27.The Ant
- Ta'. Sin. Dawn huma l-versi tal-Qoran, u Ktieb ċar
- tmexxija u bxara tajba għal dawk li jemmnu
- li jagħmlu t-talb, jagħtu l-karità, u jemmnu sħiħ fil-Ħajja l- Oħra
- Tabilħaqq li lil dawk li ma jemmnux fl-Oħra (fil-Ħajja l- Oħra) żejjinnielhom l-għemejjel (koroh u ħżiena) tagħhom (u għalhekk) jinsabu mitlufin bħall-għomja
- Huma dawk li għandhom (jistenniehom) kastig mill-agħar (f'din id-dinja), u fl-Oħra huma l-aktar tellifin (għaliex il- kastig se jkun għal dejjem)
- Tassew li inti (Muħammad) qiegħed. tingħata. (dan). il- Qoran mingħand Wieħed Għaref, jaf kolloxi
- (Ftakar) meta Mosċ qal lil niesu: 'Jiena qiegħed nilmaħ nar, Minnu se nġibilkom aħbar (dwar fejn ninsabu), jew inġibilkom. zokk imkebbes (/minnu) biex forsi. tisħnu (madwaru)
- U meta (Mosċ) wasal ħdejh, huwa ssejjaħ ( 4. ntqal lilu hekk): Imbierek min jinsab ħdejn in-nar (Mosċ), u min jinsab madwaru (l-anġli u nies Mosċ), u sebħ lil Alla Sid il- ħolqient
- Ja'Mosċ, huwa Jiena tabilħaqq: Alla, il-Qawwi, l-Għarefl
- Ixħet il-ħatar tiegħekf' U meta. (Mosċ il-ħatar) rah jitħarrek (bil-ħeffa) bħal lifgħa, huwa ħarab u ta dahru (mbeżża'), u ma reġax lura. (Iżda Alla sejjaħlu lura u qallu): SMosġ, la tibżax: Miegħi ma jibżgħux il-Mibgħutin
- ħlief min għamel il-ħażen, imbagħad biddel il-ħażen fit- tajjeb. Jiena tabilħaqq kollni maħfra, Ħanin
- Daħħal idek f'ħobbok (u ara) toħroġ bajda (silġ u tiddi) mingħajr ħsara; (dawn huma) fost id-disa' sinjali għall- Fargħun u niesu. Huma tabilħaqq nies ħżienal
- U meta ġewhom is-sinjali tagħna fid-dieher, (il-Fargħun u niesu) qalu: ''Dan seħer fid-dieher
- Huma ċaħduhom, b'inġustizzja u b'arroganza, minkejja. li fihom infushom kienu emmnu sew (f'dawk is-sinjali). Mela ara kif kien it-tmiem ta' nies il-ħsaral
- Tassew li lil David u lil Salamun tajniehom għarfien, u huma t-tnejn qalu: 'IKun imfaħħar Alla li ppreferiena minn ħafna mill-qaddejja tiegħu li jemmnul
- Salamun wiret lil David u qal: ''Ja nies, aħna konna mgħallmin ilsien it-tajr, u ngħatajna minn kollox. Din tassew hija t-tjieba fid-diehert
- U nġabru għal Salamun il-qawwiet tiegħu (magħmula) mill-ġnn, min-nies, u mit-tajr, u baqgħu saff saff wara xulxin (fil-mixi tagħhom)
- U meta ġew f'Wied in-Nemel, nemla (minnhom) qalet: €Ja nemel, idħlu fil-bejtiet tagħkom li ma jgħaffżukomx Salamun u l-qawwiet tiegħu, mingħajr ma jintebħu (mhux għaliex iridu jirfsukom)U
- (Salamun) tbissem, daħak għal kliemha u qal: ''Sidi (il- Mulej), ħallini nkun nafħulek tal-grazzja tiegħek miegħi, ma' missieri u ma' ommi, u nagħmel il-ġid li jkun jogħġbok, u bil-Ħniena tiegħek daħħalni fost il-qaddejja ġusti tiegħek
- U (Salamun) spezzjona t-tajr, u qal: 'Għaliex m'iniex nara d-daqquqa tat-toppu/ Jaqaw mhux hawn (i telqet mingħajr il-permess tiegħi)
- Tassew nagħtiha kastig kbir, jew tassew noqtolha, ħlief jekk tiġini b'raġuni tajba (għaliex ma hijiex qiegħda hawnjU)
- (Id-daqquqa tat-toppu) ma damitx imbiegħda, u qalet: SSirt naf b'dak li'inti (Salamun, fl-għerf tiegħek kollu) ma tafx, u ġejt għandek minn (art) Saba (fil-Jemen) b'aħbar li tista' toqgħod fuqha
- Jiena tabilħaqq sibt mara ssaltan fuqhom, li: ngħatat minn kollox, u għandha tron kbir (mill-isbaħ)
- Sibt lilha u lil-niesha mixħutin fl-art iqimu lix-xemx, minflok lil-Alla, u x-Xitan żejnilhom l-għemejjel (fiergħa) tagħhom (biex b'hekk ħasbu li qegħdin jagħmlu sew) u żammhom mit-triq (it-tajba). Għalhekk ma' humiex mexjin sew
- għaliex ma jqimux lil Alla, (Dak) li joħroġ (fid-dieher kulma hu) moħbi fis-smewwiet u fl-art, u li jaf dak li taħbu u dak li turu fil-beraħ
- Alla ma hemmx alla (ieħor) ħliefu Sid it-Tron il- kbirt
- Qal (Salamun lid-daqquqa tat-toppu): 'Se naraw jekk għedtx is-sewwa, jew intix mill-giddibint
- Mur b'dan il-messaġġ tiegħi (f'arr Saba) u wassalhulhom, imbagħad warrab minn ħdejhom u ara x'se jwieġbu
- (is-sultana) qalet: 'Ja kbarat, wasalli tabilħaqq messaġġ ta' ġieħ
- Tabilħaqq huwa (messaġġ) minn Salamun u. (jgħid hekk): 'F'Isem Alla, Kollu Ħniena, il-Ħanin
- Togħlewx fuqi, u ejjew għandi ta' Misilmin (mitluqin f'idejn Alla)i
- Qalet (is-sultana): ''Ja kbarat, għiduli x'għandi nagħmel f'din il-ħaġa tiegħi, (għaliex) jiena ma naqta' xejn mingħajr ma tkunu preżenti miegħi ( 4 tgħiduli x'inhu l- aħjar li jsir)
- (Qaluflha): 'Aħna nies ta' qawwa u qilla kbira' (fir- taqbid), iżda l-amar f'idejkl Mela ara xi trid tamar (u aħna nagħmlu li tqabbadna) U
- Qalet: 'Meta s-slaten jidħlu f'xi belt huma jħarbtuha u jkasbru lill-aqwa fost niesha. Hekk jagħmlu
- Jiena tabilħaqq se nibagħtilhom rigal u (imbagħad) nara b'xiex se jiġu lura l-mibgħutin
- Meta (il-mibgħut tas-sultana ta' Saba) ġie għand Salamun (bir-rigal tagħha, Salamun) qal: 'Qegħdin tagħtuni (dan) il- ġid meta dak li tani Alla huwa aħjar milli ta lilkom Let Intom tifirħu bir-rigal tagħkom (għaliex intom nies li tħobbu l-ġid ta' din id-dinja)
- Erġa' lura għandhoml Aħna: tassew. niġu. għalihom b'qawwiet li: (nieskom) ma jkunux jistgħu għalihom, U noħorġuhom imkasbrin minn hemm (minn Saba), u huma jkunu mċekknint
- Qal (Salamun): ''Ja kbarat, min minnkom iġibli t-tron tagħha, qabel ma jiġu għandi, lesti li joqogħdu għalija
- Għafrit minn fost il-ġinn qal: 'Jiena nġibhulek qabel ma tqum minn postok (minn fuq it-tron tiegħek illejla)l Jiena tabilħaqq qawwi (biżżejjed) għalih (it-tron u nifilħu) u tista' tafdani
- Dak li kellu għarfien mill-Ktieb qal: 'Jiena nġibhulek, f'tebqa ta' għajn minn tiegħekl' U meta (Salamun) rah imqiegħed fis-sod quddiemu, qal: 'Dan (kollu ġej) mil- tjieba ta' Sidi (il-Mulej), biex iġarrabni (u jara) jekk niżżix ħajr, jew inkunx ingrat. U min jiżżi ħajr (lil Alla), jiżżi ħajr għalih innifsu ( 4 għall-ġid tiegħu), u min ikun ingrat, (għandu jkun jaf li) Alla ma jonqsu xejn, u Wisq Ġenerużi
- (Qalċilhom Salamun): ''Agħmlulha t-tron tagħha b'mod li ma tagħrfux u naraw jekk tasalx għas-sewwa, jew tkunx minn dawk li ma jaslux għalih
- Għalhekk meta (is-sultana ta' Saba) ġiet (fil-palazz ta' Salamun). intqal(ilhaj: 'Jaqaw it-tron tiegħek huwa hekk (bħal danjT' Qalet: ''Qisu hul' (Imbagħad Salamun qal): 'Diġà ngħatajna l-għarfien qabilha, u aħna ntlaqna f'idejn Alla, Misilmin
- (filwaqt li) dak li din (is-sultana) kienet tqim, minflok Alla, żammha. lura (mit-twemmin safi). Hija. tabilħaqq kienet (ġejja) minn nies bla twemmin
- Intqalilha: ''Idħol fil-palazzi' U meta ratu ħasbitu baħar kbir, u kixfet saqajha (biex tinżel fih). Qalilha (Salamun): €P)an palazz miksi b'madum tal-ħġieġ Hija qalet: 'Sidi, jiena tabilħaqq inqast lejja nnifsi (meta tajt qima lill-idoliji U (issa), ma' Salamun, noqgħod għal Alla Sid il-ħolqien.' j 4 Aħna tassew bgħatna (ukoll) għand nies Tamid lil ħuhom
- Saliħ (li: qalilhom): ''Qimu. lil Allaf' Iżda huma kienu (maqsumin) f'żewġ ġemgħat jitlewmu bejniethom (uħud jemmnu u oħrajn ma jemmnux)
- Qal(ilhom Saliħ): 'Ja niesi, għaliex tridu tgħaġġlu l-ħażin (il-kastig) qabel it-tajjeb (il-ħniena ta' Alla) 2 Mhux li kontu titolbu maħfra mingħand Alla, biex forsi ssir. ħniena. magħkomf
- Qalu(lu): 'Inti u min għandek miegħek iġġibulna riżq ħażin (u għalhekk hawn nixfa u. waqa' ġuħ. kbirjU' Qal(ilhom Saliħ): ir-riżq tagħkom jinsab. f'idejn. Alla. M'intomx ħlief nies li qegħdin tiġġarrbu (mir-tfesfis tax- Xitan, u għalhekk qegħdin tgħidu dan il-kliem)
- U fil-belt (ta' 'al-Ħiġr) kien hemm disat irġiel li kienu qegħdin jagħmlu ħsara fuq l-art, u mhux il-ġid
- Huma qalu: SEjjew naħilfu lil-xulxin, fuq Alla, li tassew. naħbtu għalih u għal niesu billejl, (rogrluhomt u) imbagħad tassew ngħidu lil qrabatu: 'Aħna ma konniex xhieda tal- qerda (ta' Saliħ u) ta' niesu, (lanqas ma rajna min qatilhom), u qegħdin ngħidu s-sewwal
- Huma nassu (bejniethom: biex joqtlu lil-Saliħ), u Aħna (ikoll) nassasna. (kontrihom. u għaġġilnielhom. il-kastig tagħhom) filwaqt li huma ma. ntebħux (meta u kif se jkun il- kastig)
- Ara (Muħammad) kif kien it-tmiem tat-tnassis tagħhom: Aħna qridna lilhom u lil nieshom kollhal
- Għalhekk dawk huma djarhom, battala (i mġarrfa), talli għamlu l-ħażen. Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal għal nies li jaful
- U ħlisna lil dawk li emmnu (flimkien ma' Saliħ) u kienu jibżgħu minn Alla
- (Ftakar fil-Profeta) Lot; meta qal lil niesu: ''Jaqaw qegħdin tersqu lejn il-faħx b'għajnejkom miftuħa
- Intom qegħdin tersqu lejn l-irġiel, mixtiqin. (għalihom), minflok (ina tersqu) lejn in-nisa (tagħkom). Le. (ma hemmx kliem ieħor:) intom nies ta' injuranza (kbira)l
- U t-tweġiba ta' niesu ma kinitx għajr li qalu: ''Keċċu lil- nies. Lot mill-belt tagħkoml Tabilħaqq huma' nies li jissaffew
- U ħlisna lilu u lil familtu, ħlief lil martu. Aħna qtajnieha li hi tkun mill-megrudini
- U niżżilna fuqhom xita (kbira ta' ġebel u kubrit), U mill-agħar ix-xita ta' l-imwissijinl
- Għid (Muħammad): ''Tifħir lil Alla, u sliem fuq il- qaddejja tiegħu li għażell' Jaqaw Alla huwa aħjar, jew dawk (l-idoli) li jxierku (miegħu, li la jaraw u lanqas jisimgħu)
- Jew min ħalaq is-smewwiet u l-art, u niżżlilkom ilma mis-sema 7 Bih nibbitna (u kabbarna) ġonna sbieħ, (filwaqt li intom) ma għandkomx il-ħila tnibbtu s-siġar tagħhom. Jaqaw hemm xi alla (ieħor) ma' Alla (li għamel. dan) 7 Le (ma hemmx), imma huma nies li jqisu lil Alla u lill-idoli ndaqs
- Jew min qiegħed l-art fis-sod (biex tgħixu fuqha); għadda xmajjar minnha, għamel fiha iġbla ma jitħarrkux, u għamel ilqugħ bejn iż-żewġt ibħra (biex l-ilma ħelu ma jitħallatx mal-mielaħ) 2 Jaqaw hemm xi alla (ieħor) ma' Alla (li għamel dan) 7 Le (ma hemmx), iżda ħafna minnhom ma jafux
- Jew min iwieġeb lil min jinsab fil-ħtieġa, meta jsejjaħlu, ineħħi l-ħażen (i jkun fih) u jagħmel minnkom werrieta ta' l-art 2 Jaqaw hemm xi alla (ieħor) ma' Alla (li għamel dan)) Ftit tiftakrul
- Jew min imexxikom (waqt is-safar tagħkom) fid- dalmiet ta' l-art u l-baħar, u min jibgħat ir-riħ bi bxara tajba qabel il-ħniena tiegħu (ix-xita) 7 Jaqaw hemm xi alla (ieħor) ma' Alla (li għamel dan) 2 Alla huwa ogħla minn dak li jxierku miegħu
- Jew min jibda l-ħolqien, u mbagħad jerġa' jibdieh (wara li dan jintemm), u min jgħajjixkom mis-smewwiet (bix-xita. li: jinżel minnhom) u mill-art (bil-ħxejjex. li jikbru fiha) 2 Jaqaw hemm xi alla (ieħor) ma' Alla (li għamel dan). Għid(ilhom Muħammad): ''Ġibu l-prova tagħkom, jekk qegħdin tgħidu s-sewwal
- Għid(ilhom ukoll): 'Ħadd minn dawk li huma fis- smewwiet u fl-art ma jafu l-mistur, ħlief Alla, u ma jafux meta jitqajmu mill-mewt
- Lel L-għarfien tagħhom ma jasalx (biex jifhem il- Ħajja) l-Oħra, anzi huma jinsabu bejn ħalltejn dwarha. Mhux biss talli huma għomja għaliha (għaliex ma jridux. jafu biha)
- Dawk li ċaħdu t-twemmin jgħidu: 'Jaqaw, meta nsiru trab, flimkien. ma' missirijietna, aħna. tabilħaqq se titqajmu (mill-mewt)
- Aħna u missirijietna tassew konna diġà mwegħdin dan qabel. Dawn huma biss stejjer ta' nies il-qedeml
- (Għidfilhom Muħammad): ''Terrqu fl-art u araw kif kien tmiem il-ħatjin (li giddbu lill-ProfetijU)
- La titnikkitx għalihom, u la tkunx f'diqa minħabba dak li (il-pagani u dawk li ma jemmnux) inassu. (kontrik, għaliex Alla jħarsek minnu)
- Huma jgħidu (b''żebliħ): ''Meta hija din il-wegħda, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa
- Għid(ilhom): ''Għandu mnejn li diġà jinsab. riesaq lejkom xi ħaġa minn dak (il-kastig) li qegħdin tgħaġġlu
- Sidek (il-Mulej) tabilħaqq huwa Kollu Tjieba man-nies (u jdum ma jikkastigahom), iżda ħafna minnhom ma jiżżux ħajr
- U Sidek tabilħaqq jaf x'hemm mistur fi qlubhom u dak li juru
- U ma hemm xejn mistur fis-sema jew fl-art li-ma jinsabx fi ktieb ċar
- Dan il-Qoran tabilħaqq jgħid lil Ulied Israel il-ġrajja ta' ħafna minn dak li huma ma jaqblux fuqu
- u'huwa tmexxija u ħniena għal dawk li jemmnu
- Sidek tabilħaqq jagħmel ħaqq minnhom bil-Ġudizzju tiegħu. Huwa l-Qawwi, li jaf kollox
- Għalhekk (Muħammad) ħalli f'idejn Alla. Inti tinsab fis- sewwa l-aktar ċart
- Inti ma (tistax) issemma' lill-mejtin, u lanqas isemma' s- sejħa (dejn Alla u lejn l-Islam) lit-torox meta huma (jwebbsu rashom u) iwarrbu u jitilqu 'l hemm
- Lanqas ma tmexxi lill-għomja (u tbegħedhom) mit-telfien, uma ssemmax ħlief lil dawk li jemmmu fis-sinjali tagħna, u huma Misilmin (li nrelqu għar-rieda ta' Alla)
- U meta l-kelma (ra' kundanna) taqa' fuqhom, Aħna noħorġulhom bhima mill-art li tkellimhom (u rgħidi/hom) li n-nies ma kinux jemmnu sħiħ fis-sinjali tagħna
- Fil-Jum (ral-Ġudizzju fakkarhom) meta niġbru minn kull ġens ġemgħa minn dawk li jgiddbu s-sinjali tagħna, u jitwaddbu (bil-herra 1. bl-istmerrija: lejn. il-post. tal- Ġudizzju)
- Hekk kif jaslu. (quddiem Alla) jgħidfilhom): 'Jaqaw giddibtu s-sinjali tiegħi. meta. ma. kellkomx għarfien dwarhom' Jew x'kontu qegħdin tagħmlu
- U l-kelma (ta' kundanna) taqa' fuqhom tal-ħażen li għamlu, u huma ma (jkunu jistgħu) jgħidu (xejn, għaliex ma ) jkollhom ebda skuża
- Mela ma jarawx li Aħna għamilna l-lejl (mudlam) biex.) jistrieħu fih, u n-nhar imdawwal (biex jaraw u jkunu jistgħu jagħmlu ħidmiethom) 2 Tabilħaqq li f'dan hawn sinjali għal nies li jemmnu
- Fil-Jum li tindaqq it-trumbetta, jitwerwer (kuljmin jinsab fis-sema u min jinsab fl-art, ħlief min Alla jkun irid (jeħles minn dan il-biża'), u Ikoll jiġu għandu mċekknin
- U tara l-iġbla, li: taħsibhom ma jitħarrkux, huma u għaddejjin bħas-sħab. (Dar hu) l-għemil ta' Alla, li jagħmel kollox sew. Huwa jaf sew b'dak (kollu) li tagħmlu (u se titħallsu tiegħu)
- Min (f'Jum il-Ħaqq) jiġi bl-għemil it-tajjeb, huwa jkollu aħjar minnu, u dakinhar ikunu mħarsin mill-biża
- U min jiġi bl-għemil il-ħażin (u jxierek allat oħra ma' Alla, nies bħal dan) jinxteħtu wiċċhom 'l isfel fin-Nar (u jingħad lilhom): 'Jaqaw se titħallsu (ta' xi ħaġa) ħlief ta' dak li kontu tagħmlu
- (Muħammad, għidilhom. lil niesek f'Mekka): 'Jiena ngħatajt biss l-amar biex inqim (/i/ A/la) Sid din il-belt, Dak li qaddisha (u ma jridx tixrid ta' demm fiha), u li kollox huwa tiegħu. U ngħatajt (ukolf) l-amar li nkun fost il- Misilmin
- (ulinaqra l-Qoran.' Min jaqbad it-triq it-tajba, ikun qabadha għalih innifsu, u min jintilef, għidlu Muħammad): 'Jiena biss wieħed minn dawk li jwissu
- U għid (ukoll): ''Tifħir lil Allat Se jurikom is-sinjali tiegħu u se tagħrfuhom (iżda dakinhar iku tard wisq għalikom). Sidkom (il-Mulej) ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu