29.The Spider

  1. WI Lam, Mim
  2. Jaqaw in-nies ħasbu li se jitħallew jgħidu: 'Nemmnu' mingħajr ma jiġġarrbu (biex naraw kemm tassew jemmnu)
  3. Aħna tassew ġarrabna lil ta' qabilhom, u Alla tassew jaf lil dawk li qalu s-sewwa, u jaf lill-giddibin
  4. Jaqaw dawk li jagħmlu l-ħażen ħasbu li se jaqbżulna (i ma jeħdux il-kastig) 7 Ħażin il-ħsieb tagħhom
  5. Min jittama fil-laqgħa ma' Alla (għandu jkun jaf li) tabilħaqq iż-żmien ta' Alla ġej (meta r-rebħa tkun tat-tajbin fid-dinja, u jkollhom il-premju f'Jum il-Qawmienjt Huwa li jisma' kollox u jaf kollox)
  6. (Min iħabrek fbiex jimxi fit-twemmin ta' Alla), iħabrek (għall-ġid spiritwali) tiegħu nnifsu. Tabilħaqq li Alla ma jeħtieġx il-ħolqien (tiegħu)
  7. U dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, Aħna tassew inħassrulhom dnubiethom u tassew inħallsuhom ta' l-aħjar (għemejjel) li kienu jagħmlu
  8. L-amar tagħna lill-bniedem huwa li juri tjubija mal- ġenituri tiegħu, iżda jekk jagħfsuk biex ixxierek miegħi dak li ma għandekx għarfien dwaru, tismax minnhoml Lejja terġgħu lura, u (dakinhar) inħabbrilkom dak li kontu tagħmlu
  9. Lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba tassew indaħħluhom mal-ġusti
  10. Fost in-nies hemm min jgħid: 'Nemmnu f'Alla,' iżda meta tmisshom xi tbatija, għal Alla (minħabba t-twemmin tagħhom), huma jagħmlu t-tiġrib tan-nies (l-oħra kontrihom) bħallikieku kien il-kastig ta' Alla (u malajr jaqtgħu jieshom għal kollox). U meta tiġi għajnuna minn Sidek, tassew jgħidu(/ek Muħammad): ''Aħna tabilħaqq konna magħkomf' Jaqaw Alla ma jafx aktar b'dak li hemm fi qlub il-ħolqien (fiegħu kolli)
  11. Alla tassew jaf lil-dawk li jemmnu, u tassew jaf lil dawk ta' wiċċ b'ieħor
  12. Dawk li ċaħdu t-twemmin jgħidu lil dawk li jemmnu: Imxu fit-triq tagħna, u aħna nġorru l-ħtijiet tagħkom. ' Huma ma jġorru xejn mill-ħtijiet tagħhom. Huma tabilħaqq giddibin
  13. Huma tassew għad iġorru t-toqol tagħhom, u toqol (ieħor) mat-toqol tagħhom, u tassew ikunu mistoqsijin f'Jum il-Qawmien dwar dak li kienu jaqilgħu minn żniedhom
  14. Aħna tabilħaqq bgħatna lil-Noċ għand niesu u baqa' magħhom (iħabbrilhom it-twemmin. safi u jwissihom, għal) elf sena neqsin ħamsin. U ħadhom l-għargħar (għal għarrieda) meta kienu ħżiena
  15. Għalhekk ħlisna lilu u lil dawk li kienu fl-arka u (dik il- ġrajja) għamilnieha sinjal għall-ħolqien (kollu)
  16. U (konna bgħatna wkoll) lil-Abraham, meta qal lil niesu: SQimu lil Alla u ibżgħu minnul Dan ikun aħjar għalikom (mill-qima li tagħtu lill-idoli), li kieku kontu taful
  17. Intom qegħdin tqimu biss idoli, minflok lil-Alla, u taqilgħu l-gideb, Tabilħaqq li dawk. li. tqimu, minflok Alla, ma għandhomx ġid x'jagħtukom, u għalhekk fittxu l-għajxien (tagħkom) mingħand Alla, qimuh u iżżuh ħajrl Lejh għad titreġġgħu lura (u Huwa jagħmel il-kontijiet magħkom)l
  18. U jekk tgiddbu (lill-Mibgħutin tagħna i. tiċħduhom, kunu afu li) qabilkom ġnus (oħra wkoll) giddbufhom u t- tmiem tagħhom kien mill-agħar). Dmir il-Mibgħut huwa biss li jħabbar biċ-ċar
  19. Mela ma jarawx kif. Alla jibda l-ħolqien, u mbagħad jerġa' jibdieh. Tabilħaqq li dak għal Alla huwa ħafif
  20. Għid(ilhom Muħammad lil dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet): 'Terrqu fl-art u araw kif Alla beda l- J ħolqien. Imbagħad Alla, (meta jerġa jqajjem lil kulħadd mill-mewt) jagħmel l-aħħar ħolqien. Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan
  21. Huwa jikkastiga lil-min irid, u jħenn għal min irid, u Iejh titreġġgħu lura (f'Jum il-Qawrmien)
  22. U intom ma taħarbux (il-kastig ta' Alla), la fuq l-art u lanqas. fis-sema, u' mingħajr Alla la għandkom min iħariskom u lanqas min jgħinkom
  23. Dawkeli jiċħdu s-sinjali ta' Alla u l-laqgħa miegħu, dawk huma li qatgħu jieshom mill-ħniena tiegħi, u dawk għandhom kastig ta' wġigħ
  24. lttweġiba ta' niesu ma kinitx għajr li qalu: 'Oqtluh jew aħarquh (biex neħilsu minnu u nistrieħu minn kliemujf' U Alla ħelsu min-nar (li huma kebbsu għalih). F'dan tabilħaqq hawn sinjali għal nies li jemmnu
  25. Qal (Abraham): ''Intom' ma ħadtux lill-idoli (bħala allat) minflok lil Alla jekk mhux b'turija ta' mħabba lejn xulxin. fil-ħajja (f'din) id-dinja. Imbagħad f'Jum. il- Qawmien. tiċħdu lil xulxin; u tisħtu lil-xulxin, u l- għamara tagħkom ikun fin-Nar. Ma jkollkomx min jaqbeż għalikom
  26. Lotemmen fih (f'Abraham), u qal(lu Abraham): ''Jiena se nitlaq minn arti għal Sidi (il-Mulej biex inxandar il- twemmin safi). Huwa tabilħaqq il-Qawwi u l-Għaref
  27. U (lil Abraham) tajnieh lil Iżakk u lil Ġakobb, u f'nislu qegħedna l-profezija u l-Ktieb, u tajnieh ħlasu fid-dinja. Tabilħaqq li fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) huwa jkun mal- ġusti
  28. U (fiakar) f'Lot meta qal lil niesu: 'Intom tajtuha għall- faħx li ħadd qabilkom fil-ħolqien ma għamel bħalu
  29. Intom tersqu lejn l-irġiel (l-oħra bħalkom biex ikollkom x'taqsmu magħhom, barra li) tisirqu (u toqtlu) lin-nies (waqt li jterrqu) fit-toroq; u tagħmlu għemejjel koroh fil- laqgħat tagħkom. Iżda t-tweġiba: ta' niesu ma' kinitx għajr li qalu(/u b'żebliħ): ''Ġibilna l-kastig ta' Alla (/i qiegħed theddidna bih), jekk qiegħed tgħid is-sewwal
  30. (Lot) qal: 'Sidi (il-Mulej), agħtini r-rebħa fuq nies il- ħsara
  31. Meta l-Mibgħutin tagħna (/i kienx anġli) ġew għand Abraham: bil-bxara t-tajba (tat-twelid ta' ibnu Iżakk) qalu(/u): ''Aħna se neqirdu nies din il-belt (ta' Sodoma). Tabilħaqq li niesha huma ħżiena
  32. Qal (Abraham, imnikket): ''Hemm Lot fiha.' Qalu(lu l- Mibgħutin ta' Alla): 'Aħna nafu aktar b'min jinsab fihal Aħna tassew se neħilsu lilu u lil niesu, ħlief lil martu, għaliex tkun ma' dawk li jibqgħu lura u jinqerdu
  33. Meta l-Mibgħutin tagħna ġew għand Lot (f'għamla ta' żgħażagħ ' sbieħ) huwa tnikket għalihom, uu ddejjaq għaliex ħass li ma setax iħarishom (mill-ħażen ta' niesu li seta' jiġi fuqhom). Iżda huma qalu(lu): ''La tibżax, u la titnikkitxi Aħna se neħilsu lilek u lil niesek, ħlief lil martek, li tkun ma' dawk li jibqgħu lura u jinqerdu
  34. Aħna tabilħaqq se nniżżlu fuq nies din il-belt kastig mis-sema tal-ħażen li qegħdin jagħmlu
  35. Minnha (il-belt ta' Sodoma) tassew għamilna sinjal ċar għal nies bil-għaqal
  36. U lil (nies) Madjan (bgħatnielhom) lil ħuhom Xugħajb u qal/i/hom): 'Ja niesi, qimu lil Alla, ittamaw fl-Aħħar Jum, u tagħmlux ħażen fuq l-art bil-ħsara tagħkoml
  37. Iżda giddbuh, u ħadithom it-tregħida (l-kbira għal għarrieda li ħasdithom), u mas-sebħ kienu mixħutin (fl- art, mejtin) fi djarhom
  38. U (ftakar) f'Għad u f'Tamiud. Tassew jidher ċar għalikom: (dak li ġralhom minn. dak li baqa') minn djarhom. Ix-Xitan żejnilhom l-għemejjel (ħżiena) tagħhom (hekk li tgħaxxqu bihom) u żammhom mit-triq (tas-sewwa), minkejja li kien jilħqilhom (u kienu jafu x'qegħdin jagħmlu)
  39. (Ftakar. ukoll, Muħammad) f'Qarun, fil-Fargħun, u f'Haman (il-ministru tiegħu). Mosċ ġiehom bis-sinjali ċ- ċari, u huma tkabbru fuq l-art, iżda ma setgħux jaqbżufIna u jaħarbu l-kastig tagħna
  40. U lil kull wieħed ikkastigajna minħabba d-dnub tiegħu; lil uħud minnhom bgħatnielhom riefnu u xita ta' ġebel, oħrajn ħadhom ħoss qawwi (għal għarrieda), oħrajn ġegħelna l-art. tiblagħhom, filwaqt li: oħrajn għerriqniehom. Mhux Alla li naqas lejhom (mera kkastigahom) iżda kienu huma li naqsu lejhom infushom tur kien jistħoqqilhom il-kastig
  41. Dawk (il-pagani) li ħadu lil ħaddieħor biex jaqbeż għalihom, minflok lil Alla, jixbhu lil brimba li bniet bejta (għanqbuta), u tabilħaqq li l-aktar dgħajfa fost il-bejtiet hija l-bejta tal-brimba, li kieku kienu jafu (x'qegħdin iqimu)
  42. Tabilħaqq li Alla jaf xi jsejħu minfloku, u Huwa l- Qawwi u l-Għaref
  43. Dawn huma t-tixbihat li nxebbhu għan-nies, iżda ma jifhmuhomx għajr l-għorrief
  44. Alla ħalaq is-smewwiet u l-art bis-sewwa. F'dan (il- ħolqien kollu) tassew hawn sinjal (ta' Alla Wieħed) għal mih jemmen
  45. Ħabbar (Muħammad) dak li tnebbaħlek mill-Ktieb, u agħmel it-talbl Tabilħaqq li t-talb ibiegħed l-għemejjel faħxija u l-ħażen. It-tifkira ta' Alla hija l-akbar (ħaġa li tista' tagħmel). Alla jaf x'qegħdin tagħmlu
  46. U tħaqquhiex ma' Nies il-Ktieb (l-Insara u l-Lhud) I jekk mhux b'dak li huwa aħjar (u b'mod xieraq), ħlief ma' dawk minnhom .li jagħmlu l-ħażen fu jitqabdu b'kefrija kontrikom). Għidu(lhom): 'Nemmnu f'dak (il- Qoran) li tniżżel lilna u (fit-Tora u l-Evanġelju li) tniżżel lilkom, u Alla tagħna u Alla tagħkom huwa Wieħed, u I aħna ntlaqna f'idejh (Misilmin)
  47. Hekk niżżilnielek (Muħammad) il-Ktieb. U dawk (il- Lhud u l-Insara) li tajniehom il-Ktieb (it-Tora u l- Evanġelju) jemmnu fih (il-Qoran), u fost dawn (il-pagani f'Mekka) ukoll hemm min jemmen fih. Ma jiċħdux is- sinjali tagħna jekk mhux dawk li ma jemmnux
  48. Inti (Muħammad) ma kont taqra ebda ktieb qablu (dan il-Qoran), u lanqas ma ktibt (ebda ktieb) bil-leminija tiegħek. Inkella nies il-frugħa kienu jkunu bejn ħalltejn (u jaħsbu li l-Qoran ikkupjajtu mill-Kotba mqaddsa li niżlu qablu)
  49. Iżda (il-Qoran ma huwiex hekk, imma) huwa sinjali ċari (mqiegħda) fi qlub dawk li ngħataw l-għarfien, Ma jiċħdux is-sinjali tagħna jekk mhux il-ħżiena
  50. (il-pagani f'Mekka) qalu: 'Għaliex ma tniżżlux fuqu sinjali minn Sidu 7' Għid(ilhom Muħammad): 'Is-sinjali huma għand Alla, u jiena biss wieħed li jwissi biċ-ċar. (dwar il-kastig imħejji għall-ħżiena)
  51. Jaqaw ma huwiex biżżejjed għalihom li Aħna niżżilnielek il-Ktieb, u li (issa) jinqralhom 2 Tabilħaqq li f'dan (il-Ktieb) hawn ħniena (għaliex jeħles lill-bniedem mit-telfien) u tifkira għal nies li jemmnu
  52. Għid (Muħammad lill-pagani): 'Alla huwa biżżejjed bħala xhud bejni u bejnkom (li jiena qiegħed inxandar is- sewwa tiegħu). Huwa jaf b'dak li hemm fis-smewwiet u fl-art (u jekk qiegħed nigdeb, jikkastigani). U dawk li jemmnu fil-frugħat (ta' l-idoli), u jiċħdu lil Alla, dawk huma t-tellifini
  53. Huma jriduk (Muħammad) tgħaġġlilhom il-kastig, u li kieku ma hemmx żmien maħsub (għal meta tasal is- Siegħa tagħhom), il-kastig kien tassew jiġihomt Huwa tassew jiġi fuqhom għal għarrieda mingħajr ma jintebħu
  54. Huma jriduk tgħaġġlilhom il-kastig, u l-Infern tabilħaqq se jdawwar minn kullimkien lil dawk li ma jemmnux
  55. fil-Jum meta l-kastig idawwarhom; minn fuqhom u minn taħt riġlejhom, u (Alla) jgħid(ilhom): 'Duqu dak (il- ħażen) li kontu tagħmlu
  56. Ja qaddejja tiegħi li temmnu, l-art tiegħi: tabilħaqq wiesgħa, u għalhekk lili qimul
  57. Kullruħidduq il-mewt, imbagħad lejna titreġġgħu lura
  58. Dawk li jemmnu u jagħmlu t-tajjeb, tassew inqegħduhom f'għamajjar fil-Ġenna; bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jibqgħu għal dejjem. Tassew sabiħ il- ħlas ta' dawk li jagħmlu (it-rajjeb)
  59. lijistabru u jħallu f'idejn Sidhom
  60. U kemm-il ħliqa (dgħajfa) ma: ġġorrx. l-għajxien tagħhal Alla jagħti lilha u lilkom l-għajxien. Huwa jisma' kollox u jaf kollox
  61. Jekk (lill-pagani) tistaqsihom min ħalaq is-smewwiet u l-art, u qiegħed ix-xemx u l-qamar taħt is-setgħa (tiegħu), huma tassew jgħidu: 'Allal' Mela kif jitqarrqu (meta jafir l-verità)
  62. Alla jkattar il-ġid tiegħu fuq min irid mill-qaddejja tiegħu, kif ukoll inaqqsu (il min jidhirlu). Alla tabilħaqq jaf b'kollox
  63. U jekk (lill-pagani) tistaqsihom min iniżżel l-ilma mis- sema, u bih jagħti l-ħajja lill-art wara mewtha, huma tassew jgħidu: 'Allat' Għid (Muħammad): ''Tifħir lil Allat' Iżda ħafna minnhom ma jifhmux
  64. Il-ħajja (f'din) id-dinja ma hijiex għajr mogħdija ta' żmien u logħob: Id-Dar (fil-Ħajja) l-Oħra dik hija l-Ħajja tassew, li kieku kienu jaful
  65. Meta (il-pagani) jitilgħu fuq ġifen (biex ibaħħru, fil-biża' tagħhom. mill-għarqa: tismagħhom). isejħu. lil Alla u joqogħdu għad-din tiegħu biss. Iżda meta jeħlishom (mill għawġ tal-baħar u jġibhom) lejn l-art, arahom ixierku (allat oħra) miegħu
  66. Ħallihom jiċħdu dak (il-ġid (i għamilna magħhom u) li tajniehom, u. ħallihom igawdu (fżit ieħor f'din. id-dinja' Dalwaqt) sa jkunu jafu (x''ġej għalihom)l
  67. Mela ma jarawx li (f'Mekka) għamilna mkien imqaddes u fis-sod. (imħares. mis-serg u mill-qtil; u li: Mekka għamilnieha art imqaddsa) tilwaqt li madwarhom in-nies qegħdin jinħatfu (inn djarhom u jinqatlu/) Jaqaw dawn (minkejja dan kollu, jibqgħu) jemmnu fil-qerg u jiċħdu l- grazzja ta' Alla
  68. U min huwa agħar minn dak.li jaqla' minn żniedu l-gideb dwar Alla, u jgiddeb is-sewwa meta jasallu 7 Jaqaw l-Infern ma huwiex l-għamara ta' dawk bla twemmin
  69. U lil dawk li jħabirku għalina, immexxuhom fit-toroq tagħna. Alla tabilħaqq huwa ma' dawk li jagħmlu l-ġid