30.The Romans

  1. Alif Lam. Mim
  2. Ingħelbu l-Biżantini
  3. f'art fil-qrib (tal-Persja), u huma, wara (din). it-telfa tagħhom, se jegħlbu (/ill-Persjani)
  4. fi ftit tas-snin (oħra). Ta' Alla hija d-deċiżjoni, minn qabel (it-telfa tal-Biżantini) u (wata. (it-telfa tal-Persjani). Dakinhar jifirħu dawk li jemmnu
  5. bir-rebħa ta' Allal Huwa jrebbaħ lil-min irid, u Huwa l- Qawwi, il-Ħanin
  6. (Dinhija) il-wegħda ta' Alla. Alla ma jiksirx il-wegħda tiegħu, iżda ħafna min-nies ma jafux
  7. Huma jafu dwar dak li jidher mill-ħajja (f'din) id-dinja, iżda dwar (il-Ħajja) l-Oħra ma jintebħux
  8. Jaqaw ma jaħsbux bejnhom u bejn ruħhom (dwar il- ħolqien tagħhom infushom) 7 Alla ma ħalaqx is-smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom, jekk mhux bis-sewwa, u għal żmien maħsub. (Madanakollu) tabilħaqq li ħafna. min-nies jiċħdu l-laqgħa ma' Sidhom (il-Midej)
  9. Jaqaw ma'terrqux fl-art u ma rawx kif kien tmiem dawk ta' qabilhom 7 Kienu ta' qawwa akbar minnhom (fis- saħħa, fil-ġid materjali u fl-ulied), ħadmu l-art u bnewha aktar milli bnewha huma. (il-pagani), u ġewhom il- Mibgħutin tagħhom bis-sinjali ċ-ċari. (iżda huma ċaħduhom u giddbuhom). Mhux Alla li naqas lejhom (meta kkastigahom), iżda kienu huma li naqsu lejhom infushom (meta ċaħdu' s-sinjali li ġewhom u għalhekk kien jistħoqqilhom il-kastig)
  10. Imbagħad tmiem dawk li għamlu l-ħażen kien mill- agħar, talli giddbu s-sinjali ta' Alla u kienu jżebilħuhom
  11. Alla jibda l-ħolqien, imbagħad itennih, u mbagħad titreġġgħu lura għandu
  12. Fil-Jum li tasal is-Siegħa, il-ħatjin jitbikkmu bil-biża' u t-taħwid (kbir li jaħkimhom, u jaqtgħu jieshom)
  13. Ma jkollhomx min jidħol għalihom minn fost l-allat li xierku (ma' Alla; mhux biss, talli) jiċħdu lil (dawn) l-allat tagħhom
  14. Fil-Jum li tasal is-Siegħa, dakinhar jinfirdu (ir-tajbin mill-ħżiena)
  15. Dawk li emmnu u għamlu l-ġid, dawk fi Ġnien jithennew
  16. Iżda dawk li ċaħdu t-twemmin u giddbu s-sinjali tagħna u l-laqgħa (ma' A/la fil-Ħajja) l-Oħra, dawk għall-kastig (ta' dejjem) jinġiebu
  17. Mela (agħtu) sebħ lil Alla meta tibdew l-għaxija u meta ssebbħu
  18. Lilu t-tifħir fis-smewwiet u fl-art, filgħaxija u meta jsirilkom nofsinhart
  19. Huwa joħroġ il-ħaj mill-mejjet, u joħroġ il-mejjet mill- ħaj, u jagħti l-ħajja lill-art wara mewtha, Hekk ukoll intom tinħarġu (mill-oqbra biex tidhru quddiem Alla)
  20. Fost is-sinjali tiegħu (issibu) li ħalaqkom mit-trab, imbagħad ara, sirtu bnedmin imxerrdin (ma ' kullimkien)
  21. U fost is-sinjali tiegħu (issibu) li ħalqilkom nisa għalikom: minnkom infuskom, biex issibu hena magħhom, u għamel l-imħabba u l-ħniena bejnietkom. Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjali għal nies li jafu jixtarru (is-siwi tagħhom)
  22. Fost is-sinjali tiegħu. (ikoll). hemm il-ħolqien tas- smewwiet u l-art, u d-differenza fl-ilsna tagħkom u fi Iwienkom. Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjali għall- għorrief
  23. U fostis-sinjali tiegħu hemm ir-raqda tagħkom billejl u binhar, u kif tfittxu l-għajxien tagħkom mit-tjieba tiegħu. Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjali għal nies li jisimgħu (u jagħtu widen)
  24. Fost is-sinjali tiegħu (issibu) li Huwa jurikom il-beraq, (biex ikunilkom sew) ta' biża' (kif ukoll) ta' tama, u jniżżel mis-sema ilma, u bih jagħti l-ħajja lill-art wara mewtha. Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjali għal nies bil-għaqal
  25. U fost is-sinjali tiegħu (issibu) li s-sema u l-art iżommu bl-amar tiegħu. Imbagħad meta jsejħilkom. b'sejħa (waħda) mill-art, ara, intom toħorġu (mill-oqbra biex tidhru quddiemu)
  26. Tiegħu huwa kulmin jinsab fis-smewwiet u fl-art; kulħadd joqgħod għalih bil-qimal
  27. Huwa li jibda l-ħolqien, imbagħad itennih. U dan eħfef għalihi Tiegħu l-ogħla kwalitajiet fis-smewwiet u fl-art. Huwa l-Qawwi, l-Għaref
  28. Huwa jagħmlilkom tixbiha minnkom infuskom. Jaqaw intom tagħmlu sħab ma' l-ilsiera li għandkom f'idejkom, f'dak li tajniekom għall-għajxien tagħkom, hekk li intom indaqs fih (magħhom), u tibżgħu minnhom. bħalma tibżgħu minn xulxin 7 (Jekk ma taqblux li l-ilsiera jkunu sħab magħkom f'ġidkom, kif tridu li. Alla jkollu sħab miegħu) Hekk infissru bir-reqqa s-sinjali (tagħna) lil nies bil-għaqal. ħ
  29. Iżda dawk li għamlu l-ħażen imxew wara x-xewqat tagħhom mingħajr għarfien. U min se jmexxi fit-triq it- tajba lil dawk li Alla tellifhielhom 7 (Dawn) ma jkollhomx min jgħinhom
  30. Mela żomm ħarstek (Muħammad) fuq id-din (safi, l- Islam) b'qalbek kollha u bi twemmin safi (din hija) n- natura ta' Alla li fuqha Huwa sawwar lin-nies. Ma hemm ebda tibdil fil-ħolqien ta' Alla. Dak huwa d-din tassew, iżda ħafna min-nies ma jafux
  31. Duru lejh nedmin, ibżgħu minnu, agħmlu t-talb, u la tkunux minn dawk li jxierku (allat ma' Alla)
  32. dawk li ġabu l-firda fir-reliġjon tagħhom u saru setet, u kull ġemgħa tifraħ b'dak (it-twemmin. fieragħ) li għandha
  33. Meta xi deni jmiss lin-nies, (arahom iħallu l-idoli tagħhom u). isejħu. lil Sidhom, nedmin. Iżda meta jdewwaghom ħniena minnu, ara, ġemgħa. minnhom ixierku (allat oħra) ma' Sidhom (il-Mulej)
  34. biex (b'hekk) jiċħdu dak li tajniehom: (Lil dawn jintqalilhom:) 'Gawdu (kemm tridu għal ftit taż-żmien)i Dalwaqt se tkunu taful
  35. Jaqaw niżżilnielhom' xi prova li titkellem (u tixhed fawur) dak li kienu jxierku (ma' Alla)
  36. U meta ndewqu lin-nies xi ħniena (bħalma hi s-saħħa jew il-ġid. materjali). huma jifirħu biha, iżda. meta tmisshom xi ħsara, minħabba. l-ħażen li jkunu għamlu b'idejhom, arahom jaqtgħu jieshom għal kollox
  37. Jaqaw ma jarawx li Alla jkattar il-ġid lil-min irid, kif ukoll inaqqsu (Żif min jidhirlu) Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjali għal nies li jemmnu
  38. Mela agħti lill-qraba dak li ħaqghom, u lill-fqir u. lil min iterraq. Dan ikun aħjar għal dawk li jridu Wiċċ Alla, u dawk huma r-rebbiħin
  39. Dakeli ssellfu bi mgħax, biex (ġidkom ikompli) jiżdied bi flus in-nies, (kunu afir li dan il-ġid) ma jiżdiedx għand Alla, filwaqt li dak li tagħtu bħala karità għaliex tridu Wiċċ. Alla, (dan jiżdied għand Alla). Dawk huma li jieħdu d-doppjul
  40. Alla huwa li ħalaqkom, imbagħad takom biex. tgħixu, imbagħad jibagħtilkom il-mewt, imbagħad jagħtikom il- ħajja (biex tqumu għal Jum il-Ħaqq): Jaqaw fost dawk l- ixirka tagħkom (/i intom xeriktu ma' Alla) hemm min jagħmel xi ħaġa minn dan Sebħ lilul Huwa wisq ogħla minn dak li jxierku miegħul
  41. Il-ħsara dehret fuq l-art u fil-baħar minħabba dak li għamlu n-nies b'idejhom, biex idewwaghom xi ftit minn dak li għamlu, u għandhom imnejn jerġgħu lura (mill- ħażen u jindmu)
  42. Għid(ilhom. Muħammad lil dawk li ma jemmnux): Terrqu fl-art u araw kif kien tmiem dawk ta' qabell Ħafna minnhom kienu jxierku (allat oħra ma' Alla, u nqerdu)
  43. Żomm ħarstek fuq ir-reliġjon is-sewwa (ta' l-Islam) qabel ma jasal Jum li ma jistax jinżamm lura, mingħand Alla. Dakinhar (il-bnedmin) jinfirdu (u t-tajbin jieħdu ħlashom fil-Ġenna, u l-ħżiena fl-Infern)
  44. Min m'emminx, iċ-ċaħda ta' twemminu tkun fuqu, u dawk li għamlu l-ġid, għalihom infushom iwittu t-triq
  45. biex (Alla) jagħti l-ħlas lil dawk li emmnu u għamlu l- ġid, mit-tjieba tiegħu. Huwa tabilħaqq ma jħobbx lil dawk li ma jemmnux
  46. Minn fost is-sinjali tiegħu (insibu) li Huwa jibgħat l- irjieħ li jagħtu l-bxara (it-tajba tal-wasla tax-xita) biex idewwaqkom ftit mill-ħniena tiegħu, biex l-iġfna jbaħħru bl-amar tiegħu, u biex-tfittxu t-tjieba tiegħu, u għandkom imnejn tiżżu ħajr
  47. Aħna tassew bgħatna qablek (Muħammad) Mibgħutin għand nieshom, u. ġewhom. bis-sinjali ċ-ċari. Aħna tħallasna minn dawk li għamlu l-ħażen, u kien id-dmir tagħna li nagħtu r-rebħa lil dawk li emmnu
  48. Alla huwa li jibgħat l-irjieħ li-jqanqlu s-sħab: Huwa jifirxu fis-sema, kif irid, u jagħmlu f'biċċiet, u tara x-xita ħierġa minn nofsu. U meta jolqot biha lil-min irid mill- qaddejja tiegħu, arahom jifirħu
  49. għalkemm qabel ma (ix-xita) tniżżlet fuqhom, kienu qatgħu jieshom
  50. Mela ħares lejn il-marki tal-ħniena ta' Alla (fil- ħolqien), kif (Alla) jagħu l-ħajja lill-art wara mewtha. Dak huwa tabilħaqq li jagħti l-ħajja lill-mejtin, u Huwa fuq kollox Setgħan
  51. Iżda jekk nibagħtu riħ, u jaraw (il-ħsad) tagħhom musfar, wara dan jibqgħu ma jemmnux
  52. Tabilħaqq li inti (Muħammad) ma'ssemmax lill-mejtin, u ma ssemmax lit-torox is-sejħa (tiegħek) meta jagħtu/k) daharhom u ma jagħtux widen
  53. (U lanqas ma turi t-triq lill-għomja fit-telfien tagħhom. /J Inti ssemma' biss lil min jemmen fis-sinjali tagħna, u. ) huma Misilmin
  54. Alla huwa li ħalaqkom minn dgħufija (ta' daqsxejn ta' sperma, u ftit ftit sirtu fetu u tarbija żgħira li maż-żmien kibret), imbagħad wara d-dgħufija għamel (li jkollkom) il-qawwa (taż-żgħożija) u mbagħad wara (din) il-qawwa. għamel. (li jkollkom). dgħufija u. bjuda fix-xagħar. (fi xjuħitkom). Huwa joħloq li jrid, u Huwa li jaf kollox, Setgħan
  55. Fil-Jum li sseħħ is-Siegħa (tal-Qawmien), il-ħatjin jaħilfu li ma damux għajr siegħa (waħda fid-dinja). Hekk kienu jitqarrqu (qabel)
  56. Dawk li ngħataw l-għarfien u t-twemmin jgħidu(/hom lil dawk il-ħatjin): ''Skond il-Ktieb ta' Alla, intom bqajtu (fid-dinja) sa Jum il-Qawmien. U dan huwa Jum il- Qawmien (li intom kontu tiċħdu), iżda intom ma kontux taful
  57. Dakinhar ma tiswa xejn l-iskuża ta' dawk li dinbu, u ħadd ma jgħidilhom. biex jindmu (għaliex ikun tard wisq)
  58. Aħna għamilna lin-nies kull għamla ta' tixbiha f'dan il- Qoran. Jekk iġġibilhom (Muħammad) xi sinjal, dawk (il- pagani minn niesek). li jiċħdu. t-twemmin. se. jgħidu: €M'intomx għajr nies il-frugħal
  59. Hekk Alla jagħlaq qlub dawk li ma jafux (u ma jridux jafu)
  60. Mela stabar (Muħammad)l Tabilħaqq li l-wegħda ta' Alla (li joħroġ l-Islam: rebbieħ) hija minnha. U ara li ma jtellfulekx sabrek dawk mingħajr fidil