jum il-Ġudizzju), dakinhar ma jkunx hemm (aktar). qrubija bejniethom, u lanqas jistaqsu għal xulxin
  102. (Dakinhar) min. ikollu l-miżien tiegħu mtaqqal (b'għemejjel tajba), dawk ikunu r-tebbiħin (li jidħlu l- Ġenna)
  103. Iżda min ikollu l-miżien tiegħu ħafif (għaliex mingħajr għemejjel tajba), dawk jitilfu rwieħhom (u jkunu) fl-Infern għal dejjem
  104. In-Nar jismot uċuħhom, u fih ikunu koroh u mdejqin
  105. (Imbagħad jingħad. lil- dawk li ċaħdu. t-twemmin:) Mela l-versi tiegħi ma kinux jinqrawlkom, u kontu tgiddbuhom
  106. Huma jgħidu: Sidna, il-ħażen tagħna għelibna, U konna nies mitlufin
  107. Sidna, oħroġna minnu (in-Nar), u jekk nerġgħu lura (għall-qerq u d-dnub), inkunu tabilħaqq ħżienal
  108. Jgħid(i/hom): Morru. fih. (in-Nar) imkeċċijin mkasbrin, u la tkellmunixi
  109. Tabilħaqq li ġemgħa mill-qaddejja tiegħi kienu jgħidu: 'Sidna, aħna emminnal Mela aħfrilna u ħenn għalina. Int l-Aħjar li tħemi
  110. Iżda intom waqqajtuhom għaċ-ċajt, hekk li nessewkom it-tifkira tiegħi waqt li kontu tidħku bihom
  111. Illum (lill-qaddejja tiegħi) tajthom. il-premju. talli stabru, u huma tassew ir-rebbiħini
  112. Huwa jgħid(i/hom): 'Kemm-il sena domtu fuq l-art
  113. Huma jgħidu: 'Domna jum. jew biċċa minnu. Staqsi lil dawk li jgħoddu
  114. Jgħidilhom (il-Mulej): 'Ma domtux għajr għal-ftit, li kontu taful
  115. Jaqaw ħsibtu li ħlaqniekom għalxejn, u li m'intomx se titreġġgħu lura għandna (f'Jum il-Ġudizzju)
  116. Għalhekk ħalli jogħla Alla; is-Sultan. is-Sewwal Ma hemmx alla (ieħor) ħliefu Sid it-Tron ta' ġieħ
  117. U min isejjaħ alla ieħor ma' Alla, mingħajr ma għandu prova ta' dan, il-kont tiegħu jinsab biss għand Sidu (il- Mulej, u jasal il-Jum li jrid iħallsu). Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux ma jirbħux (il-Ġenna)
  118. U għid (Muħammad): 'Sidi, aħfer u ħennl Inti l-Aħjar fost dawk li jħennul