25.The Criterion
- Imbierek Dak li niżżel il-Qjies lill-qaddej. tiegħu (Muħammad) biex iwissi l-ħlejjaq kollha
- Dak li għandu s-saltna tas-smewwiet u ta' l-art, lima ħax għalih wild, li-ma kellux xrik fis-saltna, u li ħalaq kollox bil-qjies
- (Madanakollu l-pagani) ħadu: għalihom: allat (oħra) minfloku, li ma joħolqu xejn, iżda huma maħluqa (bir- ipinġija jew bit-tinqix), li ta huma ta' deni u lanqas ta' ġid għalihom infushom, u li la għandhom setgħa fuq il- mewt, la fuq il-ħajja, u lanqas fuq il-qawmien mill- imwiet
- Dawk li-ma jemmnux jgħidu: ''Din- (tal-Qoran) ma hijiex ħlief gidba li (Muħammad) qala' minn żniedu, u għenuh fiha nies oħrajn (minn fost il-Lhud u l-Insaraji' Huma, tabilħaqq, ġew b'inġustizzja u b'qerq)
- Qalu (ukoll il-pagani): '(Dawn ma humiex ħlief) stejjer ta' nies il-qedem li (Muħammad) qabbad li jinkitbu(/u), u li jinqrawlu filgħodu u filgħaxija (biex jirgħallimhom)
- Għid(ilhom Muħammad): ''(Il-Qoran) niżżlu Dak li jaf il-mistur fis-smewwiet u fl-art. Huwa Kollu Maħfra, Ħanin
- Huma jgħidu: 'X'Mibgħut huwa dan. li jiekol l-ikel (bħal kull bniedem ieħor), u jimxi fis-swieqż Mhux. li tniżżillu xi anġlu u jwissi miegħu (lill-bnedmin kieku konna nemmnuh)i
- Jew (kien) jingħata teżor (mis-sema u ma kien ikun jeħtieġ xejn), jew (kien) ikollu ġnien biex jiekol minnu'' Il-ħżiena qalu: 'lntom ma timxux għajr wara raġel imsaħħari
- Aratt-tixbihat li jagħmlu fuqek (Muħammad, u l-qlajja' kollha li qalgħu kontrik), iżda huma ntilfu u ma jistgħux isibu triq
- Imbierek Dak li, jekk irid, jagħmillek (ħwejjeġ) aħjar minn. hekk: Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u jagħmillek (ukoll) palazzit
- Le, imma giddbu s-Siegħa (tal-Ġudizzju), u għal min igiddeb is-Siegħa ħejjejna Nar iħeġġeġ
- U meta (dan in-Nar) jarahom minn post imbiegħed, (il- I ħżiena) jisimgħuh iħeġġeġ u jfaqqa' bil-qawwa (għaliex imxennaq għalihom u jrid jiblagħhom)
- U meta jinxteħtu fih (dak in-Nar tal-biża' u jsibu rwieħhom). f'post dejjaq, marbutin flimkien (b'idejhom madwar. għonghom). fil-ktajjen, hemm jitolbu. l-qerda (biex jeħilsu mill-kastig)
- (Jingħad lilhom:) 'Illum issejħux qerda waħda, iżda sejħu ħafna qerdiett
- (Għidfilhom Muħammad): '(X'taħsbu 2) Dak (li qegħdin fih) huwa aħjar, jew il-Ġenna ta' dejjem imwiegħda lil dawk li jibżgħu minn Alla 7 Għalihom, din. (il-Ġenna) hija ħlas (mistħoqq) u tmiem (mill-isbaħ)
- Fiha għandhom dak li jixtiequ, u (femm) jibqgħu għal dejjem. (Din hija) wegħda ta' Sidek li Huwa (żgw li) iżomm
- Fil-Jum li jiġbor lilhom u lil dawk (l-a/ar) li huma jqimu minflok lil Alla, jgħid(i/hom): ''Jaqaw intom kontu li telliftu t-triq lil dawn il-qaddejja tiegħi, jew huma tilfu t-triq (għaliex hekk riedu)T
- (Dawk l-idoli u l-allat meqjuma minflok Alla għad) jgħidu: ''Sebħ lilekl Aħna ma kienx jixirqilna li nagħżlu alleati minflokok, iżda Inti tajt lilhom u lil missirijiethom li jgawdu, sakemm insew it-twissija, u kienu nies meqrudin
- (Inbagħad Alla jgħid lill-ħżiena): ''Issa (dawn l-idoli u kallat stess li kontu tqimu) qegħdin igiddbukom dwar dak li kontu tgħidu (fighom: li huma allat)L Ma tistgħux teħilsu (mill-kastig) u lanqas (issibu) għajnuna, U min minnkom jagħmel il-ħażen, indewquh kastig kbirl
- U qablek (Muħammad) ma. bgħatniex. il-Mibgħutin (tagħna) jekk mhux jieklu l-ikel, u jimxu fis-swieq (għaliex kienu bnedmin. bħalek). Aħna għamilna wħud minnkom tiġrib għal xulxin (biex naraw) jekk tistabrux (u żżommux sod). Sidek (il-Mulej) jara kollox
- Dawk (li ma jemmnux u) li-ma jittamawx li jiltaqgħu magħna (f'Jum il-Ġudizzju) jgħidu: ''Għaliex ma tniżżlux. l-anġli fuqna, jew ma narawx lil Sidna (il-Mulej, 4 jgħidilna li inti, Muħammad, il-Mibgħut tiegħu) 7' Huma tassew tkabbru bihom infushom, u għamlu wisq ħażen
- Fil-Jum li jaraw lill-anġli, dakinhar ma jkunx hemm bxara tajba għall-ħatjin, u (l-anġli) jgħidu(lhom): (Mar tistgħux. tidħlu l-Ġenna għaliex hawn). sur projbit (li jżommkom milli tidħlu)U
- U niġu għal dak li għamlu ( 4 nxejnuh), u nagħmlu. minnhom għabra mxerrda (ma' kullimkien)
- Dakinhar nies il-Ġenna jkunu f'għamara aħjar, u fi mkien aħjar fejn jistrieħu
- Fil-Jum meta s-sema jixxaqqaq bis-sħab (tiegħu), u l- anġli jitniżżlu bil-kbir
- dakinhar is-saltna tabilħaqq tkun ta' Dak Kollu Ħniena. Ikun Jum iebes għal dawk li ċaħdu t-twemmin
- Fil-Jum meta l-midneb igiddem idejh (bil-għali) u jgħid: Mhux li qbadt (l-isress). triq mal-Mibgħut (ta' Allajt)
- Miskin jienl Kien ikun aħjar li ma sseħibtx mat-talil
- Huwa tassew tellifni t-tifkira (ta' Alla) wara li kienet waslitlif' Ix-Xitan jiddiżappunta lill-bniedem
- Il-Mibgħut (ta' Alla, imbagħad) qal: ''Sidi (il-Mulej), tabilħaqq li niesi ttraskuraw dan il-Qoran
- B'hekk għamilna lil kull Profeta għadu minn fost il- ħatjin. Sidek (il-Mulej) huwa biżżejjed (għalik Muħammad) biex juri t-triq u jgħin
- Dawk li jiċħdu t-twemmin jgħidu: ''Għaliex il-Qoran ma tniżżillux. kollu f'daqqaf' (Niżżilnihulek) hekk (Muħammad, ftit ftit) biex. bih insaħħulek qalbek, u qrajnieh (lilek) bil-mod (biex tifhmu u titgħallmu)
- U ma'jiġukx b'xi tixbiha (biex iġarrbuk) li ma niġukx bis-sewwa u bl-aħjar tifsira (dwar dak li jistaqsuk)
- Dawk li jinġabru wiċċhom 'l isfel (u mixħutin fl-art) il- Infern, dawk ikunu fl-agħar post u fl-akbar telfien tat-triq (li twassal għall-Ġenna)
- Aħna tassew. tajna lil Mosċ l-Ktieb (it-Tora), u qabbadna miegħu lil ħuh Aron biex jgħinu (fil-qadi tal- missjoni profetika tiegħu)
- U għedna (/il Mosċ u lil Aron): 'Morru għand in-nies li giddbu s-sinjali tagħnal' U qridniehom għal kollox
- U lil nies Noċ, meta giddbu lill-Mibgħutin, għerriqniehom u /għamilniehom sinjal għall-bnedmin (biex jitgħallmu minnhom), u għall-ħżiena ħejjejna kastig ta' wġigħ
- U (ftakar x'għamilna lill-ġnus ta') Għad u Tamid, u nies (pagani li għexu madwar il-bir imsejjaħ) ir-Rass, u kemm-il nisel ieħor li għexu bejniethom
- Lilhom kollha (fl-imgħoddi) tajniehom it-tixbihat (biex jitgħallmu minnhom); u lilhom kollha qridna għal kollox (minħabba fil-ħażen tagħhom)
- Dawk (li ċaħdu t-twemmin). tassew għaddew mill-belt (ta' Sodoma) li fuqha niżlet xita ta' ħażenl Jaqaw ma kinux jarawha 7 Iżda huma ma kinux jittamaw. fil- qawmien mill-imwiet
- Meta jarawk, ma jeħdukx ħlief biż-żebliħ (u jgħidu): tJaqaw dan huwa dak li Alla bagħat bħala Mibgħut (tiegħu)t
- Kien għoddu tellifna l-allat tagħna li kieku ma żammejniex sħiħ fihom bis-sabari' (Dalwaqt) se jkunu jafu, meta jaraw il-kastig, min l-aktar li tilef it-triq
- Rajtu lil dak li għamel xewqatu (u ġibdietu) l-alla tiegħuż Jaqaw int (Muħammad) tista' qatt tħarsu (mit- telfien)
- Jew qiegħed taħseb li ħafna minnhom jisimgħu jew jifhmu 7 Huma ma humiex ħlief bħall-bhejjem (bla għaqal). Let Huma l-agħar fit-telfien tat-triq (ir-tajbajl)
- Mela ma rajtx kif Sidek imidd id-dell (mażul il-jum). u kieku jrid kien jagħmlu ma jitħarrikx 2 Imbagħad għamilna x-xemx biex turih
- Imbagħad qbadnieh (u ġbidnieh) lejna, bil-mod
- Huwa (Alla) li għamlilkom il-lejl (biex jostorkom) bħal ilbies, u l-irqad għall-mistrieħ, kif ukoll in-nhar biex (terġgħu) tqumu għall-ħajja
- U Huwa li jibgħat l-irjieħ bħala bxara tajba (dwar il- wasla tax-xita), quddiem il-ħniena tiegħu, u mis-sema nniżżlu ilma safi għall-aħħar
- biex bih nagħtu l-ħajja lil art mejta (bin-nixfa), u nisquh lil-ħafna nies u bhejjem minn dawk li ħlaqna
- U tabilħaqq fissirnieh (il-Qoran) fosthom biex jiftakru, iżda ħafna min-nies ma jridux ħlief li jiċħdu (it- twemmin)
- Li kieku ridna, konna nibagħtu min iwissi f'kull belt (u b'hekk xogħlok, Muħammad, kien ikun eħfef)
- Mela la tismax minn dawk li ċaħdu t-twemmin, u tħabat bih (il-Qoran) kemm tiflaħ kontrihom
- Huwa (Alla) li ħalla ż-żewġt ibħra (iferrgħu f'xulxin), wieħed ħelu u tajjeb għax-xorb, u l-ieħor mielaħ u ma jinxtorobx, u bejniethom qiegħed ilqugħ li jifridhom, firda li ma tistax tinqabeż
- Huwa li ħalaq bniedem mill-ilma, u ħareġ minnu nies qraba (ta' xulxin, bid-demm) u biż-żwieġ. Sidek huwa (fuq kollox) Setgħan
- (Minkejja dan kollu) minflok lil Alla, huma jqimu dak li la jista' jkunilhom ta' fejda, u lanqas jagħmlilhom ħsara. Dak li jiċħad it-twemmin (dejjem) jgħin (lix-Xitan) kontra Sidu (il-Mulej)
- U ma bgħatniekx (Muħammad) ħlief biex tagħti l-bxara (lit-tajbin) u twissi (lill-midinbin)
- (Għidfilhom Muħammad): ''Ta' dan ma nitlobkom ebda ħlas ħlief li, min irid, jaqbad it-triq lejn Sidu. (Ta' dan Alla jagħtini l-premju, f'Jum il-Qawmien, talli wrejt it- triq it-tajba lill-bnedmin)
- U ħalli (Muħammad) f'idejn (Alla) il-Ħaj, li ma jmutx, u faħħar is-sebħ tiegħu. Huwa biżżejjed biex ikun jaf sew bi dnubiet il-qaddejja tiegħu
- Huwa li ħalaq is-smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom, f'sitt ijiem, imbagħad intasab fuq it-Tron, (iva) Dak li huwa Kollu Ħniena. Mela staqsi dwaru lil min jaf sew (dwar dawn il-veritajiet)
- U meta jintqalilhom: ''Inxteħtu qimu lil-Dak li huwa Kollu Ħniena,' huma jgħidu: 'U x'inhu (dan Alla) li huwa Kollu Ħniena' Jaqaw għandna ninxteħtu nqimu lil dak li qiegħed tamrilna (mingħajr ma nafuh) 7' (Kliem bħal dan) ikompli jbegħedhom (mir-reliġjon ta' Alla)
- Imbierek Dak li fis-sema għamel il-kostellazzjonijiet, u qiegħed fihom musbieħ (ix-xemx) u qamar li jdawwal
- U kien Huwa li għamel il-lejl u n-nhar jidħlu wara xulxin għal min irid jiftakar (fil-kobor ta' Alla), jew irid jiżżi ħajr (lil Alla)
- U l-qaddejja ta' Dak li Huwa Kollu Ħniena huma dawk li jimxu bl-umiltà fuq l-art (mingħajr ma jitkabbru), u. meta jkellmuhom dawk li ma jafux, huma jweġbuhom: 'Sliemi
- dawkli jishru (fit-talb) lil Sidhom (il-Mulej), mixħutin fl- artu bil-wieqfa
- dawk li jgħidu: 'Sidna, biegħed minna l-kastig ta' l- Infern. Tabilħaqq li l-kastig tiegħu huwa wġigħ bla waqfient
- Tassewli (l-Infern) huwa għamara u dar mill-agħarf
- Dawkli meta jonfqu, la jberbqu u lanqas jixxaħħu, iżda jżommu fin-nofs, bejn it-tnejn
- dawk lima' Alla ma jsejħux alla ieħor, li ma joqtlux ir- ruħ li Alla pprojbixxa (li tinqatel), jekk mhux bil-ħaqq (skond il-liġi tiegħu), u li ma jiżnux. U min jagħmel dak (il-ħażen), jieħu l-kastig
- u jiżdiedlu għal darba oħra l-kastig f'Jum il-Qawmien, u jibqa' mkasbar fih għal dejjem
- ħlief min jindem, jemmen, u jagħmel għemil ta' ġid. Lil dawk Alla jbiddlilhom il-ħażen tagħhom. f'għemejjel tajba. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin
- U minjindem u jagħmel il-ġid ikun dar tassew lejn Alla bl-indiema
- dawk li ma jixhdux falz, u li meta jgħaddu qrib il-frugħa, jibqgħu għaddejjin bil-ġieħ
- dawk li meta jitfakkru fis-sinjali ta' Sidhom (fil-Qoran) ma jagħmluhiex ta' torox u għomja
- dawkeli jgħidu: 'Sidna (il-Mulej), agħtina fin-nisa tagħna u f'nisilna hena għall-għajnejn (għaliex dawn jimxu fir- reliġjon. tiegħek), u agħmilna. ta' eżempju tajjeb għal dawk li jibżgħu (minnek)
- dawk jingħataw il-ħlas ta' l-ogħla għamara (fis-sema) talli stabru (u żammu iebes). u jintlaqgħu fiha b'tislim (ta' l-anġli) u (hemm isibu) sliem
- fiha (il-Ġenna) jibqgħu għal dejjem. Xi ġmiel. ta' għamara u darl
- Għid (Muħammad lil dawk li jiċħdu t-twemmin): ''Sidi ma jagħtix kaskom, li kieku mhux għas-sejħa tagħkom (lilu), Iżda intom giddibtu (is-sewwa li ġie mingħandu) u għalhekk (il-kastig tagħkom) se jkun imqabbad (magħkom u ma taħarbuhx)U