3.The Family of Imraan
- Alif Lam. Mim
- Alla ma hemmx alla ħliefu il-Ħaj, Dak li jżomm minnu nnifsu għal dejjem
- Huwa niżżel fuqek (Muħammad) il-Ktieb (il-Qoran) bis-sewwa, li jseddaq dawk (il-Korba li niżlu) qablu. U niżżel it-Tord u l-Evanġelju
- qabel, bħala tmexxija tajba għan-nies, u niżżel il-Qjies (li hu l-Qoran, li juri t-tajjeb u l-ħażin). Dawk li jiċħdu r- Rivelazzjoni ta' Alla għandhom kastig qalil. Alla Qawwi u jpattiha (lill-ħżiena b''kastig aħrax)
- Tabilħaqq li ma hemm xejn moħbi minn Alla, la fl-art u lanqas fis-sema
- Huwa li jsawwarkom fil-ġwief, kif irid. Ma hemmx alla ħliefu il-Felħan, l-Għaref
- Huwa li niżżel fuqek (Muħammad) il-Ktieb. Fih hemm versi li t-tifsir tagħhom huwa mill-aktar ċar huma Omm il-Ktieb. (Versi) oħra jista' jkollhom aktar minn tifsira waħda, Issa dawk li fi qlubhom hemm l-għawġ, (arahom) jimxu fuq dawk (il-versi) li jista' jkollhom aktar minn tifsira waħda, għaliex iridu (joħolqu) it-taħwid, u jridu (mingħalihom) ifissruhom. Ħadd ħlief Alla ma jaf it-tifsir (sħiħ) tagħhom. Dawk midħla sew ta' l-għerf jgħidu: ĊNemmnu fih fil-Krieb). Kollu fġej) mingħand Sidnaf' Iżda ħadd ma jżomm f'rasu (dan il-kliem) għajr dawk ta' dehen
- (Huma jgħidu:) ''Sidna, la tħallix. li-qlubna. jitilfu triqithom. wara li qabbadina t-triq it-tajba, u agħtina ħniena mingħandek. Inti. tabilħaqq tagħti: b'idejk miftuħin
- Sidna, inti tiġma' n-nies għal Jum li ma hemmx dubju dwaru.'' Alla tabilħaqq ma jiksirx il-wegħda
- Dawkeli-ma' jemmnux xejn ma jħarishom' ġidhom, u I lanqas uliedhom, minn Alla (u mill-kastig tiegħu). Dawk. l huma ħatab in-Nar
- Bħal (dak li ġara lil) nies il-Fargħun, u lil-dawk ta' qabilhom: Huma giddbu s-sinjali tagħna, u Alla ħadhom bi dnubiethom. Alla Qalil fil-kastig
- Għid (Muħammad) lil-dawk li- ma jemmnux: ''Se tingħelbu, u. tinġabru għall-Infern. Ta' għajb il-friex (tagħkom fin-Nar)
- Diġà kellkom sinjal (ta' dan) f'żewġ ġemgħat. li Itaqgħu (fit-taqbida ta' Badr): ġemgħa (ta' Misilmin) tqabdet għal Alla, u oħra (dik tal-pagani mit-tribi ta' Qurajx minn Mekka) li ma temminx. (Is-suldati paġani) raw b'għajnejhom stess li (l-arrrata Misilma) kienet id- doppju tagħhom. Alla jsaħħaħ bl-għajnuna tiegħu lil-min irid. F'dan. tabilħaqq hawn tagħlima għal dawk li għandhom għajnejn biex jaraw (u jifhmu)
- Iżżejnet lin-nies l-imħabba tax-xewat (imqanqla) min- nisa, l-ulied, il-qnatar fuq qnatar ta' deheb u fidda, iż- żwiemel immarkati (għaliex. tar-razza), il-frat u l- għelieqi. Din hija t-tgawdija (fiergħa) tal-ħajja ta' din id- dinja, Għand Alla l-aħjar wasla u ħlas (għaż-rajbin)
- (Għidilhom: Muħammad): ''Triduni ngħarrafkom b'dak li hu aħjar minn dawk (il-ħwejjeġ fiergħa) 7 Għal dawk li jibżgħu (inn Ala) għand Sidhom hemm Ġonna bix- xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. (Hemm ikollhom) nisa safjin u l-għaxqa minn Alla. Alla jara sew il-qaddejja (tiegħu)
- (Huma) dawk li: jgħidu: 'Sidna, aħna tabilħaqq nemmnu. Mela aħfrilna dnubietna u ħarisna mill-kastig tan-Nar
- (Huma) dawk li jistabru (fis-sewwa u fid-dnewwa), li jgħidu s-sewwa (u jagħmlu l-ġid); li joqogħdu (għal Alla) bil-qima, li jonfqu (fil-karità) u li jitolbu l-maħfra maż- żerniq
- Alla jixhed li tabilħaqq ma hemmx alla ħliefu, (u hekk ukoll jixhdu) l-anġli u dawk mogħnija bl-għerf. Huwa jimxi bil-ġustizzja. Ma hemmx alla ħliefu il-Qawwi, l- Għaref
- Id-din (tassew) għand Alla huwa l-Islam. Dawk (il- Lhud u l-Insara) li ngħataw il-Ktieb ma tlewmux jekk mhux wara li kien ġiehom l-għerf, minħabba l-inġustizzja kontra xulxin. Min jiċħad is-sinjali ta' Alla, (jeħtieġ jiftakar li) Allà tabilħaqq malajr jagħmel il-kontijiet
- Għalhekk. (Muħammad), jekk. (il-Lhud u l-Insara) iħaqquha miegħek. (dwar. l-Islam); għidilhom: ''Intlaqt f'idejn Alla, u anki dawk li jimxu warajja.' U għid lil dawk (il-Lhud u l-Insara) li ngħataw il-Ktieb u lil dawk (il-pagani) bla tagħlim: 'Jaqaw intlaqtu (intom ukoll) f'idejn Alla 7' Jekk isiru Misilmin, ikunu fit-triq it-tajba, u jekk jagħtu daharhom. (u ma jagħtux widen), dmirek ikun biss (Żi twasslilhom) it-taħbira. Alla jara sew lill- qaddejja (tiegħu)
- Tabilħaqq li (fil) dawk li jiċħdu s-sinjali ta' Alla, joqtlu l-Profeti mingħajr ħaqq, u joqtlu lil dawk fost in-nies li jamru l-ġustizzja, ħabbrilhom kastig ta' wġigħ (li ġej fuqhom)
- Huma dawk li l-għemejjel tagħhom f'din id-dinja u fl- Oħra sfaw fix-xejn, u ma għandhomx min jgħinhom
- Mela ma tajtx (x'ġara, Muħammad) lil dawk (il-Lhud) li ngħataw sehem mill-Ktieb 2 Huma kienu msejħa lejn il- Ktieb ta' Alla biex jagħmel ħaqq minnhom. imbagħad ġemgħa minnhom tat daharha (ma tatx widen) u warrbet (il-kelma ta' Alla)
- Dak għaliex huma qalu: ''Ma huwiex se jmissna n-Nar, ħlief għal xi jiem magħduda Dak li kienu jaqilgħu minn żniedhom qarraq bihom dwar ir-reliġjon tagħhom
- U kif (se jibqgħu) meta niġimgħuhom għal (dak il-) Jum li ma hemmx dubju dwaru (tal-Qawmien mill- imwiet, meta) kull ruħ titħallas ta' dak li kisbet, u ma ssirx inġustizzja magħhom
- Għid: 'O Alla, Sid is-saltna (u l-qawwa), Inti tagħti s- saltna lil min trid, u tneżża' mis-saltna lil-min trid. Inti tagħti ġieħ lil min trid, u tkasbar lil min trid. F'idek il- ġid. Inti tabilħaqq fuq kollox Setgħan
- Inti ddaħħal il-lejl fin-nhar, u ddaħħal in-nhar fil-lejl; toħroġ il-ħaj mill-mejjet, u toħroġ il-mejjet mill-ħaj. Inti tagħti l-ġid lil min trid, bla qjies
- Dawk li jemmnu ma għandhomx jieħdu b'alleati tagħhom lil dawk li ma jemmnux, minflok (ma jieħdu lil dawk bħalhom) li emmnu. Min jagħmel hekk, ma huwa f'xejn ma' Alla, ħlief biex titħarsu minnhom (jekk ikun hemm bżonn). Alla jwissikom biex tibżgħu minnu, Lura lejn Alla t-tmiem (ta' kull bniedem fl-Aħħar Jum)
- Għid (Muħammad): ''Sew jekk taħbu dak li għandkom fi qlubkom, u sew jekk turuh, Alla jaf bih, u jaf b'dak li hemm fis-smewwiet u b'dak li hemm fl-art. Alla fuq kollox Setgħan
- Fil-Jum meta kull ruħ issib quddiemha. t-tajjeb. li għamlet u l-ħażin li għamlet, hija tkun tixtieq li kieku bejnha u bejnu (il-ħażen tagħha) kien hemm bogħod bla tarf. Alla jwissikom biex minnu tibżgħu. Alla huwa Kollu Tjubija mal-qaddejja (tiegħu)
- Għid (Muħammad): ''Jekk tħobbu lil Alla, mela imxu warajja. Alla jħobbkom u jaħfrilkom dnubietkom. Alla Kollu Maħfra, Ħanin
- Għid (Muħammad): ''Obdu lil Alla u lill-Mibgħut (tiegħu)i' U jekk jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen), Alla ma jħobbx lil dawk li ma jemmnux
- Alla. tabilħaqq għażel lil Adam, lil Noċ, lil nies Abraham' u lil-nies Għimran (missier Marija) fuq il- ħlejjaq (tiegħu kollha)
- (biex ikunu) in-nisel, wieħed mill-ieħor. Alla jisma' kollox u jaf b'kollox
- (Ftakar Muħammad) meta mart Għimran qalet: 'Sidi, jiena nwiegħdek dak li għandi fil-ġuf tiegħi, ħieles (u mogħti. għal kollox għalik). Mela ilqa' (dan) minni Tabilħaqq Inti tisma' kollox u taf b'kollox
- Meta wellditha (lil Marija), qalet (b'sogħba): 'Sidi, wellidt tifla ' Alla jaf aktar (minnha) b'dak li welldet, u r-raġel. ma: huwiex bħall-mara. (Jiena. tabilħaqq semmejtha. Marija, u tabilħaqq inqiegħed lilha u. lil nisilha taħt il-ħarsien tiegħek mix-Xitan il-misħut)
- Sidha laqagħha tajjeb (lil Marija), u ra li tikber sewwa. Huwa għaddieha għall-ħarsien ta' Żakkarija. Kull meta Żakkarija daħal għandha, f'kamritha tat-talb, kien isib li għandha kulma teħtieġ għall-għajxien (saħansitra frott barra żmienu). Qalfilha): Marija, minn fejn (jiġik) dan 7' Qalet: 'Huwa mingħand Alla. Alla jagħti l-ġid (tiegħu) lil min irid, bla qjies
- Hemm talab Żakkarija lil Sidu u qal: 'Sidi, agħtini mingħandek nisel tajjeb. Inti tabilħaqq tisma' t-talb
- U l-anġli sejħulu, waqt li kien wieqaf jitlob fil-kamra tat-talb: (u: qalulu): ''Alla jagħtik il-bxara t-tajba ta' Ġwanni, li (jiġi biex) iseddaq kelma minn Alla u (jkun) sid (fost niesu), kollu safa, Profeta, u wieħed mix-xirka tat-tajbin
- Qal (Żakkarija): ''Sidi, kif (jista') ikolli iben meta xjaħt, u marti ma jistax ikollha tfal 7 Qal: 'Hekk (iseħħ); Alla jagħmel dak li jridf
- Qal: ''Sidi, agħtini sinjal. ' Qal: ''Is-sinjal tiegħek ikun li ma tkellimx lin-nies għal tlett ijiem, ħlief bis-sinjali. U ftakar ħafna: f'Sidek, u sebbaħ (Żilu) filgħaxija u filgħodu
- U (ftakar Muħammad) meta l-anġli qalu: ''Marija, Alla tabilħaqq għażlek u saffiek; Huwa għażlek fuq in-nisa tal-ħolqien (kollu)
- UMarija, qim lil Sidek, u nxteħet fl-art (fit-talb), u mil ma' dawk li jmilul
- Dawk huma wħud mill-ġrajjiet tal-ħwejjeġ mistura li Aħna nnebbħulek (Muħammad, u ngħallmuk). Inti ma kontx magħhom: (ir-rabbini tal-Lhud) meta tefeħu l- pinen (tal-kitba biex itellgħu x-xorti sabiex jaraw) min minnhom jieħu ħsieb Marija, u ma kontx magħhom meta tlewmu (dwar dan)
- (Ftakar) meta l-anġli qalu: ''Marija, Alla tabilħaqq jagħtik il-bxara t-tajba ta' Kelma minnu: Ismu (jkwi) il- Messija Ġesii bin Marija, mogħti ġieħ f'(din) id-dinja u fl-Oħra, u (jkun) minn dawk l-eqreb (/ejn Alla)
- Huwa jkellem lin-nies. mill-benniena (tiegħu), u (ikellimhom ukoll) meta jikber, u (jkun) mit-tajbin
- Qalet (Marija): ''Sidi, kif ikolli iben meta ebda bniedem ma messnit' Qalilha): 'Hekk (iseħħ): Alla joħloq dak li jrid. Meta jaqta' (fi għandha sseħħ) xi ħaġa, biżżejjed jgħidilha: 'Kunt' u tkun
- (Alla) jgħallmu. l-kitba, l-għerf, it-Tora u l- Evanġelju
- u (jaħtru) Mibgħut għal għand Ulied Israel (b'dan il- messaġġ): 'Jiena ġibtilkom sinjal minn Sidkom. Jiena noħolqilkom mit-tajn xbieha ta' tajra, nonfoħ fiha u tkun tajra. (ħajja), bir-rieda ta' Alla. Jiena nfejjaq lill-agħma mit-twelid u lill-imġiddem, u nqajjem. lill-mejtin, bir- rieda ta' Alla. Jiena nbassrilkom dak li tieklu u dak li tgeddsu fi djarkom. Tabilħaqq li f'dan (kollu) għandkom sinjal, li kieku kontu temmnu
- (Jiena ġejt) biex inseddaq dak li kien qabli, mit-Tora, u biex nippermettilkom xi ħwejjeġ li (qabel) kienu projbiti għalikom. U ġibtilkom sinjal minn Sidkom. Mela ibżgħu minn Alla, u obdunil
- Allatabilħaqq Sidi u Sidkom, mela qimuhl Din hija triq dritta
- U meta Ġest ħass fihom. (il-Lhud) iċ-ċaħda tat- twemmin, qal: ''Min (huma) dawk li jimxu warajja u jgħinuni (fil-ħidma) ta' Alla 7' Id-dixxipli (tiegħu) qalu: ċAħna dawk li nżommu ma' Alla. Aħna nemmnu f'Alla; u inti (Ġesi) ixhed li aħna Misilmin (għaliex intlaqna f'idejn Alla)
- Sidna, aħna nemmnu. f'dak li niżżilt (il-Kotba Mqaddsa), u nimxu wara l-Mibgħut. (tiegħek). Mela iktibna max-xhieda (li jixhdu għas-sewwa)
- U (dawk il-Lhud li m'emmmux) nassu (u ħadmu minn taħt biex joqtlu lil Ġesit), u Alla (ukoll) nassas. Alla huwa l-Aqwa fost dawk li jnassu
- (Ftakar, Muħammad) meta Alla qal: ''Ġesii, Jiena tabilħaqq se nieħdok lura (mid-dinja), nerfgħek lejja u nsaffik minn dawk li ma jemmnux. Jiena ngħolli lil dawk li mxew warajk fuq dawk li m'emmnux, sa Jum il- Qawmien. Imbagħad għandi terġgħu lura (kollha kemm intom), u nagħmel ħaqq minnkom fuq dak li kontu titlewmu dwaru
- U dawk li m'emmnux nikkastigahom b'kastig qalil f'(din) id-dinja u fl-Oħra, u ma jkollhomx min jgħinhom
- Iżda dawk li emmnu, u għamlu għemejjel tajba, ( 4//a) jagħtihom: ħlasijiethom: kollha. Alla ma jħobbx lill- ħżiena
- (Muħammad): dan li qed naqrawlek. huwa mir- Rivelazzjoni (tagħna) u tifkira ta' għerf
- Tabilħaqq li Ġest, għal Alla, huwa bħal Adam: Huwa ħalqu minn trab, imbagħad qallu: 'Kunf' u kien
- (Muħammad, dan huwa) is-sewwa mingħand Sidek. Mela la tkunx minn dawk ta' bejn ħalltejni
- Min ħaqqaqha miegħek dwaru (dwar Ġesii), wara l- għarfien li ġiek, għid(i/hom): ''Ejjew insejħu lil uliedna u lil uliedkom, lin-nisa tagħna u lin-nisa tagħkom, lilna nfusna u lilkom infuskom, imbagħad nitolbu bil-ħerqa, u nsejħu s-saħta ta' Alla fuq il-giddibinf
- Dinhija l-ġrajja tabilħaqq (dwar Ġesii). Ma hemmx alla ħlief Alla, u Alla huwa tabilħaqq il-Qawwi, l-Għaret
- U jekk jagħtu daharhom (ir ma jagħtux widen), Alla jaf kollox dwar dawk li jagħmlu l-ħsara
- Għid (Muħammad): ''Ja Nies il-Ktieb (Lhud u Nsara), ejjew (naslu) għal kelma sewwa bejnna u bejnkom: li ma nqimux ħlief lil Alla, ma nxierku (miegħu) xejn, u ma neħdux sidien minn fostna, minflok. lil Alla'' Jekk (imbagħad) jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen), għidu: 'Ixhdu li aħna Misilmin (u (i ntlagna f'idejn Allaji)
- Ja Nies il-Ktieb, għaliex toqogħdu tħaqquha. dwar Abraham (u tgħidu li kien jimxi fuq ir-reliġjon tal-Lhud jew ta' l-Insara), meta la t-Torà u lanqas l-Evanġelju ma tniżżlu jekk mhux warajh 2 Mela ma għandkomx għaqal (biex tifhmu)
- Ara, intom dawk li ħaqqaqtuha dwar dak li kellkom xi għarfien dwaru (jiġifieri dwar: Mosċ u Ġesir). Iżda għaliex tħaqquha dwar dak li ma għandkomx għarfien dwaru (jiġifieri dwar Abraham li għex mijiet ta' snin qabilkom) 7 Alla jaf, u intom ma tafuxt
- Abraham la kien Lhudi u lanqas Nisrani, iżda kellu t- twemmin safi (l-/s/am) u (kien) Mislem. Huwa ma kienx minn dawk li jxierku allat oħra ma' Alla
- Tabilħaqq li l-aktar li jistħoqqilhom. ikunu nies Abraham huma dawk li mxew warajh, dan il-Profeta (Muħammad), u dawk li jemmnu, Alla d-Difensur ta' dawk li jemmnu
- Ġemgħa minn Nies il-Ktieb tixtieq li kieku ttellifkom it-triq. (it-tajba). Iżda ma. ttellifx it-triq (it-tajba) jekk mhux lilha nnifisha, imma ma tintebaħx (B'dan)
- Ja Nies il-Ktieb, għaliex tiċħdu s-sinjali ta' Alla meta intom tixhdu għalihom (u tafis li huma s-sewwa) I
- Ja Nies il-Ktieb; għaliex tlibbsu s-sewwa (fi jinsab fil- Kotba tagħkom stess dwar il-Profeta Muħammad) bil-gideb, u taħbu s-sewwa, meta intom tafu
- Ġemgħa minn Nies il-Ktieb qalet: 'Emmnu. f'dak li tniżżel fuq dawk li jemmnu (il-Misilmin) fil-bidu tal-jum, u iċħdub' fl-aħħar tal-jum, forsi (bis-saħħa sa' dan il-pjan qarrieqi l-Misilmin) jerġgħu lura (mit-twemmin tagħhom)
- (Il-Lhud qalu wkoll bejniethom:) ''U la temmnu (lil ħadd), ħlief lil min jimxi fuq id-din tagħkom.' Għid ( Muħammad): it-tmexxija t-tajba (ma hijiex f'idejn il-Lhud iżda) hija t- tmexxija ta' Alla'' (Il-Lhud qalu:) 'Araw li-ma (iġrix li) ħaddieħor (mhux Lhudi) jingħata bħal dak li ngħata lilkom (il-profezija). jew li jħaqquha magħkom quddiem Alla.' Għid (Muħammad): ''lt-tjieba tabilħaqq tinsab f'idejn Alla, u jagħtiha lil min irid. Alla jesa' kollox. u jaf kollox
- Huwa jagħżel għall-ħniena tiegħu lil-min irid. Alla ta' tjieba bla tart
- Fost Nies il-Ktieb hemm min, jekk tafdah b'qantar, iroddhulek (mingħajr inkwiet), u hemm min. jekk tafdah b'dinar, ma jroddhulekx jekk ma tibqax (tagħfas) fuqu (biex iroddhulek), Dan għaliex huma jgħidu: 'M'aħniex marbutin bid-dmir lejn dawk bla tagħlim (jiġifieri l-pagani u kulmin ma huwiex Lhudi):' Huma qegħdin jgħidu gidba fuq Alla, u huma jafu (tajjeb x'qegħdin jagħmlu)
- Le (ma humiex qegħdin jgħidu s-sewwa), iżda dak li żamm kelmtu (ma' Alla u man-nies), u jibża' minn Alla (u ma jigdibx, u lanqas ma jżomm għalih dak li tqiegħed għandu għal-xi żmien, tajjeb ikun jaf li): Alla tabilħaqq iħobb lil dawk li jibżgħu (ninrme)
- Dawk lijbigħu r-rabta ta' Alla (li kienu ntrabtu biha) u l- ħalf tagħhom bi prezz irħis, dawk ma jkollhomx sehem fil- (Ħajja) l-Oħra, u la jkellimhom Alla, la jħares lejhom f'Jum il-Qawmien (b'għajn ta' ħniena), u lanqas ma jsaffihom (mid-dnub). Għalihom hemm kastig ta' wġigħ
- Tabilħaqq hemm ġemgħa minnhom: (il-Għid) li tgħawweġ il-Ktieb bi lsienha biex (dak li tħarref) taħsbuh (li huwa tassew) mill-Ktieb, iżda ma huwiex mill-Ktieb. Huma jgħidu li huwa mingħand Alla, iżda ma huwiex mingħand Alla, u qegħdin jaqilgħu gideb fuq Alla, u huma jafu (tajjeb x'qegħdin jagħmlu)
- Ma (jistax) ikun li bniedem, wara li Alla jkun tah il- Ktieb, l-għerf, u. l-profezija, jgħid. lin-nies: 'Kunu qaddejja tiegħi, minflok ta' Alla.' Iżda (kliemu għandu jkun): ''Kunu qaddejja ta' Alla għaliex intom tgħallmu l- Ktieb u tistudjawh
- Lanqas-ma jamrilkom (il-Profeta) tieħdu l-anġli u l- J Profeti. bħala s-sidien tagħkom. Jaqaw se jamrilkom tiċħdu t-twemmin wara li sirtu Misilmin
- U ftakar (Muħammad) meta Alla daħal f'rabta mal- Profeti ( 4 qal): ''Meta tajtkom Ktieb u għerf, imbagħad ġiekom: Mibgħut. (Muħammad) li: jseddaq dak. li għandkom, araw li temmnu fih u tgħinuhi' Huwa qal: Intom qbiltu (dwar dan), u ħadtu (figkom din) ir-rabta tiegħi 77 Qalu: 'Qbilnal' Qal(ilhom): 'Mela ixhdu, u Jiena, magħkom, fost dawk li jixhdul
- Min (minnhom); Wara dan, jagħti dahru fer jikser il- patt), dawk huma l-ħżiena
- Jaqaw (il-Lhud u l-Insara) ifittxu Xi din ieħor għajr id- din ta' Alla, meta kulma huwa fis-smewwiet u fl-art intelaq f'idejh, irid jew ma jridx, u lejh (għad) jerġgħu lura
- Għid (Muħammad): ''Aħna nemmnu f'Alla, f'dak li tniżżlilna, u f'dak li tniżżel lil Abraham, Ismagħel, Iżakk, Ġakobb, u. t-tribujiet, u (nemmmu) f'dak li ngħata lil Mosċ (it-Tora), lil Ġest: (l-Evanġelju) u lill-Profeti (l- oħra) minn Sidhom. Ma nagħżlu bejn ħadd minnhom, u aħna ntlaqna f'idejh, Misilmin
- Min ifittex din (ieħor) għajr (dak ta') l-Islam ma jkunx milqugħ minnu, u fl-Oħra (fil-ħajja l-Oħra) huwa jkun mit-telliefa
- Kif ikun li Alla jmexxi fit-triq it-tajba lil nies li jiċħdu twemminhom wara li kienu jemmnu, u xehdu li l- Mibgħut (Muħammad) kien tabilħaqq (Profeta ta' Alla), u kienu ġewhom (is-sinjali) ċari 2 Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena
- Dawk ħlashom ikun li fuqhom (tinżel) is-saħta ta' Alla, ta' l-anġli, u tan-nies kollha
- Huma jibqgħu. fih (in-Nar) għal dejjem; il-kastig (tagħhom) ma jitħaffilhomx u lanqas jingħataw nifs biex jistrieħu mill-kastig
- ħlief dawk li nidmu, wara dan, u nbidlu għall-aħjar. Alla huwa tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin
- Tabilħaqq li dawk li ċaħdu twemminhom; wara li kienu jemmnu, imbagħad żdiedu fiċ-ċaħda tat-twemmin (tagħhom), l-indiema. tagħhom: (fis-siegħa tal-mewt tagħhom) ma tintlaqax (għaliex ma: hijiex ġejja minn qalbhom), u dawk huma l-mitlufin
- Tabilħaqq li dawk li m'emmnux, u mietu jiċħdu t- twemmin, ma jintlaqa' minn ħadd minnhom kemm tesa' l-art (kollha) deheb, (kieku jistgħu jagħmlu dan): biex jinfdew bih: ( 4 jeħilsu mill-kastig). Dawk għandhom kastig ta' wġigħ, u ma jsibux min jgħinhom
- M'intomx se tiksbu t-tjieba qabel ma tonfqu (għall- karità) minn dak li tħobbu. U kull ħaġa li tonfqu, Alla tabilħaqq jaf biha
- L-ikel kollu kien jiswa għal Ulied Israel, ħlief dak li Isracl (Ġakobb) għamlu ma jiswiex għalih innifsu, (is dan) qabel ma tniżżlet it-Tora (il-liġi ta' Mose). Għid(ilhom, Muħammad): ''Ġibu t-Torà u aqrawha, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa
- Min, wara dan, jaqla' l-gideb fuq Alla, dawk ikunu l- ħżiena
- Għid (Muħammad): ''Alla jgħid is-sewwa. Għalhekk imxu wara r-reliġjon ta' Abraham, bniedem ta' twemmin safi (li huwa l-Islam). Huwa ma kienx minn dawk li jxierku allat oħra ma' Alla
- Tabilħaqq li l-ewwel dar imqiegħda għan-nies. (biex iqimu lil Alla Wieħed) hija dik f'Bakka (jiġifieri Mekka, imkien) imbierek u tmexxija tajba għall-ġnus kollha
- Fiha hemm sinjali ċari, (fosthom) l-imkien fejn waqaf l Abraham (biex iqiegħed sisien id-dar). Min jidħol fiha jkun qawwi u sħiħ. Il-ħaġġ lejn id-dar huwa dmir il- bnedmin lejn Alla, għal (kul) min jista' jsib triq lejha. U min ma jemminx, tabilħaqq li Alla ma jeħtieġ lil ħadd fil- ħolqien
- Għid (Muħammad): ''Ja Nies il-Ktieb, għaliex tiċħdu s- sinjali ta' Alla, meta Alla (nnifsu) jixhed għal dak li tagħmlu
- Għid (ukoll. Muħammad): ''Ja Nies il-Ktieb, għaliex tfixklu mit-triq ta' Alla lil-dawk li jemmnu, u tridu tgħawġuha (bil-gideb tagħkom), meta (intom stess) tixhdu (li kulma ġie bih Muħammad: huwa s-sewwa) Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu
- Intomli temmnu, jekk tobdu minn ġemgħa minn dawk li ngħataw il-Ktieb, (taraw li) iġibukom ma temmnux, wara li sirtu temmnu
- U kif tiċħdu t-twemmin meta qegħdin jinqrawlkom il- versi ta' Alla, u fostkom hemm il-Mibgħut tiegħu 7 Min iżomm sħiħ f'Alla, ikun tmexxa fi triq dritta
- Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla bil-biża' li jixraq lilu, u la tmutux jekk mhux Misilmin
- U żommu sħiħ, ilkoll, mal-ħabel (jiġifieri r-rabta) ta' Alla u la tinfirdux. Ftakru fit-tjieba ta' Alla fuqkom: meta kontu għedewwa u ħabbeb qlubkom, u sirtu aħwa, bit- tjieba tiegħu, u (mera) kontu f'xifer ħofra tan-Nar (/i hu l- Infern) u ħeliskom minnha (bis-saħħa ta' l-Islam). Hekk Alla jurikom is-sinjali tiegħu biex forsi timxu fit-triq it- tajba
- Ħa jkun minnkom nazzjon li jsejjaħ għall-ġid, jamar it- tajjeb, u ma jħallix il-ħażenl Dawk huma r-rebbiħin (li jsalvaw)
- U la tkunux bħal dawk: li nfirdu u ma' qablux bejniethom wara li ġewhom is-sinjali ċ-ċari. Għal dawk hemm kastig mill-kbar
- fil-Jum (tal-Ġudizzju) meta jibjadu. wċuħ u. jiswiedu wċuħ. Dawk li wċuħhom jiswiedu (se jingħad lilhom): SJaqaw ċħadtu t-twemmin, wara li kontu emmintu 7 Mela duqu l-kastig talli m'emmintuxi
- Iżda dawk li wċuħhom jibjadu, (dawn ikunu) fil-ħniena ta' Alla. Huma jgħammru fiha (il-Ġenna) għal dejjem
- Dawk huma l-versi ta' Alla. Aħna naqrawhomlok (Muħammad) bis-sewwa. Alla ma jridx inġustizzja lill- ħlejjaq (fiegħu). I
- Ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u l- kwistjonijiet kollha jitreġġgħu lura għand Alla (għad- deċiżjoni tiegħu)
- Intom (Zi temmnu) l-aħjar nazzjon li nħareġ għan-nies, (għaliex) tamru t-tajjeb u ma tħallux il-ħażin, u temmnu f'Alla. Li kieku Nies il-Ktieb jemmnu, ikun aħjar għalihom. (Hemm) minnhom li jemmnu, (iżda) l-aktar fosthom huma l-ħżiena
- Ma jagħmlulkomx ħsara, għajr għal xi weġgħa żgħira (bi. lsienhom. il-ħażin). U meta. jitqatlu. kontrikom, (arawhom) jagħtukom daharhom (maħrubin), imbagħad ma jkollhomx min jgħinhom
- (Dawn) jaqa' fuqhom it-tkasbir kull fejn jinstabu, ħlief (jekk iżommu) ma' ħabel minn Alla (u joqogħdu għalih), u ma' ħabel tan-nies (li jagħmlu t-tajjeb u jwarrbu mill- ħażen). Huma jiġbdu fuqhom għadab minn Alla, u fuqhom jaqa' l-għaks. Dan għaliex kienu jiċħdu s-sinjali ta' Alla u kienu joqtlu l-Profeti mingħajr ħaqq. Dan (jiġrilhom) talli m'obdewx (lil Alla) u kienu jagħmlu l- ħażen
- (Nies il-Ktieb) ma humiex (ilkoll) l-istess: fost Nies il- Ktieb hemm ġemgħa dritta, li taqra l-versi ta' Alla fil- ħinijiet tal-lejl, mixħuta fl-art (bil-qima)
- Huma jemmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum, jamru t-tajjeb u ma jħallux il-ħażin, u jgħaġġlu lejn l-għemejjel ta' ġid. Dawk huma fost it-tajbin
- Il-ġid li jagħmlu ma jiċċaħħdux minnu. Alla jaf tajjeb b'dawk li jibżgħu (minnu)
- Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux xejn ma jiswielhom ġidhom, u lanqas uliedhom, (biex iħarsu/kom) minn Alla (u mill-kastig tiegħu): Dawk huma sħab in-Nar, u fih huma (jgħammru) għal dejjem
- Dak li jonfqu f'din il-ħajja (hawn) fid-dinja jixbah lil riħ kiesaħ li jaħraq uċuħ ir-raba' ta' nies li naqsu lejhom infushom (b' dnubiehom) u jeqridhom. Mhux Alla li naqas lejhom, iżda huma naqsu lejhom infushom
- Intom'li temmnu, la tiħdux bi ħbieb tal-qalb lil xi nies li ma humiex minnkom; (dawk ra' wiċċ b'ieħor) ma jonqsux li jħassrukom. Huma jixtiequ t-telfien tagħkom. Il-mibegħda. (tagħhom lejkom) dehret minn ħalqhom, u dak. li jaħbu qlubhom huwa akbar (u agħar). Aħna wrejniekom biċ-ċar is-sinjali (tagħna), li kontu tifhmul
- Hawn intom, tħobbuhom (u ċixtigulhom il-ġid), u huma ma jħobbukomx, għalkemm temmnu fil-Ktieb kollu (fit- Tora u fl-Evanġelju; u fil-Kotba mqaddsa kollha). Meta jiltaqgħu magħkom jgħidu//kom): 'Nemmnu,' iżda meta jkunu waħidhom, (arahom). igiddmu. truf subgħajhom minħabba fl-għadab kbir (tagħhom) għalikom. Għidfilhom Muħammad): ''Mutu. fl-għadab: tagħkoml Alla tabilħaqq jaf b'kulma hemm fil-qlub
- Jekk imisskom xi ġid, (arahom ta' wiċċ. b'ieħor) jitnikktu, u jekk isibkom xi deni, (malajr) jifirħu bih. Iżda jekk tistabru u tibżgħu minn Alla, il-qerq tagħhom xejn ma jkun ta' ħsara għalikom. Tabilħaqq li Alla jaf sewwa u għandu taħt idejh dak li jagħmlu
- (Ftakar. Muħammad). meta għodu għodu 'ħallejt lil niesek biex tqassam lil dawk li emmnu fl-imkejjen tat- taqbid (fil-battalja ta' 'Uħud), u Alla jisma' kollox u jaf kollox
- Meta żewġ ġemgħat minnkom kienu għoddhom qatgħu jieshom (tr riedu jirtiraw mit-taqbidaj. Iżda Alla kien iħarishom. (u jgawwilhom qlubhom, hekk lima. baqgħux imbeżżgħin). F'idejn Alla għandhom iħallu dawk li jemmnu
- Alla kien diġà takom ir-rebħa (fit-taqbida) f'Badr meta kontu fqawwa) dgħajfa. Mela ibżgħu minn Alla biex forsi tiżżu ħajr
- (U ftakar, Muħammad) meta għedt lil-dawk li emmnu: UMeja ma. huwiex. biżżejjed għalikom. li Sidkom isaħħaħkom bi tlett elef anġlu mniżżlin (għalikom)
- Melal Jekk toqogħdu b'sabarkom u titħarsu mill-ħażen, anki jekk (l-għedewwa) jiġu (jaħbru għalikom) għal għarrieda (issa stess), il-Mulej tagħkom isaħħaħkom b'ħamest elef anġlu b'sinjal (fi: bik jingħarfir minn ħaddieħor)
- (L-għajnuna bl-anġli) Alla ma' għamilhiex jekk. mhux bħala bxara tajba għalikom, u biex qlubkom isibu s-serħan biha. Ma hemmx rebħa ħlief mingħand Alla, il-Qawwi, l- Għaref
- biex jeqred uħud minn dawk li ma jemmnux, jew (inkella) ikasbarhom (bit-telfien) u jmorru lura b'qalbhom maqtugħa tellifin (iningħajr ma jilħqu l-għan tagħhom)
- (Muħammad, din) Xejn ma hija ħaġa tiegħek (iżda ta' Alla biss, jiġifieri) jekk idurx lejhom bil-maħfra (jekk jemmmu), jew jikkastigahomx (jekk jidqgħu jwebbsu rashom), għaliex huma tabilħaqq ħżiena
- Ta' Alla huwa dak li jinsab fis-smewwiet u fl-art. Huwa jaħfer lil min irid u jikkastiga lil min irid. Alla huwa Kollu Maħfra, il-Ħanin
- Intom li temmnu, la tiklux l-imgħax (u reħdih) id-doppju tad-doppju. U ibżgħu minn Alla, biex forsi tkunu rebbiħin (u ssalvaw)
- Ibżgħu min-Nar li tħejja għal dawk li ma jemmnux
- (Uobdu lil-Alla u lill-Mibgħut friegħu), biex forsi riksbu l- ħniena
- Għaġġlu lejn maħfta minn Sidkom u (/ejn) Ġenna li l- wisa' tagħha huwa (daqs) is-smewwiet u l-art, li tħejjiet għal dawk li jibżgħu minn Alla (i jobduh)
- lijonfqu (mill-ġid li tahom Alla), fil-hena u fil-hemm, li jrażżnu l-għadab (tagħhom), u li jagħdru lin-nies. Alla jħobb lil dawk li jagħmlu t-tajjeb
- (Il-Ġenna tħejjiet ukoll għal) dawk: li meta jagħmlu għemejjel faħxija, jew jonqsu lejhom infushom, jiftakru f'Alla u jitolbu maħfra għal dnubiethom, U min jaħfer id- dnubiet jekk mhux Alla 2 Huma ma jwebbsux rashom f'dak (il-ħażen) li għamlu, meta huma jafu (li Alla jaħfer id-dnubiet)
- Dawk ħlashom huwa maħfra minn Sidhom u Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Tassew sabiħ il-ħlas. għal dawk: li: jagħmlu (għemejjel tajbajt)
- Għaddew qabilkom (bosta) liġijiet u regoli ta' Alla. Terrqu fl-art u araw kif kien tmiem dawk li giddbu (it- twemmin)
- Dan (kollu huwa) tifsira lin-nies, tmexxija tajba u twissija lil dawk li jibżgħu minn Alla (is jobduh)
- La tiddgħajfux u lanqas titnikktu (minħabba t-telfa fit- taqbida ta' 'Uħud); intom (tkumu) l-ogħla (fuq l- għedewwa tagħkom), jekk tassew temmnu
- Jekk messitkom xi ġerħa (waqt it-taqbida ta' 'Uħud, kunu afu li) messet (ukoll) ġerħa bħalha lil dawk in-nies (paġani, bħalma ġara qabel fit-taqbida ta' Badr), Dawn il-jiem: (fit-tajjeb uw fil-ħażin) indawruhom bejn in-nies (kollha) biex. Alla jkun jaf b'dawk li jemmnu (għaliex jistabru fit-tiġrib), u jieħu minn fostkom martri (li jixhdu għas-sewwa). Alla ma jħobbx lill-ħżiena
- (Mhux biss; iżda dari isir) biex Alla jġarrab u jsaffi lil dawk li emmnu, u jxejjen lil dawk li ma jemmnux
- Jaqaw ħsibtu. li tidħlu l-Ġenna mingħajr ma Alla (iġarrabkom u) ikun jaf b'dawk minnkom li tqatlu għall- kawża tiegħu u b'dawk li kienu sħaħ fis-sabar
- Kontu tassew tixtiequ l-mewt qabel ma ltqajtu magħha (fit-taqbid). Issa rajtuha b' għajnejkom stessi
- Muħammad ma huwiex ħlief Mibgħut; (ħafna) Mibgħutin (oħra). għaddew qablu. Issa jekk imut jew jinqatel (x'se tagħmlu); terġgħu għalli kontu 2 Min jerġa' lura (għat-twemmin pagan. tiegħu), xejn ma huwa se jagħmel ħsara lil Alla. Alla se jħallas lil dawk li jiżżu ħajr
- Ebda ruħ ma tmut jekk mhux bir-rieda ta' Alla, fiż- żmien miktub (għaliha). Min irid il-ħlas ta' (din) id- dinja, nagħtuhulu mill-ħlas tagħha, u min irid il-ħlas ta' l- Oħra (tad-dinja l-Oħra), nagħtuhulu mill-ħlas tagħha, Aħna se nħallsu lil-dawk li jiżżu ħajr
- Kemm-il Profeta tqabad (għal Alla) u (tqabdu) miegħu għadd kbir min-nies ta' Allal Huma ma qatgħux qalbhom minħabba dak li għaddew minnu għal Alla, ma kinux dgħajfa (kontra l-għadu), u lanqas ċedew. Alla jħobb lil dawk sħaħ fis-sabar
- Kliemhom ma kienx għajr: 'Mulej tagħna, aħfrilna dnubietna u kull nuqqas tagħna lejn dmirna (meta morna kontra r-rieda. tiegħek), wettaq. riġlejna. (fit-taqbid), u oħroġna rebbiħin fuq dawk li ma jemmnux
- U Alla tahom il-ħlas ta' (din) id-dinja u l-aħjar ħlas ta' l-Oħra (tad-dinja l-Oħra). Alla jħobb lil dawk li jagħmlu t-tajjeb
- Intom li temmnu, jekk toqogħdu għal dawk li-ma' J jemmnux, huma jroddukom għalli kontu qabel (pagani). u terġgħu lura telliefa
- Iżda Alla huwa l-Mulej tagħkom (jekk toqogħdu għalih), u Huwa l-Aħjar fost dawk li jgħinu
- Se nitfgħu l-biża' fi qlub dawk li ma jemmnux, talli xierku allat ma' Alla mingħajr ma Huwa niżżel ebda prova (dwar dan l-għemil pagan). In-Nar ikun il-kenn tagħhom, u ta' għajb l-għamara tal-ħżiena
- Alla żamm kelmtu magħkom meta, bir-rieda tiegħu, kontu qegħdin teqirduhom (lill-għedewwa tagħkom), sa dak il-ħin li naqsitkom il-ħila, tlewwimtu dwar l-amar (li ngħatalkom), u m'obdejtux (l-amar tal-Profeta), wara li wriekom dak li tħobbu (ir-rebħ fit-taqbida). Hemm minnkom li jrid (din) id-dinja (bil-priża tal-gwerra li ġġib magħha), u hemm min irid (il-ħajja) l-Oħra (bil- ħlas tal-Ġenna). Imbagħad huwa. firidkom minnhom (tellifin) biex iġarrabkom. (Iżda issa) Huwa ħafrilkom. Alla Kollu Tjieba ma' dawk li jemmnu
- (Ftakru) meta tlajtu (fuq l-għolja, maħrubin) bla ma dortu (biex tħarsu) lejn ħadd, u l-Mibgħut (Muħammad) kien warajkom, jgħajtilkom (biex rerġgħu lura). Għalhekk ( 4ila) ħallaskom b'diqa fuq diqa (tat-relfa, minħabba x-xniegħa dwar. il-qril. tal-Profeta) biex (jgħallimkom) ma. titnikktux. minħabba (il-priża tal- gwerra) li tliftu u minħabba (it-relfa) li ġarrabtu. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu
- Imbagħad wara d-diqa (A/la) niżżel fuqkom sliem u nagħsa li ħakmet ġemgħa minnkom. Ġemgħa (oħra, minn ta' wiċċ b'ieħor) kienet mikduda biha nnifisha, u qagħdet taħseb fuq Alla dak li ma huwiex sewwa ħsieb (ġej) mill-injuranza. Huma qalu: 'Aħna għandna xi sehem f'din il-ħaġa 7' Għidfilhom Muħammad): ''Din hija ħaġa kollha kemm hi ta' Allaf' Huma jaħbu fihom infushom dak li ma jurukx. Huma jgħidu: ''Li kieku kien minna, ma konniex ninqatlu hawn.' Għid(i/lhom): '(Anki) kieku kontu fi djarkom, dawk li l-qtil kien miktub għalihom kienu (xorta waħda) joħorġu lejn l-imkejjen tal-qtil tagħhom:' (It-telf fit-taqbida seħħ) biex Alla jġarrab dak li hemm f'sidirkom, u jnaqqi dak li hemm fi qlubkom. Alla jaf b'kulma hemm fil-qlub
- Dawk minnkom li taw daharhom (u ma tawx widen) fil- jum meta ż-żewġ qtajja' (tal-Misilmin u. tal-pagani) iltaqgħu, kien ix-Xitan li waqqagħhom minħabba. xi (ħażen) li għamlu. (Iżda issa) Alla ħafrilhom. Tabilħaqq li Alla huwa Kollu Maħfra u Kollu Sabar mal-midinbin
- Intom'li temmnu, la tkunux bħal dawk li ma jemmnux u li jgħidu dwar ħuthom, meta jterrqu fl-art jew jitqabdu: 'Li kieku baqgħu magħna, ma kinux imutu u lanqas jinqatlu'' Dan (ikun) biex Alla jġib niket fi qlubhom. Huwa Alla (u ħadd ħliefu) li jagħti l-ħajja u l-mewt. Alla jara sew dak li tagħmlu
- U jekk tinqatlu (martri) għal Alla, jew tmutu, tassew li maħfra u ħniena minn Alla huma aħjar minn dak li jiġmgħu (u jgeddsu mill-ġid tad-dinja)
- U (sew) jekk tmutu (mewta naturali), jew tinqatlu (fit- taqbid), tabilħaqq lejn. Alla tinġabru (biex tieħdu ħlaskom)
- Kien bil-ħniena minn Alla li (inti. Muħammad) imxejt bil-ħlewwa magħhom (minkejja li dawn sħabek. marru kontra l-amar tiegħek). Li kieku kont iebes (u aħrax) u qalbek kiefra finagħhom), kienu jixterdu (u jitilqu) minn madwarek. Mela agħdirhom. itlob li jaqilgħu l-maħfra (ta' Alla), u kkonsultahom dwar il-kwistjoni (tat-tmexxija tal-komunità Misilma). Meta (imbagħad) tkun qtajt (x'se tagħmel), ħalli f'idejn Alla. Alla jħobb lil dawk. li jħallu f'idejh
- (Jekk Alla jagħtikom. ir-rebħa, mela ħadd ma jegħlibkomt Iżda jekk jitlaqkom, min hu dan li, warajh, jista' jrebbaħkom) F'idejn Alla għandhom iħallu dawk li jemmnu
- Profeta ma jieħu: qatt mill-priża tal-gwerra bil-qerql Min jieħu mill-priża tal-gwerra bil-qerq, arah ġej, f'Jum il-Qawmien, b'dak. li ħa' bil-qerq: Imbagħad kulħadd jitħallas ta' dak'li kiseb, u ma ssirx inġustizzja magħhom
- Jaqaw dak li jfittex li jogħġob lil Alla huwa bħal dak li ġibed fuqu l-għadab ta' Alla, u l-kenn tiegħu fl-Infern 2 (Dan ikun tassew) tmiem ta' għajb
- Huma: (jinsabu) fi gradi (differenti) quddiem. Alla, u Alla jara kulma jagħmlu
- Alla wera tjieba ma' dawk li jemmnu meta bagħat għandhom Mibgħut minn fosthom li jaqralhom il-versi tiegħu, isaffihom (minni dnubiethom. u mill-għemejjel ħżiena tagħhom), u jgħallimhom il-Ktieb u l-għerf. (Dan) minkejja li qabel kienu f'telfien mill-aktar ċar
- Meta ġie fuqkom għawġ. kbir (fit-telfa ta' 'Uħud, minkejja li) Kontu ġibtu (fuq il-pagani għawġ) id-doppju tiegħu (fil-relfa ta' Badr), intom għidtu: ''Dan (l-għawġ) minn fejn (inqala')I' Għidfilhom, Muħammad): 'Ħuwa (ġej) minnkom infuskom (għaliex ma smajtux minn Alla u mill-Profeta). Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan
- Dakli għaddejtu minnu dakinhar li ż-żewġ qtajja' ltaqgħu (fit-taqbida ta' 'Uħud) seħħ bir-rieda ta' Alla, u biex ikun jaf (min huma) dawk li jemmnu
- u biex ikun jaf (min huma) dawk li-wrew wiċċ b'ieħor li. meta ntqal: (ilhom): Ejjew, tqatlu għal Alla, jew (għallinqas). iddefendu. (lilkom. infuskom: u. lil nieskom),' huma qalu: 'Li kieku konna nafu li se jseħħ xi ġlied, konna niġu warajkom.' Dakinhar huma kienu eqreb lejn iċ-ċaħda tat-twemmin milli lejn it-twemmin; b'fommhom jgħidu dak li-ma huwiex fi qlubhom. Iżda Alla jaf sewwa b'dak li jaħbu
- (Dawn ta' wiċċ b'ieħor huma dawk) li, filwaqt li qagħdu (mistrieħa d-dar), qalu hekk dwar ħuthom (li marru jitqatlu għal Alla): ''Li kieku semgħu minna, ma kinux jinqatlu.' Għidfilhom Muħammad): ''Biegħdu l-mewt minnkom infuskom, jekk qegħdin tgħidu s-sewwal
- La taħsibx-(Muħammad) li dawk li nqatlu għal Alla huma mejtin, imma ħajjin għand Sidhom, u għandhom l-għajxien tagħhom
- Huma ferħanin b'dak li Alla tahom mit-tjieba tiegħu (fil- Ġenna) u jifirhu bil-bxara li dawk (li jitqabdu għal Alla), li għadhom ma ġewx ħdejhom. (fil-hena tal-Ġenna), u (baqgħu) warajhom (fid-dinja), ma għandhom ebda biża' fuqhom (minn Jum. il-Qawmien) u. lanqas. (għandhom għalfejn). jitnikktu (li: se jħallu d-dinja, għaliex. hemm tistenniehom Ħajja bil-wisq aħjar)
- Huma jifirħu bil-bxara ta' grazzja minn Alla u. tjieba (kbira mingħandu), u li Alla ma jiellifx il-ħlas ta' dawk li jemmnu
- dawk li wieġbu (għas-sejħa) ta' Alla u tal-Mibgħut (fiegħu Muħammad), wara. li ndarbu. (fir-raqbid); għal: dawk minnhom li għamlu t-tajjeb u beżgħu minn Alla (i/ obdew/), hemm ħlas kbir
- Dawk li n-nies (ta' wiċċ b'ieħor) qalulhom: ''Tabilħaqq in-nies. (għedewwa: .tagħkom, il-pagani: 1a' Qurajx) inġemgħu kontrikom. Mela ibżgħu minnhom.' (Iżda dan il- kliem) żiedhom fit-twemmin u qalu: 'Alla biżżejjed għalinal Ħadd aħjar minnu ma jieħu ħsiebnal' I
- Huma reġgħu lura bi grazzja minn: Alla u tjieba (mingħandu), u ma messhom (ebda) deni. Huma fittxu li jogħġbu lil Alla, u Alla huwa ta' tjieba bla tarf
- Dak biss, ix-Xitan, li jbeżża' (/il dawk li jemmnu) bi sħabu. La tibżgħux minnhom, iżda minni ibżgħu, jekk tassew temmnut
- (Muħammad), la tħallix li dawk (ta' wiċċ b'ieħor, dawk). li jgħaġġlu (bi kliemhom: u b'għemilhom). biex jiċħdu t-twemmin, inikktuk. Ma huma se jagħmlu ebda ħsara lil-Alla. Alla jrid li ma jagħtihomx sehem fil-(ħajja) l-Oħra. Għalihom (hemm) kastig mill-kbar
- Tabilħaqq li dawk (ta' wiċċ b'ieħor) li jixtru ċ-ċaħda tat-twemmin. (bil-prezz tat-) twemmin ma huma se jagħmlu ebda ħsara lil Alla, iżda jkollhom kastig ta' wġigħ
- Dawk li-ma jemmnux ma għandhomx jaħsbu li huwa ta' ġid għalihom li qegħdin intawlulhom (ħajjifhom). Iżda qed intawlulhom (ħajjithom) biex jiżdiedu fil-ħtija. Tagħhom huwa kastig ta' tkasbir
- Alla ma huwiex se jħalli lil dawk li emmnu fil-qagħda li intom (issa), sa ma jifred il-ħażin mit-tajjeb. Alla ma kellux għalfejn jgħarrafkom il-ħwejjeġ mistura, iżda Alla jagħżel lil min irid mill-Mibgħutin tiegħu (u jgħarrafhom b'dak li hu mistur). Għalhekk emmnu f'Alla u fil- Mibgħutin tiegħu, u jekk temmnu u tibżgħu minn Alla (iż tobduh), ikollkom ħlas kbir
- (Hekk ukoll) dawk. li jixxaħħu b'li tahom Alla mit- tjieba tiegħu, ma għandhomx jaħsbu li (dan) huwa ta' ġid għalihom. Lel Huwa ħażin għalihom Dak li xxaħħu bih se jiddawwar ma' għonqhom f'Jum il-Qawmien. U ta' Alla huwa wirt is-smewwiet u l-art. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu. l
- Alla sema' kliem dawk (il-Lhud) li-qalu: SAlla fqir, u aħna għonjaf'' Se niktbu dak li qalu, u (niktbu wkoll 1 huma) qatlu l-Profeti, bla ħaqq. (Lil dawn) ngħidu(lhom): ''Duqu l-kastig tal-ħruql
- Dan (il-kastig: tal-ħruq. jingħatalkom) minħabba: (il- ħażen) li għamlu idejkom, Alla ma huwiex inġust mal- qaddejja (tiegħu)
- Huma dawk li qalu: ''Alla amrilna (u wissiena fit-Tora) biex ma nemmnux. lil xi Mibgħut qabel ma jġibilna. offerta li jikolha (u jaħraqha) in-nar (li jinżel mis-sema).' Għidfilhom Muħammad): ''Diġà ġewkom qabli (għadd ta'). Mibgħutin' bis-sinjali ċ-ċari, u b'dan li qegħdin tgħidu (dwar l-offerta). Mela għaliex qtiltuhom, jekk tabilħaqq qegħdin tgħidu s-sewwa
- Jekk igiddbuk (Muħammad, kun af li) Mibgħutin (oħra) qablek tgiddbu, (rninkejja) li kienu ġew bis-sinjali ċ-ċari, bil-Kotba ta' l-għerf, u bil-Ktieb li jdawwal (bħat-Tord u l-Evanġelju)
- Kull ruħ idduq il-mewt. F'Jum il-Qawmien biss tieħdu ħlaskom kollu. Min jinħeles min-Nar u jiddaħħal. fil- Ġenna, ikun (tassew) rebbieħ, (għaliex) il-ħajja fid-dinja (ma hija xejn) għajr tgawdija qarrieqa (u fiergħa)
- Tabilħaqq li għad tiġġarrbu f'ġidkom u fikom infuskom, u żgur li għad tisimgħu deni kbir minn dawk li ngħataw il-Ktieb qabilkom, u minn dawk li xierku (allat foloz ma' Alla). Iżda jekk tistabru u tibżgħu minn Alla, tabilħaqq li dan huwa sinjal ta' rieda qawwija
- (Ftakar; Muħammad) meta Alla daħal f'rabta ma' dawk li ngħataw il-Ktieb (u qalilhom): 'Araw li tfissruh biċ-ċar lin-nies, u la taħbuhxi' Iżda huma. tefgħuh wara daharhom, u bigħuh bi prezz irħis. Tassew ta' għajb dak it-telfien) li xtrawl
- La taħsibx (Muħammad) li dawk li jifirħu b'li għamlu (meta ħbew lin-nies it-tagħrif minn Alla fuqek), u jħobbu jkunu mfaħħra ta' dak li ma għamlux (u lanqas ħarsu s- sewwa) la taħsibhomx li ħelsu mill-kastig. Għalihom hemm kastig ta' wġigħ
- Ta' Alla (hija) is-saltna fuq is-smewwiet u l-art, u Alla fuq kollox Setgħan
- Tabilħaqq li fil-ħolqien tas-smewwiet u l-art, u fid-dħul wara xulxin tal-lejl u n-nhar, hemm sinjali għal dawk ta' dehen
- dawk li jfaħħru lil Alla weqfin, bil-qiegħda u (mimdudin) fuq ġenbejhom, u jaħsbu fit-tul dwar il-ħolqien tas- smewwiet u l-art ( 4 jgħidu): ''Sidna, Inti ma ħlaqtx dan (kollu) għalxejn, Sebħ lilekl Ħarisna mill-kastig tan-Nart
- Sidna, Inti lil dak li ddaħħal fin-Nar tiksih bl-għajb. Il- ħżiena ma għandhomx min jgħinhom
- Sidna, aħna smajna lil min isejjaħ lejn it-twemmin (ta' Muħammad, u jgħid): 'Emmnu fil-Mulej tagħkom, u aħna emminna, Sidna, aħfrilna dnubietna, ħassar minn fuqna ħtijietna, u ħudilna ħajjitna (mera nkun tajbin, biex ninġabru) mal-ġusti
- Sidna, agħtina dak li wegħedina permezz tal-Mibgħutin tiegħek, u la tkasbarniex f'Jum il-Qawmien. Inti, tabilħaqq, ma tiksirx il-wegħda (tiegħek)
- U Sidhom. laqa' t-talba tagħhom (i: weġibhom): Tabilhaqq. li Jiena ma nġibx fix-xejn ix-xogħol ta' ħadd minnkom; sew. jekk raġel, u sew jekk mara. Intom. (ġejjin) minn xulxin (ir-raġel mill-mara, u l-mara mir- raġel, u ħlaskom l-istess). Għalhekk dawk. li emigraw (minħabba. r-reliġjon. tagħhom), li. tkeċċew minn djarhom, li batew ħsara minħabba fija, u tqatlu u nqatlu tassew li se nħassar ħtijiethom, u ndaħħalhom f'Ġonna. bix-xmajjar jiġru taħthom, bħala ħlas mingħand Alla, għaliex Alla għandu l-aħjar ħlas
- La tħallix iqarraq bik (Muħammad, u b'kulmin jimxi warajk) il-ġid u s-setgħa li dawk li m'emmnux igawdu fil-pajjiżi
- (F'dan għandhom. biss) tgawdija żgħira (għaliex) imbagħad il-kenn tagħhom ikun l-Infern. Ta' għajb il- friex (tagħhom fin-Nar)
- Iżda dawk li beżgħu minn Sidhom għandhom Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u. fihom jgħammru: għal dejjem. Huma għotja mingħand Alla. U dak li hu għand Alla huwa aħjar għall-ġusti
- Tabilħaqq li fost Nies il-Ktieb (il-Lhud u l-Insara) hemm min jemmen f'Alla u f'dak. li tniżżlilkom (il- Qoran); u f'dak li tniżżlilhom (it-Tora u l-Evanġelju; nies) umli quddiem Alla, u:ma jbigħux ir-Rivelazzjoni ta' Alla bi: prezz irħis, Dawk għandhom ħlashom għand Sidhom. Tabilħaqq li Alla malajr jagħmel il-kontijiet
- (Intom li temmnu, stabru, fittxu li tgħaddu ffill- għedewwa tagħkom). fis-sabar, żommu sħiħ fl-imkejjen tat-taqbid ma' l-għadu, u ibżgħu minn Alla, biex forsi tkunu rebbiħin