24.The Light

  1. (Din hija). sura. li niżżilnieha (lilek. Muħammad), għamilnieha obbligu (għall-Misilmin), u niżżilna fiha sinjali ċari biex forsi tiftakru (fit-twissija)
  2. Liż-żienja u liż-żieni agħtuhom mitt sawt kull wieħed, u tħennux għalihom fejn tidħol il-liġi ta' Alla, jekk (tassew) temmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum, u (araw) li ġemgħa minn dawk li jemmnu jixhdu għall-kastig tagħhom it-tnejn
  3. Iż-żieni ma jiżżewwiġx għajr żienja, jew waħda li xxierek (allat oħra ma' Alla), u liż-żienja ma jiżżewwiġhiex għajr (bniedem) żieni, jew wieħed li jxierek (allat oħra ma' Alla). Dak (iż-żwieġ ma' nies żienja u pagani) huwa projbit għal dawk li jemmnu (ħlief jekk iż-żieni, jew iż-żienja, jindmu)
  4. U dawklijixlu (biż-żina) lin-nisa safjin mingħajr ma jġibu erba' xhieda, agħtuhom tmenin sawt, u la tilqgħu qatt aktar ix-xhieda tagħhom. Dawk huma l-ħżiena
  5. ħlief dawk. li, wara dan, nidmu u sewwew (il-ħsara tal- qlajjiet li qalgħu u tax-xhieda ħażina li taw), għaliex Alla huwa tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin
  6. U dawk (l-irġiel) li jixlu lin-nisa tagħhom (b'żina) mingħajr ma jkollhom xhieda oħra għajr tagħhom infushom, kull wieħed minnhom għandu jixhed għal erba' darbiet (u jaħlef) b'Alla li qiegħed jgħid is-sewwa
  7. u l-ħames (ħalfa tkun) li s-saħta ta' Alla fuqu jekk qiegħed jigdeb
  8. U (lil dik il-mara) teħlisha mill-kastig ix-xhieda tagħha għal erba' darbiet (u taħlef) b'Alla li (dak li qiegħed jixliha) huwa mill-giddibin
  9. ul-ħames (ħalfa tagħha tkun) li l-għadab ta' Alla fuqha jekk (min jixliha) ikun minn dawk li jgħidu s-sewwa
  10. Li mhux għat-tjieba ta' Alla fuqkom, u għall-ħniena tiegħu, u għaliex Alla jdur Kollu Maħfra, u Għaref, (kieku l- kastig jinżel fuqkom għax qed tixlu lil xulxin mingħajr ebda xhud)
  11. Tabilħaqq li dawk li ġew bil-qerq (u qalgħu qlajjiet dwar. Għajxa, mart. il-Profeta) huma. ġemgħa minn fostkom. Taħsbux li dan huwa ħażin għalikom, anzi, huwa. tajjeb għalikom (għaliex Alla stess jixhed li din il-mara ma hijiex ħatja ta' ebda żina). Ta' kull bniedem minnhom hija l-ħtija li kiseb, u dak li kellu l-akbar sehem fosthom (Għabd Ai/ah bin 'Ubaj bin Saltil, il-mexxej ta' l-ipokriti), għandu kastig. mill-kbar
  12. Għaliex, meta smajtuha (din il-gidba dwar Għajxa), l- irġiel u. n-nisa. li-jemmnu ma ħasbux tajjeb (f'ħurhom) bħalma jaħsbu fihom' infushom, u ma qalux: 'Dan qerq fiż ġideb) biċ-ċari
  13. (Għaliex ma ġabux erba' xhieda għaliha din il-ħaġa) 2 U minħabba li ma ġabux ix-xhieda, għal Alla dawk huma l- giddibin
  14. U li mhux għat-tjieba ta' Alla fuqkom, u l-ħniena tiegħu f'(din) id-dinja u fl-Oħra, kien imisskom kastig mill-kbar talli ġrejtu wisq bi Isienkom
  15. meta (il-kliem fieragħ) ilqajtuh fi lsienkom, u tgħidu b'fommkom dak li ma għandkomx għarfien dwaru, u tqisuh xi ħaġa żgħira, filwaqt li għal Alla (din hija ħaġa) tassew kbira
  16. U għaliex, meta. smajtuh (dan il-kliem. fieragħ) ma għedtux: ''Mhux xieraq għalina li nitkellmu dwar dan. Sebħ lilek (Mi/ejjt. Din (li qalgħu minn żniedhom dwar Għaxja hija) gidba mill-kbari
  17. Alla jwissikom biex qalt ma terġgħu tagħmlu hekk, jekk (tassew) temmnu
  18. Alla jurikom biċ-ċar il-versi (tal-Qoran). Alla jaf kollox, Għaref
  19. Tabilħaqq li-dawk li jixtiequ li jixtered il-faħx fost dawk li jemmnu, (dawn) se jkollhom kastig ta' wġigħ f'(din) id- dinja u fl-Oħra. U Alla jaf (b'kollox), filwaqt li intom ma tafuxi
  20. Ulimhux għat-tjieba ta' Alla fuqkom, u l-ħniena tiegħu, u li Alla huwa Kollu Tjubija, Ħanin, (kieku ilkom megrudin)
  21. Intom li temmnu, timxux fil-passi tax-Xitan (u xxerrau l-qerq u l-gideb bħalu). U min jimxi fil-passi tax-Xitan (għandu jkun jaf illi) huwa (ix-Xitan) tabilħaqq jamar (li jsir) il-faħx u (kull) għemil ħażin. U li mhux għat-tjieba ta' Alla fuqkom, u l-ħniena tiegħu, ħadd minnkom qatt ima kien ikun safi, iżda Alla jsaffi lil min irid. Alla jisma' kollox u jaf kollox
  22. L-għonja fostkom u: dawk. ta' ġid kotran. ma għandhomx jaħilfu li ma jgħinux lill-qraba tagħhom, lill- fqar u lil dawk li emigraw għal Alla, u għandhom jaħfru u jagħdru (ef nuġqasijiet li saru magħhom). Mela ma tixtiqux li Alla jaħfer lilkom 2 Alla Kollu Maħfra, Ħanin
  23. Tabilħaqq li dawk li jixlu lin-nisa safjin, li qatt ma' kellhom il-ħsieb ta' għemil faħxi, u li jemmnu, (nies bħal) dawk. jinsteħtu f'/din) id-dinja u. fl-Oħra, u jkollhom kastig mill-kbar
  24. dakinhar li l-ilsna tagħhom, idejhom u riġlejhom (stess) jixhdu kontrihom għal dak (il-qerq u l-ħażen) li kienu jagħmlu
  25. Dakinhar (ta' Jum il-Ġudizzju) Alla jħallashom il-ħlas sħiħ tagħhom, u jkunu jafu li Alla huwa, bla dubju, is- Sewwa biċ-ċar
  26. In-nisa l-ħżiena (jiswew) għall-irġiel il-ħżiena, u l-irġiel il-ħżiena għan-nisa l-ħżiena, filwaqt li n-nisa t-tajbin (bħal Għajxa, tiswa) għall-irġiel it-tajbin (bħall-Profeta Muħammad), u l-irġiel it-tajbin għan-nisa t-tajbin. Dawn huma: ħielsa minn dak (il-ħażen) li. (in-nies) jgħidu (fuqhom), u jkollhom maħfra u ħlas kotran (fil-Ġenna)
  27. Intom li temmnu, tidħlux fi djar li ma humiex djarkom, qabel ma titolbu permess u ssellmu lil nieshom. Dak ikun aħjar għalikom (li tagħmlu) biex forsi tiftakru (kif iġġibu rwieħkom)
  28. U jekk ma ssibu lil ħadd fihom, tidħlux fihom qabel ma tingħataw permess. U jekk jingħad lilkom: ''Erġgħu lura (minn fejn. ġejtu),' erġgħu lural Dan ikun aktar safi għalikom. Alla jaf b'kulma tagħmlu
  29. Ma jkollkomx ħtija fuqkom jekk tidħlu (b/a permess) fi djar bla nies (li dejjem jgħixu fihom, bħal lukandi u postijiet pubbliċi) u ssibu. fihom xi qadi (għall-ħtiġijiet tagħkom, bħalma huwa: l-kenn u l-mistrieħ). Alla jaf b'dak li turu u b'dak li taħbu
  30. Għid (Muħammad) lil dawk l-irġiel li jemmnu biex jgħakksu għajnejhom, u jħarsu (is-safa) tal-partijiet privati: tagħhom. Dak huwa aktar. safi: għalihom. Tabilħaqq li Alla jaf sewwa b'dak li jagħmlu
  31. U għid (ikoll) lil dawk in-nisa li jemmnu biex jgħakksu għajnejhom, iħarsu (is-safa) tal-partijiet privati tagħhom, ma jurux ġmielhom ħlief dak li jidher minnu, jiġbdu l- velijiet (li bihom jgħattu rjushom) għal fuq sidirhom, u ma jurux ġmielhom. ħlief lil żwieġhom, jew. lil missirijiethom, jew missirijiet żwieġhom, jew lil uliedhom, jew ulied żwieġhom; jew lil ħuthom subien, jew ulied ħuthom subien, jew lil ulied ħuthom il-bniet, jew lin-nisa tagħhom, jew lill-(iisiera nisa) li-għandhom f'idejhom, jew lill-qaddejja rġiel neqsin mill-ġibda tal- ġisem, inkella lit-tfal li ma jifhmux l-għera fin-nisa. Lanqas ma' għandhom in-nisa jħabbtu (il-brazzuletti milbusa madwar) riġlejhom biex (fil-mixi tagħhom) isir magħruf il-ġmiel moħbi tagħhom. U duru Ikoll nedmin lejn Alla, intom li temmnu, biex forsi toħorġu rebbiħin
  32. Żewġu lil dawk (l-irġiel u n-nisa) fostkom li ma humiex miżżewġin, u lit-tajbin minn fost l-ilsiera rġiel u nisa tagħkom. U jekk ikunu foqra, Alla jagħtihom il-ġid mit-tjieba tiegħu. Alla Wiesa' (fit-tjieba tiegħu) u jaf kollox
  33. Ħa jħarsu s-safa tagħhom dawk li ma jsibux jiżżewġu sama Alla jagħtihom il-ġid mit-tjieba tiegħu. U dawk (l- ilsiera) li għandkom f'idejkom li jitolbu (mingħandkom) il-kitba: (tal-fidwa), iktbuhielhom jekk issibu xi ġid fihom, u agħtuhom mill-ġid li Alla takom. La ġġegħlux lill-ilsiera bniet tagħkom jagħtuha għaż-żina, fil-kilba tagħkom għall-ħwejjeġ. tal-ħajja f'din. id-dinja, meta dawn: iridu jħarsu s-safa tagħhom. Min iġagħalhom (jagħtuha għaż-żina għandu jkun jaf) li, għaliex kienu mġiegħla, Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra (ma' dawk in-nisa), Ħanin
  34. Aħna tassew niżżilnielkom versi ċari u (tajna) eżempju b'dawk (il-ġnus) li għaddew qabilkom bħala twissija lil dawk li jibżgħu minn Alla
  35. Alla huwa Dawl is-smewwiet u l-art. Id-Dawl tiegħu jixbah niċċa li fiha musbieħ; il-musbieħ jinsab fi ħġieġa (safja); il-ħġieġa qisha. kewkba tleqq; (il-musbieħ) imkebbes minn siġra mbierka: żebbuġa (mxeżrla) la fil- Lvant u lanqas fil-Punent (imma bejniethom, fid-deżert, fejn ix-xemx tisreġ u ssajjar il-frott tagħha aktar), li ż- żejt tagħha (huwa hekk safi u li) għoddu jdawwal mingħajr ma jmissu n-nar. Dawl fuq Dawl: Alla jmexxi lejn id-Dawl tiegħu lil min irid. Alla jġib it-tixbihat lin- nies, u Alla jaf b'kolloxi
  36. (Id-Dawl ta' Alla jinsab) fi djar (il-moskej) li Alla:ried li jinbnew, u li fihom jissemma Ismu, u jsebbħuh fihom filgħodu u filgħaxija, (bla waqfien)
  37. irġiel li ebda negozju u bejgħ ma jnessihom isemmu lil Alla, li jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, u jibżgħu minn Jum li fih jitqallbu l-qlub u l-għajnejn (bil-biża)
  38. biex Alla jħallashom ta' l-aħjar (għemejjel) li għamlu, u jżidhom mit-tjieba tiegħu, Alla jagħti l-ġid (tiegħu) lil min irid Hu, bla qjies
  39. Iżda dawk li ċaħdu t-twemmin, l-għemejjel tagħhom. huma bħal miraġġ fid-deżert: l-għatxan jaħsbu ilma, u meta jersaq lejh, isib li ma huwa xejn, iżda (vin/lok) hemmhekk isib lil Alla jħallsu l-kont sħiħ tiegħu, Alla. malajr jagħmel il-kontijiett
  40. Jew (inkella l-qagħda ta' dawk li ċaħdu t-twemmin hija) bħal dlamijiet f'baħar bla qiegħ, mgħotti b'mewġ: b'mewġ (ieħor) fuqu, u fuqhom hemm sħab: dlamijiet fuq xulxin. Jekk (xi ħadd) imidd idu, ikun għoddu ma jarahiex. U lil dak li Alla ma jagħtihx dawl (l-Islami f'qalbu), ma jkollux dawl
  41. Mela ma tarax li lil Alla jsebbħu dawk li jinsabu fis- smewwiet u fl-art, u t-tajr (i jittajjar) bil-ġwienaħ mifruxa 7 Kulħadd jaf it-talb u t-tifħir tiegħu. Alla jaf b'dak li jagħmlu
  42. U ta' Alla hija s-saltna tas-smewwiet u ta' l-art, u lejn Alla t-tmiem (mill-isbaħ)
  43. Mela ma tarax li Alla jmexxi s-sħab, imbagħad iġibu flimkien, jagħmlu gods wieħed, u tara x-xita toħroġ minn ġewwa fih 7 Huwa jniżżel mis-sema minn (sħab /i hu bħal) iġbla ta' silġ, u bih jolqot lil min irid, u jżommu 'l bogħod minn min irid. Il-leħħa tal-beraq tiegħu għoddha tagħmi l-għajnejn
  44. Alla jaqleb (wara xulxin) il-lejl u n-nhar. Tabilhaqq li f'dan hawn tagħlima għal dawk li għandhom imħuħ (biex jaraw u jifhmu)
  45. Alla ħalaq kull ħliqa (li rgħix fl-art) mill-ilma, u hemm minnhom li jimxu fuq żaqghom, minnhom li jimxu fuq riġlejn, u minnhom li jimxu fuq erbgħa. Alla joħloq li jrid. Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan
  46. Aħna tassew niżżilna versi li juru biċ-ċar (it-triġ it- tajba), u Alla jmexxi lil-min irid lejn triq dritta
  47. (Dawk ta' wiċċ b'ieħor) jgħidu: 'Aħna nemmnu F'Alla u fil-Mibgħut, u aħna nobdufhom)i' Imbagħad wara dan (tara) li ġemgħa minnhom tagħti daharha (u ma tagħtix widen). Dawk ma humiex (tassew) nies li jemmnu
  48. U meta jissejħu lejn Alla u l-Mibgħut tiegħu biex jagħmel ħaqq minnhom; uħud minnhom ma jkunux iridu
  49. Iżda jekk (jaħsbu li) għandhom raġun, (arahom) jiġu għandu (il-Mibgħut tiegħu) ubbidjenti
  50. Jaqaw fi qlubhom hemm xi marda, jew jinsabu fid- dubju, jew inkella jibżgħu li Alla u l-Mibgħut tiegħu jonqsu lejhom' Le, (bil-maqlub)i Dawk. (ta' wiċċ b'ieħor) huma l-ħżienal
  51. It-tweġiba ta' dawk li jemmnu, meta jissejħu lejn Alla u l-Mibgħut tiegħu, biex jagħmel ħaqq bejniethom, tkun: tAħna nisimgħu u nobduf' Dawk huma r-rebbiħin
  52. U minjobdi lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, u jibża' minn Alla u joqgħod għalih, dawk huma r-rebbiħin
  53. (Dawk ta' wiċċ b'ieħor) jaħilfu l-aqwa ħalf b'Alla illi kieku kellek (Muħammad) tordnalhom, huma tassew joħorġu (minn djarhom. biex jitqabdu miegħek). Għidilhom: 'La taħilfux (għaliex qarrieq il-ħalf tagħkomjt L-ubbidjenza tagħkom (lejn Alla u l-Mibgħut tiegħu hija) magħrufa (bil-kliem biss)L Tabilħaqq li Alla jaf sew b'dak li tagħmlu
  54. (Għidfilhom): Oqogħdu għal Alla, u oqogħdu għall- Mibgħutt Iżda jekk tagħtu daharkom ( 4 ma tagħtux widen, il-Mibgħut) ikun responsabbli. ta' dak li tqabbad jagħmel (ix-xandir tal-Kelma ta' Alla), u intom tkunu responsabbli ta' dak li tqabbadtu tagħmlu (/i tisimgħu l- Kelma ta' Alla u timxu fit-triq ta' l-Islam). U jekk toqogħdu għalih (il-Mibgħur), tkunu fit-triq it-tajba. Dmir il-Mibgħut ma huwiex ħlief (li jwassal) it-taħbira mill- aktar ċara
  55. Alla wiegħed lil dawk minnkom li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba li se jagħtihom l-art b'wirt, bħalma kien taha lil-ta' qabilhom, u li jsaħħilhom id-din tagħhom (l- Islam) li Huwa: għażel għalihom, u li tassew jibdlilhom il-biża' tagħhom fi sliem (u ħarsien). (Alla jgħid) VHuma jqimuni u ma jxierku xejn miegħi.' Iżda min. wara dan, jiċħad it-twemmin (ir l-grazzji ta' Alla), dawk ikunu l-ħżiena
  56. Agħmlu t-talb, agħtu l-karità, u oqogħdu għall-Mibgħut biex forsi ssir ħniena magħkoml
  57. La taħsibx (Muħammad) li dawk li ċaħdu t-twemmin se jaħarbu minn Alla fuq l-artl Il-kenn tagħhom ikun in- Nar, u ta' għajb it-tmiem (tagħhom)l
  58. Intom li temmnu; araw li l-ilsiera tagħkom u dawk li għadhom. taħt l-età jitolbukom permess. (gabef jidhru quddiemkom) fi -tliet waqtiet: qabel it-talb ta' filgħodu, x'ħin tinżgħu ħwejjiġkom f'nofsinhar, u wara t-talb ta' filgħaxija. (Dawk huma) it-tliet (waqtiet) għalikom meta (forsi) tkunu għarwenin (fi djarkom). F'ħinijiet oħra, la intom u lanqas huma ma jkollhom ebda ħtija jekk tmorru għand xulxin. Hekk Alla jurikom is-sinjali (tiegħu fil- Qoran). Alla jaf kollox u Għaref
  59. U meta l-ulied fostkom jilħqu l-età tagħhom, araw li (huma wkoll). jitolbu. permess. (qabel. jidhru quddiemkom), bħalma talbu permess dawk ta' qabilhom. Hekk Alla jurikom is-sinjali tiegħu. Alla jaf kollox u Għaref
  60. In-nisa li għaddielhom iż-żmien li jwelldu, u li ma jittamawx (aktar) fiż-żwieġ, ma jkollhom ebda ħtija jekk ineħħu ħwejjiġhom (ta' fuq) mingħajr ma jperrċu l-ġmiel (tagħhom). U jkun aħjar għalihom li joqogħdu kif jixraq. Alla jisma' kollox u jaf kollox
  61. Ebda ħtija ma jkollu l-agħma, iz-zopp, il-marid jew intom infuskom jekk tieklu fi djarkom, jew fi djar missirijietkom; jew fi djar ommijietkom, jew fi djar ħutkom is-subien, jew fi djar ħutkom il-bniet, jew fi djar l-aħwa subien ta' missierkom, jew fi djar l-aħwa bniet ta' missierkom, jew fi djar l-aħwa subien ta' ommijietkom, jew fi djar l-aħwa bniet ta' ommijietkom, jew fi djar li tagħhom għandkom l-imfietaħ, jew (f'dar) seħibkom. Ma għandkom ebda ħtija jekk tieklu flimkien jew waħidkom. U meta tidħlu fi djar, sellmu lil xulxin b'tislima mbierka u tajba mingħand Alla. Hekk Alla jurikom is-sinjali biex forsi tifhmu
  62. Nies it-twemmin (tassew) huma dawk li jemmnu f'Alla. u fil-Mibgħut tiegħu, li meta jkunu miegħu (mal-Profera) fuq ħaġa li teħtieġ li jiltaqgħu flimkien dwarha, ma jitilqux qabel ma jitolbuh permess, Tassew li dawk li jitolbuk permess (gabel ma jitilqu, Muħammad) dawk huma li jemmnu f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu. Mela jekk jitolbuk permess (biex jitilqu) fuq xi ħaġa tagħhom, ħalli jmur lil-min trid minnhom. u itlob il-maħfra ta' Alla fuqhom. Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin
  63. La: ssejħux. (bil-kunfidenza) lill-Mibgħut (b'ismu) bħalma ssejħu lil xulxin. Alla jaf b'dawk minnkom li jbewġu 'l-hemm (u jaħarbu minn dmirhom). Ħalli dawk. li jmorru kontra l-amar tiegħu (tal-Profeta) joqogħdu b'seba' għajnejn li ma jilħaqhomx it-tiġrib, jew jilħaqhom kastig ta' wġigħl
  64. Tabilħaqq li ta' Alla dak li jinsab fis-smewwiet u fl-art, u jaf x'għandkom fi qlubkom; U fil-Jum li (il-bnedmin kollha) jitreġġgħu lura għandu, Huwa jħabbrilhom dak li għamlu. Alla jaf b'kolloxt