tmexxija tajba u ħniena għal dawk li jagħmlu t-tajjeb
lijagħmlu t-talb, li jagħtu l-karità, u jemmnu sħiħ fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra)
Dawk għandhom tmexxija tajba minn Sidhom (il- Mulej), u dawk huma li joħorġu rebbiħin (u jsalvaw)
Fost in-nies hemm min jixtri l-kliem fieragħ biex (bih) itellef (fil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla, bla (ma għandu) għarfien (ur prova dwar dak li qiegħed iħarref), u jeħodha biċ-ċajt. Dawk ikollhom kastig ta' tkasbir
U meta jinqrawlu l-versi tagħna huwa jagħti dahru (iż ma jagħtix. widen) imkabbar, bħallikieku ma semagħhomx, qisu għandu toqol f'widnejh (li ma jħallihx jisma'). Mela ħabbarlu (Muħammad) kastig ta' wġigħl
Tabilħaqq li dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid għandhom il-Ġonna ta' l-hena
Fihom jibqgħu għal dejjem. Il-wegħda ta' Alla hija minnhal Huwa l-Qawwi u l-Għaref
Huwa ħalaq is-smewwiet, u tarawhom (iżmuma) mingħajr kolonni, u fl-art waqqaf fis-sod l-iġbla biex (l- art) ma titħarrikx bikom, u xerred fiha kull għamla ta' ħlejjaq. U mis-sema nniżżlu ilma, u fih inkabbru kull għamla (ta' xitla) tajba (sew għall-ikel kif ukoll għall- fejqan)
Dan huwa l-ħolqien ta' Alla' Mela uruni x'ħalqu mingħajru dawk (l-allat l-oħra li tqimu)l Iżda l-ħżiena huma f'telfien mill-aktar ċar
Aħna tassew tajna l-għerf lil-Luġman (u għedhieki): VIżżi ħajr lil Alla (ta' l-għerf li tak)l Min jiżżi ħajr, ikun qiegħed jiżżi ħajr għalih innifsu. U min ma jibqax jafhulu (lil Alla, għandu jkun jaf li) tabilħaqq Alla Għani (u ma jeħtieġ xejn). Hu jistħoqq kull tifħir
U (ftakar, Muħammad) meta Luqmin qal lil ibnu, hu u jwissih: ''Ibni, la xxerikx (allat oħra) ma' Allat Din ix- xirka hija ħażen kbir
L-amar tagħna lill-bniedem huwa li juri tjubija mal- ġenituri tiegħu (għaliex jeħtieġlu jiftakar li) ommu.) ġġorru (f'ġufha) bi dgħufija fuq dgħufija, u jinfatam fi: J żmien sentejn. (Mela ftakar u) iżżi ħajr lili u lill-ġenituri tiegħeki (La tinsiex li) lejja t-tmiem
U jekk (missierek u ommok) iħabirku biex iġagħluk ixxierek miegħi dak li ma għandekx għarfien dwaru, toqgħodx għalihom, iżda imxi magħhom fid-dinja kif jixraq (anki jekk ma humiex Misilmin, jew huma ħżiena), u imxi fit-triq ta' min dar lejja bl-indiema. Imbagħad għandi terġgħu lura u (dakinhar) inħabbrilkom dak li kontu tagħmlu
(Lugman qal): ''Ibni, jekk xi ħaġa, imqar it-toqol ta' żerriegħa tal-mustarda, tkun ġewwa blata, jew fis- smewwiet, jew fl-art, Alla għad iġibha (v ssir magħrufa). Tabilħaqq li Alla jaf l-irqaqat kollha, u jaf(/hom) sewwa
Ibni, agħmel it-talb, amar (/i jsir biss) it-tajjeb, tħallix il-ħażen, u stabar f'dak li jiġrilekl Tabilħaqq li dawn (l- għemejjel) huma mill-aqwa kwalitajiet
La ddawwarx wiċċek min-nies (bi kburija), u lanqas timxi fl-art minfuħ bik innifsek. Tabilħaqq li Alla ma jħobb lil ebda mkabbar li kollu ftaħir bih innifsu
Imxi kif jixraq, u baxxi leħnekt Tabilħaqq li l-ikreh Ieħen huwa leħen il-ħmir (u jixbah l-għajat ta' min jgħolli leħnu bil-qerq). IT
Mela ma tarawx li Alla qiegħed taħt idejkom dak. li jinsab fis-smewwiet u fl-art (biex tinqdew bih), u sawwab fuqkom. bil-kotra l-grazzji. tiegħu, li jidhru u li-ma jidhrux. Fost in-nies hemm min iħaqqaqha dwar Alla mingħajr ma għandu għarfien (u ebda prova ta' dak li qiegħed jgħid) mingħajr tmexxija tajba, u lanqas Ktieb li jdawwal(/u moħħu)
U meta (lil dawk li jħobbu jmieru) jintqalilhom: Imxu fuq dak li Alla niżżel ' huma jgħidu: 'Let Imma nimxu fuq dak li fih sibna lil missirijietna.' Kif 2 Anki jekk ix- Xitan isejħilhom għall-kastig tan-Nar iħeġġeġ
Minjingħata għal Alla, filwaqt li jagħmel it-tajjeb, ikun qabad l-aqwa maqbad (li, bħal ħabel sod, ma jinqatax). Lejn Alla t-tmiem ta' kollox
La tinkeddx (Muħammad) minħabba ċ-ċaħda tat- twemmin ta' min ma jemminx. Lejna jerġgħu lura u. (dakinhar) inħabbrulhom dak (kollu) li għamlu (meta kienu fid-dinja). Tabilħaqq li Alla jaf sew b'dak li hemm fil-qlub
nħalluhom igawdu għal ftit (fid-dinja), imbagħad inġegħluhom jimxu lejn kastig iebes
Jekk tistaqsihom (Muħammad) min ħalaq is-smewwiet u l-art, huma tassew jgħidu: ''Alla.' Għid(ilhom): 'Tifħir lil Allaf' Iżda l-kotra tagħhom ma jafux
Ta' Alla kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art; Alla tabilħaqq huwa l-Għani, li jistħoqq kull tifħir
Kieku s-siġar kollha tad-dinja kienu pinen, u l-baħar (kien linka), b'seba' ibħra. oħra) warajh iferrgħu fih, kieku (kienet tinħela dik il-linka kollha; il-pinen jiġu fix- xejn, iżda) Kliem Alla ma jintemmx. Tabilħaqq li Alla huwa Qawwi, Għaref
Il-ħolqien u l-qawmien tagħkom mill-imwiet huma biss bħal (il-ħolqien u l-qawmien ta') ruħ waħda (biss). Alla tassew jisma' kollox u jara kollox
Mela ma tarax li Alla jdaħħal (dalmer) il-lejl f'(dawl) in-nhar, u jdaħħal (dawl) in-nhar f'(dalmet). il-lejl, u qiegħed ix-xemx u l-qamar taħt idejh kollha kemm huma jduru għal żmien imsemmi u li Alla jaf sew b'dak li tagħmlu
Dan għaliex Alla huwa s-Sewwa, u dak li jsejħu minfloku huwa l-qerq, u għaliex Alla huwa l-Għoli, il- Kbir
Mela ma tarax li l-iġfna jiġru fil-baħar bil-grazzja ta' Alla, biex jurikom uħud mis-sinjali tiegħu 7 Tabilħaqq li f'dan hawn sinjali għal kulmin jaf jistabar u jiżżi ħajr
Meta l-mewġ (għoli) jgħattihom bħal saqaf ta' dell, (ismagħhom). isejħu lil Alla (mwerwrin), u joqogħdu għad-din tiegħu biss. Iżda meta jeħlishom fmill-għawġ tal-baħar u jġibhom) lejn l-art, hemm minnhom li huwa ġust (u hemm minnhom li ma jiżżix ħajr). Ħadd ma jiċħad is-sinjali tagħna, ħlief kulmin hu qarrieq, li ma jafhulux (lil Alla)
Janies, ibżgħu minn Sidkom (il-Mulej), u ibżgħu minn Jum meta missier ma jkun jista' jagħmel xejn għal ibnu, u iben ma jkun jista' jagħmel xejn għal missieru. Tabilħaqq li l-wegħda ta' Alla hija minnhal Mela ħalli ma tqarraqx bikom il-ħajja f'(din) id-dinja, u ħalli ma jqarraqx bikom (ix-Xitan) il-Qarrieq dwar Allal
Alla tabilħaqq għandu l-għarfien tas-Siegħa. (ral- Qawmien mill-imwiet), u (jaf meta u fejn) iniżżel xita, u jaf x'hemm fil-ġwief (jekk hux tifel jew tifla, jekk f'ħajjitha tkunx persuna ferħana jew imdejqa, tajba jew midinba, minn nies il-Ġenna jew l-Infern). Ebda ruħ ma taf x'se tikseb għada, u ebda ruħ ma taf f'liema art tmut, Tabilħaqq li Alla jaf kollox, jaf sewwa