4.The Women

  1. Ja nies, ibżgħu minn Sidkom li ħalaqkom minn bniedem wieħed, u minnu ħalaq seħbitu. Minnhom it-tnejn xerred ħafna rġiel u nisa. Ibżgħu minn Alla li f'ismu titolbu dak li tixtiequ mingħand xulxin, u la tonqsux lejn qrabatkom. Alla tabilħaqq iħariskom (u jgħasses fuqkon)
  2. Agħtu lill-iltiema ġidhom (mera jikbru) u la tbiddlux il- ħażin (u dak li hu projbit għalikom, jiġifieri ġidhom) mat- tajjeb (jiġifieri ġidkom). La tiklux ġidhom (Ġilli għalltuh) ma' ġidkom. (Dan) huwa tabilħaqq dnub kbirl
  3. U jekk tibżgħu li ma timxux bil-ħaqq mat-tfajliet iltiema, mela żżewġu n-nisa: (l-oħrajn) li tridu, tnejn, tlieta, (jew) erbgħa. U jekk tibżgħu li ma timxux bil-ħaqq (magħhom kollha), mela żżewġu. waħda (biss), jew dawk (in-nisa lsiera). li-għandkom fil-leminija tagħkom. Dan huwa aħjar biex ma tonqsux (lejn in-nisa tagħkom)
  4. Agħtu lin-nisa (tagħkom) id-dota tagħhom bħala għotja (mill-qalb). Iżda jekk, minn rajhom, iroddulkom xi ħaġa minnha, intom tistgħu teħduha u tithennew biha
  5. La tagħtux lil dawk ta' moħħhom ħafif il-ġid (tagħhom miżmum għandkom, u li huwa wkoll) tagħkom, li Alla ħejja għalikom biex tgħixu bih, iżda għajxuhom u libbsuhom minnu, u għidulhom kliem xieraq
  6. Għarblu lill-iltiema (biex taraw l-għaqal tagħhom) u meta jilħqu l-età taż-żwieġ, jekk issibu l-għaqal fihom, mela roddulhom: ġidhom (bla dewmien). La tiklux (ġidhom) fil- ħela u bl-għaġla, qabel ma jikbru ( 4 jkun jistħoqqilhom ġidhom). Min (fost dawk li jrabbu l-iltiema) ikun għani, għandu jżomm lura fmi/fi jieħu minn ġidhom), u min ikun fqir, jista' jieħu bil-ħaqqi Meta (imbagħad) tagħtuhom ġidhom, araw li ġġibu x-xhieda għalihom. Alla: huwa biżżejjed biex jagħmel il-kontijiet
  7. L-irġiel għandhom sehemhom minn dak li jħallu l- ġenituri u l-qraba (tagħhom), u. (hekk ukoll) in-nisa għandhom sehemhom minn dak li jħallu l-ġenituri u l- qraba, sew jekk ftit, sew jekk ħafna sehem iffissat (skond il-liġi ta' Alla)
  8. (U jekk il-qraba fl-oħra lima jistħoqqilhomx sehem mill-wirt), l-iltiema u. l-foqra jkunu preżenti għall-qsim (tal-wirt), mela agħtuhom minnu, u għidulhom. kliem xieraq
  9. Ħalli jibżgħu dawk (li jkunu qed jaqsmu xi wirt, jew min irabbi u jieħu ħsieb l-iltiema, bħalma) kienu jibżgħu kieku ħallew warajhom ulied dgħajfal Mela ħalli jibżgħu minn Alla, u ħalli jgħidu kliem sewwal
  10. Tabilħaqq li dawk li jieklu ġid l-iltiema mingħajr ħaqq, ma jkunux jieklu ħlief Nar ġewwa żaqqhom. Huma se jinxtwew f'ħuġġieġal
  11. Alla jamrilkom. (b'darr li ġej) fuq (il-wirt li jmiss lil) uliedkom: l-iben ikollu daqs is-sehem taż-żewġt ibniet, u jekk (il-werrieta) ikunu nisa (biss, tnejn jew) aktar minn tnejn, (dawn) imisshom żewġ terzi minn dak li ħalla (il- missier jew l-omm). Jekk (il-werrieta) tkun mara waħda, din imissha n-nofs. Kull wieħed mill-ġenituri (tal-mejjet) imissu wieħed minn sitta ta' dak li jkun ħalla, jekk dan ikollu tfal. Jekk ma jkollux tfal, u l-ġenituri tiegħu jirtuh, ommu tieħu terz (u missieru jieħu żewġ terzi). Jekk (il- mejjet) ikollu aħwa, għal ommu (hemm) wieħed minn sitta (u l-bqija jieħdu l-missier). (Qsim il-wirt isir) warali (jitħallas): xi legat li l-mejjet ikun ordna, jew xi dejn. Intom ma tafux min minnhom, il-ġenituri tagħkom jew uliedkom, huma l-aktar ta' fejda għalikom. (Dawn huma ishma fissi u huma) amar minn Alla. Alla tabilħaqq jaf kollox u Għaref
  12. (Hemm) għalikom (l-irġiel) nofs dak li jħallu n-nisa tagħkom, jekk ma jkollhomx tfal (minnkom jew minn ħaddieħor). Jekk ikollhom tfal, intom imisskom il-kwart ta' dak li jħallu, wara li (jitħallas) xi legat li huma jkunu ordnaw (li għandu jitħallas); jew xi dejn. Għalihom (għan-nisa tagħkom waħda jew aktar hemm) kwart ta' dak li tħallu, jekk ma jkollkomx tfal. Jekk ikollkom tfal (minnhom, jew minn nisa oħra), ikun imisshom wieħed minn tmienja ta' dak li tħallu, wara li (jirħal/as) xi legat li tkunu ordnajtu. (li għandu jirħallas), jew xi dejn. Jekk (imbagħad) raġel jew mara ma jkollux werrieta mill- qrib (missier jew iben), iżda jkollu lil ħuh jew lil-oħtu (mill-istess omm, iżda minn missirijiet differenti), għal kull wieħed minnhom it-tnejn (hemm) wieħed minn sitta. Jekk (l-aħwa mill-istess omm) ikunu aktar minn hekk, huma jkunu sħab (indaqs, subien u bnier) fit-terz, wara li (jitħallas) xi legat (li: l-mejjet ikun ordna li għandu jitħallas), jew xi dejn, mingħajr telf' (lil ħadd mill- werrieta jew persuni oħra). (Dan huwa) amar minn Alla. Alla jaf kollox; Kollu Sabar mal-midinbin
  13. Dawk huma d-digrieti ta' Alla. Min joqgħod għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, ( 4//a) idaħħlu f'Ġonna bix- xinajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dik hija r-rebħa l-kbira
  14. Iżda min ma jobdix lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, u jikser id-digrieti tiegħu, (A//a) idaħħlu f'Nar li fih jgħammar għal dejjem, u jkollu kastig ta' tkasbir
  15. Dawk fost in-nisa tagħkom li jagħtuha għall-għemejjel faħxija, ġibu kontrihom erba' xhieda (irġiel Misilmin) minn fostkom. Jekk (dawn) jixhdu (li n-nisa huma ħatja), żommuhom. fid-djar sa ma l-mewt teħodhom, jew (inkella) Alla jsib triq (oħra għalihom). J
  16. Dawk it-tnejn (żewġt irġiel jew raġel u mara) fostkom li jagħtuha (għall-għemejjel faħxija), ikkastigawhom it- inejn. li huma. Jekk. (imbagħad) jindmu u jsewwu. l- imġiba tagħhom, ħalluhom. Alla tabilħaqq idur Kollu Maħfra, il-Ħanin
  17. Alla jilqa' l-indiema ta' dawk li jagħmlu l-ħażen b'injuranza u bi bluha, imbagħad malajr jindmu minnu. Lejn dawk Alla jdur bil-maħfra. Alla jaf kollox u Għaref
  18. Ma hijiex indiema ta' dawk li (jibqgħu) jagħmlu l- għemejjel ħżiena sa ma' tasal il-mewt fuq xi ħadd minnhom u (imbagħad) jgħid: ''Issa ndimti' U lanqas (ma hija ndiema) ta' dawk. li jmutu (u jibqgħu) ma jemmnux, Għal dawk ħejjejna kastig ta' wġigħ
  19. Intom li temmnu, ma jiswiex li tirtu n-nisa kontra r- rieda tagħhom. Lanqas ma għandkom tkidduhom (jew iżżommuhom milli jiżżewġu) biex teħdulhom xi ħaġa li tajtuhom. (bħala dota), ħlief jekk jagħmlu. għemejjel faħxija bil-miftuħ. Għixu magħhom bit-tjieba, (għaliex anki) jekk tobogħduhom, jista' jkun li tobogħdu xi ħaġa li Alla qiegħed fiha ġid kbir
  20. Jekk tkunu tridu tibdlu mara ma' mara (oħra) minflokha (biex tiżżewġuha), u kontu tajtu lill-(ewweż) waħda minnhom qantar (deheb: bħala dota), la tieħdu (lura) minnu xejni Jaqaw tridu teħduh b'qerq u bi ħtija (fi ssir) fil-beraħ
  21. U kif'teħduh (/ura) meta kellkom x'taqsmu ma' xulxin, u (in-nisa tagħkom) ħadu mingħandkom wegħda soda (dwar l-għaqda tagħkom fiż-żwieġ magħhom)
  22. La tiżżewġux in-nisa li żżewġu missirijietkom, ħlief dak li seħħ fl-imgħoddi. Dan tabilħaqq Kien għemil faħxi u mibgħud, u mġiba ħażina
  23. Ma jiswewx għalikom (għaż-żwieġ) ommijietkom, il- bniet tagħkom, ħutkom il-bniet, zijietkom min-naħa tal- missier u ta' l-omm, il-bniet ta' ħukom, il-bniet ta' oħtkom, ommijietkom li reddgħukom, ħutkom il-bniet mill-irdigħ, ommijiet in-nisa tagħkom, il-bniet li huma taħt il-ħarsien tagħkom. min-nisa li kellkom. x'taqsmu magħhom iżda jekk ma kellkomx x'taqsmu magħhom, ma hemm xejn ħażin li tiżżewġu l-bniet tagħhom in- nisa ta' wliedkom li huma minn nisilkom, u (lanqas tistgħu) tiżżewġu żewġt aħwa bniet (fl-istess ħin), ħlief dak li diġà seħħ fl-imgħoddi. Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra, il-Ħanin
  24. U nenisa miżżewġa (ukoll ma. tistgħux: tiżżewġuhom) ħlief dawk (l-ilsiera) li għandkom fil-leminija tagħkom. Dan hu l-Ktieb (u d-digriet) ta' Alla għalikom. Jiswa għalikom (iż-żwieġ man-nisa) li ma humiex minn dawn (in-nisa projbiti li ssemmew), biex tfittxuhom bil-ġid (tad-dota) tagħkom, għaż-żwieġ u mhux għaż-żina. U ta' l-hena li tieħdu mingħandhom, araw li tagħtuhom il-ħlas (tad-dota), li hu dmir (tagħkom); Ma jkollkom ebda ħtija ta' dak li tiftiehmu bejnietkom wara li d-dota (rkumu ftehimtu fuqha). Alla tabilħaqq jaf kollox, u Għaref
  25. Min (minnkoni) ma jkollux biex jiżżewweġ nisa ħielsa li jemmnu, (ikun jista' jiżżewweġ) dawk. it-tfajliet (ilsiera) li jemmnu, li għandkom fil-leminija tagħkom. Alla jaf sew bi twemminkom. Intom (ġejjin) minn xulxin, għalhekk iżżewġuhom bir-rieda ta' nieshom, u agħtuhom il-ħlas (fad-dota) tagħhom, kif jixraq, (għaliex huma nisa li) jgħożżu s-safa, mar humiex mogħtija għaż-żina u lanqas ma għandhom maħbubin (oħra): Jekk. meta jiżżewġu jagħmlu għemil faħxi, għalihom hemm nofs il- kastig li jmiss lin-nisa ħielsa. Din (ħija l-liġi) għal min, fostkom, jibża' mid-dnub. Ikun aħjar għalikom li toqogħdu b'sabarkom (u ma tiżżewġux nisa lsiera). Alla Kollu Maħfra u Ħanin
  26. Alla jrid jurikom biċ-ċar u jmexxikom sewwa fit-toroq ta' dawk li (għaddew) qabilkom, u jdur lejkom bil- maħfra. Alla jaf kollox u Għaref
  27. Alla jrid idur lejkom bil-maħfra, iżda dawk li jimxu wara x-xewqat (ħżiena) jixtiqukom. titbiegħdu ħafna (minnu u taqbdu t-triq il-ħażina)
  28. Alla jrid iħaffilkom (it-roqol tagħkom b'liġijiet ħfief), għaliex il-bniedem inħalaq dgħajjef
  29. Intom li temmnu, la tiklux ġidkom bejnietkom bil-qerq (u araw li: ma tiksbux il-ġid) ħlief meta jkun hemm (bejnietkom) kummerċ li taqblu dwaru. La toqtlux lilkom infuskom (u lil-xulxin)i Alla tabilħaqq huwa (dejjem) ) Ħanin magħkom
  30. Min jagħmel hekk b'aggressjoni u b'inġustizzja, se naħarquh fin-Nar. Dan għal Alla huwa ħafif (li jsir)
  31. Jekk iżżommu 'l bogħod mill-akbar dnubiet li ma għandkomx tagħmlu, Aħna nsaffukom minn ħtijietkom u ndaħħlukom f'daħla ta' ġieħ
  32. U la tixxennqux għal dak li Alla ta lil uħud minnkom iżjed minn ħaddieħor, L-irġiel imisshom sehem minn dak li kisbu, u n-nisa jmisshom sehem minn dak li kisbu. Itolbu lil Alla (jagħtikom) mit-tjieba tiegħu. (minflok tgħiru għal xulxin). Alla tabilħaqq jaf b'kollox
  33. U għal kulħadd għamilna werrieta ta' dak li jħallu l- ġenituri u l-qraba. U agħtu sehemhom (mill-wirt) lil dawk li l-leminija tagħkom daħlet f'rabta magħhom. Alla tabilħaqq Xhud ta' kollox
  34. L-irġiel jieħdu ħsieb lin-nisa minħabba li Alla lil dawn (l-irġiel) tahom aktar (qawwa fil-ġisem u ħsieb għaqli 'l bogħod. mill-emozzjoni). mill-oħrajn. (min-nisa), u minħabba dak li jonfqu minn ġidhom. Għalhekk in-nisa t-twajba. jobdu (lil żwieġhom) u, fin-nuqqas. (ta' żwieġhom), iħarsu dak li Alla jrid li jitħares (il-pudur, darhom u ġidhom). Dawk in-nisa li tibżgħu mill-imġiba ħażina tagħhom, (l-ewwel) wissuhom, (imbagħad jekk ma jisimgħux) itilquhom. waħidhom. fis-sodod u. (fl- aħħarneti, jekk ma jisimgħux) idorbuhom fħafif u b'mod. simboliku, jekk dan isolvi l-problema). Jekk joqogħdu għalikom, tfittxux li (rkomplu) teħduha kontrihom. Alla tabilħaqq huwa Għoli u Kbir
  35. U jekk tibżgħu li jkun hemm tilwim u firda bejniethom (bejn ir-raġel u martu), mela ibagħtu għal arbitru minn niesu u arbitru minn niesha, Jekk (l-arbirri, jew il-koppja, ikunu) iridu jsewwu, Alla jġib l-għaqda bejniethom it- tnejn. Alla jaf kollox (dwar dawr il-ħwejjeġ) u jaf sewwa (bihom)
  36. Qimu lil Alla, u la xxierku xejn miegħu, u ġibu rwieħkom tajjeb mal-ġenituri u mal-qraba, ma' l-iltiema, mal-foqra, mal-ġar qarib. (tagħkom) u mal-ġar barrani (għalikom), ma' seħibkom qrib tagħkom, ma' min iterraq, u ma' dawk (l-ilsiera) li għandkom fil-leminija tagħkom. Alla tabilħaqq ma jħobbx lill-imkabbar jew lill- faħħari
  37. (Alla lanqas ma jħobb) lil dawk li jixxaħħu, u jamru lin-nies ikunu xħaħ (huma wkoll) u jaħbu dak li tahom Alla mit-tjieba tiegħu. Għal dawk li ma jemmnux ħejjejna kastig ta' tkasbir
  38. (Lanqas ma jħobb) lil dawk (ta' wiċċ b'ieħor) li jonfqu ġidhom għal għajnejn in-nies, u ma jemmnux f'Alla u lanqas fl-Aħħar Jum. Dak li x-Xitan huwa s-sieħeb (tiegħu, ma jistax ikollu) sieħeb agħar minnu
  39. X'kienu se jitilfu li kieku emmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum, u nefqu (fil-ġid) minn dak li tahom Alla. Alla jaf kollox dwarhom
  40. Alla ma jonqos (lejn ħadd, lanqas) bit-toqol ta' farka: U jekk ikun (sar) xi ġid, (arah) ikattru għal ħafna drabi, u jagħti mingħandu ħlas kbir
  41. U kif (ikunu l-ħżiena, u x'se jiġri minnhom f'Jum il- Qawmien) meta nġibu xhud minn kull ġens, u nġibuk (Muħammad) xhud kontra dawn (in-nies)
  42. Dakinhar (tal-Ġudizzju) dawk li ma jemmnux u ma jobdux lill-Mibgħut (Muħammad) ikunu jixtiequ li kieku l-art titwaħħad magħhom (u jindifinu fiha), iżda xejn ma (jkunu jistgħu) jaħbu mihn Alla
  43. Intom li temmnu, la toqorbux lejn it-talb meta intom fis-sakra, sa ma (tgħaddilkom is-sakra) u tkunu tafu x'qegħdin tgħidu, u lanqas meta. tkunu mniġġsin (minħabba relazzjoni sesswali jew minħabba tnixxija ta' sperma), ħlief meta tkunu qegħdin itterrqu (u tgħaddu mill-moskea), sa ma tinħaslu. Jekk tkunu morda (u l-ħasil bl-ilma ma jagħmililkomx tajjeb), jew f'safar, jew xi ħadd minnkom ġie lura mill-ħtiġijiet naturali tiegħu, jew missejtu n-nisa (sesswalment) u ma ssibux ilma, mela fittxu (ssaffiu) b'ramel (jew trab) safi u imsħu bih l-uċuħ tagħkom u idejkom. Alla tabilħaqq iħassar id-dnubiet u Kollu Maħfra
  44. Mela ma rajtx (Muħammad) lil dawk li ngħataw sehem mill-Ktieb (it-Tora) 2. (Arahom, il-qassisin tal-Lhud) jixtru t-telfien, u jixtiequ li intom (il-Misilmin) toħorġu mit-triq (it-tajba)
  45. Iżda Alla jaf l-aktar bl-għedewwa tagħkom: Alla huwa biżżejjed (għalikom): biex iħariskom, u Alla huwa biżżejjed (għalikom) biex jgħinkom
  46. Uħud mil-Lhud jgħawġu l-kliem (tat-Tora u jaqilgħuh) minn postu u jgħidu: ''Smajna (Muħammad, dak li għed), iżda ma nobduxt' (U jgħidu) ''Isma' (dak li qed ngħidulek), bla ma tisma' (għax nixtiquk tittarrax):' (Jgħidu wkoll kliem imħawwad bħal) ''Ragħinat' (li taħsbu jfisser. 'ħu ħsiebna'', iżda għalihom għandu tifsira ħażina), b'tagħwiġ fi Isienhom, u b'żebliħ għar- reliġjon. U li kieku qalu: 'Smajna u obdejna,' u 'Isma' u ħares lejna,' kien ikun aħjar għalihom, u aktar xieraq. Iżda Alla seħethom tan-nuqqas ta' twemmin tagħhom, u ftit huma (dawk fosthom) li jemmnu
  47. Intom (il-Lhud) li ngħatajtu l-Ktieb, emmnu f'dak li niżżilna. (il-Qoran). li jseddaq dak li diġà għandkom, qabel ma nħassru xi wċuħ u naqilbuhom ta' wara quddiem (biex ma jingħarfux), jew nisħtuhom bħalma sħetna lil dawk li kisru s-Sibt (u ħadu l-għamla ta' xadini). L-amar ta' Alla jrid iseħħl
  48. Alla tabilħaqq ma jaħfirx li jixxierek (ma' ħaddieħor), iżda jaħfer dak li huwa anqas minn hekk, lil-min irid Hu. Miniixierek ma' Alla, ikun għamel dnub mill-kbar
  49. Mela marrajtx dawk (il-Lhud) li jgħidu li huma safjin (ia jiftaħru li huma wlied Allaj) Lel Huwa Alla li jsaffi lil min irid, u ma jmorru minn taħt lanqas b'ħarira
  50. Ara (Muħammad) kif jaqilgħu l-gideb dwar Alla (u jgħidu li huma l-ulied għeżież tiegħujl Dan. huwa biżżejjed (biex jitqisilhom bħala) dnub mill-aktar ċar
  51. Mela ma rajtx dawk (il-Lhud) li ngħataw sehem mill- Ktieb (it-Tora) 2 (Madanakollu) huma jemmnu fl-idoli u fl-allat foloz; u lil dawk (il-pagani ta' Mekka) li ma jemmnux jgħidu li dawn huma aktar fit-triq it-tajba (mill- 'Misilmin) li jemmnul
  52. Dawk huma (in-nies) li Alla seħethom (u begħedhom mill-ħniena. tiegħu), u lil min: Alla jisħet, inti (Muħammad) ma ssiblux min jgħinu
  53. Jaqaw għandhom sehem mis-saltna 7 Kieku (fix-xeħħa kbira tagħhom) lanqas naqra ta' għadma ta' tamra ma jagħtu lin-nies
  54. Jaqaw jgħiru għan-nies minħabba dak li: Alla tahom mit-tjieba tiegħu Aħna tajna lil nies Abraham il-Ktieb u l-għerf, u tajniehom saltna mill-aktar kbira
  55. (Kien hemm) minnhom li emmnu fih (fil-Ktieb), u kien hemm. minnhom li warrbu minnu. L-Infern biżżejjed (għalihom) biex jinħarqu (fih)
  56. Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux fis-sinjali tagħna se naħarquhom. fin-Nar, u kull darba. li l-ġilda. tagħhom tinxtewa, Aħna nbiddluhielhom b'ġilda oħra biex iduqu l-kastig. Alla huwa tabilħaqq Qawwi u Għaref
  57. Dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba. se ndaħħluhom f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Fihom. ikollhom. nisa safjin (f'kollox); u ndaħħluhom f'dell li jdellel (fuqhom għal dejjem)
  58. Alla tabilħaqq jamrilkom troddu lura lil sħabhom dak li fdawkom bih u ħallewh għandkom, u jekk tagħmlu ħaqq min-niċs, agħmlu ħaqq bil-ġustizzja. Tabilħaqq ma hawnx aħjar mit-twissija ta' Allal Tabilħaqq Alla jisma' kollox u jara kollox
  59. Intom li temmnu, obdu lil Alla u obdu lill-Mibgħut (tiegħu), u lil dawk minnkom li għandhom l-awtorità. Jekk titlewmu dwar xi ħaġa, għadduha lil Alla u lill- Mibgħut (tiegħu), jekk temmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum; Dan (l-għemil) huwa l-aħjar u l-aktar (ħaġa) xierqa (biex imorru tajjeb bejnietkom)
  60. Mela ma rajtx lil-dawk li jgħidu li jemmnu f'dak li tniżżel lilek (Muħammad, il-Qoran) u f'dak. li tniżżel qablek (it-Tora u. l-Evanġelju). (Madanakollu). huma. jridu li (fir-rilwim' ta' bejniethom). joqogħdu: għall- ġudizzju ta' l-allat; għalkemm kellhom l-amar biex jiċħduhom' Ix-Xitan irid itellifhom (it-trig. ir-tajba) u jbegħedhom ħafna (minnha)
  61. U meta jintqalilhom (til ta' wiċċ b'ieħor): 'Ejjew lejn dak li Alla niżżel (il-Qoran) u lejn il-Mibgħut (riegħu),' tara lil dawk ta' wiċċ b'ieħor iwarrbu minnek għal kollox
  62. Mela kif (se kun il-qagħda tagħhom) meta jiġihom xi għawġ li ġabu b'idejhom' Imbagħad (tarahom). ġejjin għandek, jaħilfu b'Alla (u jgħidi): ''Aħna ridna biss ġid u tjieba, u (/i nġibu) tiswija u għaqda (fost in-nies)
  63. Dawk huma li Alla jaf (sewwa) b'dak li għandhom fi qlubhom, Mela. tbiegħed minnhom, wissihom u għidilhom dwar ruħhom kliem ċar (li jganqal)
  64. Aħna ma bgħatna ebda Mibgħut jekk mhux biex ikun obdut, bir-rieda ta' Alla; Li kieku (dawk ra' wiċċ b'ieħor), meta. naqsu lejhom infushom. (għaliex ma semgħux: kliemek u l-ġudizzju. tiegħek, Muħammad), ġewk jitolbu l-maħfra ta' Alla, u l-Mibgħut kien jitlob maħfra. għalihom, huma kienu jsibu lil Alla jdur Kollu Maħfra u Ħanin
  65. Iżda le naħlef fuq Sidek ma jemmnux (għal kollox fik, Muħammad) qabel ma jqabbduk tagħmel ħaqq fit- tilwim ta' bejniethom. Imbagħad ma jsibux fihom infushom ebda diqa għal dak li tkun qtajt, u (ikum lesti) joqogħdu għalih għal kollox
  66. Li kieku tajniehom l-amar (lil ta' wiċċ b'ieħor, bħalma konna amarna lil ta' qabilhom, u għednielhom): 'Oqtlu lilkom infuskom. (jiġifieri. tqarlu għal Allaji'. jew 'Qħorġu minn djarkom (u minn artkom)l' ftit minnhom kienu jagħmlu dan. U li kieku għamlu dak li kienu mwissija, kien ikun aħjar għalihom u jsaħħaħhom aktar (fit-twemmin tagħhom)
  67. Imbagħad konna. nagħtuhom. ħlas mill-aktar kbir, mingħandna
  68. ukonna nuruhom (e gabbduhom) triq aritta
  69. Min joqgħod għal Alla u għall-Mibgħut (tiegħu), ikun ma' dawk li Alla wera t-tjieba tiegħu magħhom minn fost J il-Profeti, dawk li jħobbu s-sewwa (f'kollox), il-martri u t-twajbin. Mill-aħjar tassew dik is-sħubijal
  70. Dik hija t-tjieba minn Alla, u huwa biżżejjed li Alla jaf kollox
  71. Intom. li temmnu, moħħkom hemml Oħorġu (għat- taqbid) fi qtajja', jew oħorġu Ikoll flimkien
  72. Tabilħaqq li fostkom hemm min joqgħod lura (mit- taqbid), u jekk jiġrilkom xi għawġ, (ikun hemm min) jgħid: 'Alla wera t-tjieba tiegħu fuqi għaliex ma kontx xhud magħhom
  73. Iżda jekk issibkom tjieba minn Alla (għaliex toħorġu rebbiħin u tiksbu ħafna priża tal-gwerra), żgur li (dak ta' wiċċ. b'ieħor) jgħid bħallikieku ma kienx hemm imħabba bejnkom u bejnu: ''Kemm nixtieqni kont magħhom, għaliex kont nirbaħ rebħa mill-akbart
  74. Ħalli jitqatlu għal Alla dawk li jbigħu l-ħajja ta' din id- dinja biex jiksbu (il-ħajja) l-Oħral Min jitqatel għal Alla; sew jekk jinqatel u sew jekk jegħleb (lill-għadu tiegħu), se nagħtuh ħlas mill-akbar
  75. U (intom li temmnu) għaliex ma għandkomx- titqatlu għal Alla u għad-dgħajfin fost l-irġiel, in-nisa, u t-tfal ( 27 huma. miżmumin mill-pagani milli jħallu Mekka u) li jgħidu; 'Sidna, oħroġna minn din il-belt (pagana ta' Mekka), li niesha huma mill-agħar (u jħabirku wisq biex jeqirdu l-Islam). Ibagħtilna mingħandek min iħarisna, u ibagħtilna mingħandek min jgħinnaf
  76. Dawk li-jemmnu jitqatlu għal Alla, u dawk li-ma' jemmnux jitqatlu għall-allat foloz: Mela (intom il-ħbieb. ta' Alla) tqatlu kontra ħbieb ix-Xitan. Tabilħaqq li l-qerq tax-Xitan huwa dgħajjef
  77. Mela ma rajtx (Muħammad) lil-dawk li ntqalilhom: sŻommu idejkom (er titqatlux, għaliex għadu mhux iż- żmien), u agħmlu t-talb u agħtu l-karitàf' Meta (wara xi żmien) inkitbilhom li għandhom jitqatlu (kontra l-pagani: ta' Mekka), ġara li ġemgħa minnhom beżgħu min-nies (għedewwa tagħhom), bħalma. (kellu jkun) il-biża' (tagħhom) minn Alla, u aktar imbeżżgħin minn hekk. Huma qalu: ''Sidna, għaliex ktibtilna li għandna nitqatlu 2 Ma tistax forsi tagħtina ftit żmien ieħorf' Għidfi/hom Muħammad): ''It-tgawdija tad-dinja hija (tassew) qasira, u (il-Ħajja) l-Oħra hija (wisq) aħjar għal min jibża' minn Alla, u (fil-ħlas li jingħatalkom) ma tmorru minn taħt. lanqas b'ħarira. I
  78. (Tkunu fejn tkunu, il-mewt tilħaqkom; saħansitra jekk ttistkennu): f'torrijiet għoljint' U jekk (lif ta' wiċċ b'ieħor) tmisshom xi ħaġa tajba, jgħidu: ''Din minn Alla,' iżda jekk tmisshom xi ħaġa ħażina, jgħidu: ''Din mingħandek (Muħammad)U' Għid(ilhom: Muħammad): 'Kollox (jiġi) mingħand Allaf' Iżda x'għandhom dawn in-nies biex ma jistgħu jifhmu xejn I
  79. Kull ħaġa tajba li tiġik (ja Profeta, ur int, ja bniedem) hija minn Alla, u kull ħaġa ħażina li tiġrilek hija minnek innifsek (minħabba d-dnub tiegħek). U Aħna bgħatniek (Muħammad). bħala. Mibgħut lin-nies, u Alla huwa biżżejjed (għalikom) bħala Xhud (ta' dan). m w-wà-àwZà 4n 20mmmmmmmmmm.mm
  80. Min jobdi lill-Mibgħut (ta' A/la, lil Muħammad) ikun qiegħed jobdi lil Alla, iżda dawk li jagħtu daharhom fu ma jagħtux widen, ftakar, Muħammad, li) Aħna ma bgħatniekx għassies fuqhom
  81. Jgħidu (ta' wiċċ b'ieħor): '(Aħna nuru) ubbidjenza. ' Iżda meta jitilqu mingħandek. (Muħammad), ġemgħa minnhom tgħaddi l-lejl tnassas (fuq kif se tagħmel) dak li inti ma tgħidx (/i għandu jsir). Alla jikteb dak li huma jnassu billejl. Mela tbiegħed minnhom u ħalli f'idejn Alla. Alla huwa biżżejjed (għalikom) biex tħallu f'idejh
  82. Jaqaw ma jixtarrux il-Qoran 7 Kieku (il-Qoran) kien (imniżżel) mingħand ħaddieħor għajr Alla, kieku kienu jsibu fih ħafna li ma jaqbilx
  83. Meta (lil ta' wiċċ b'ieħor) jiġihom l-aħbar (dwar) is- sigurtà (fost dawk li emmnu minħabba. r-rebħa fuq l- għedewwa tagħhom), jew (l-aħbar dwar) il-biża' (li waqa' fost dawk li emnmu meta jġarrbu t-telfa, arahom) ixandruh. U li kieku (dawn l-aħbarijiet) għaddewhom lill-Mibgħut, jew lil min għandu s-setgħa fosthom, fgabel ma jxandruhom), dawk li (jafu) jistħarrġu (is-sewwa) kienu jkunu jafuhom (u jafu jekk kellhomx jixxandru jew le). U li mhux għat-tjieba u l-ħniena ta' Alla fuqkom, kontu timxu wara x-Xitan, għajr għal ftit (minnkom)
  84. Mela tqatel (Muħammad) għal Alla. Inti mitlub twieġeb għalik innifsek biss. Ħeġġeġ lil dawk li jemmnu (biex huma wkoll jitqatlu). Jista' jkun li Alla jrażżan il-qawwa ta' dawk li ma jemmnux. Alla huwa eqqel fil-qawwa u eqqel fil-kastig
  85. Min jidħol għal xi ħadd, jew jgħin f'xi ħaġa tajba, ikollu sehem minnha ('mill-premju tagħha), u min jidħol għal xi ħadd, jew jgħin f'xi ħaġa ħażina, ikollu sehem minnha (mill-kastig tagħha). Alla jieħu ħsieb kollox
  86. Meta jsellmulkom b'tislima, sellmu b'aħjar minnha, jew (għallinqas) rodduha (l-istess. bħalhom). Alla tabilħaqq jagħmel il-kontijiet ta' kollox
  87. Alla ma hemmx alla (ieħor) ħliefu. Huwa tabilħaqq jiġmagħkom għal Jum il-Qawmien li ma hemm ebda dubju dwaru. U min jgħid is-sewwa aktar minn Alla
  88. Għaliex tinsabu (maqsumin) f'żewġ ġemgħat dwar (x'għandkom: tagħmlu. lil) ta' wiċċ b'ieħor, meta Alla reġġagħhom lura bla twemmin minħabba dak li għamlu'/ Jaqaw tridu turu t-triq it-tajba lil min Alla tellifhielu 2 U lil dak li Alla jtellfu t-triq (it-tajba), ma ssiblu (ebda) triq (oħra)
  89. Huma jixtiequ li kieku tiċħdu t-twemmin bħalma ċaħduh huma, u b'hekk tkunu ndaqs. Mela teħduhomx bi ħbieb (tagħkom). qabel ma jemigraw għal Alla. U jekk jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen, bħala għedewwa tagħkom), ħuduhom u oqtluhom kull fejn issibuhom. La teħduhomx bi ħbiebkom, u lanqas (ffittxuhom) għall- għajnuna
  90. ħlief dawk (fosthom) li jingħaqdu ma' nies li bejnietkom hemm rabta (ta' sliem), jew dawk. li jiġu għandkom għaliex qlubhom ma tawhomx li jitqatlu magħkom, jew jitqatlu ma' nieshom, (u la huma magħkom. u lanqas kontrikom). Li kieku ried, Alla tahom is-setgħa fuqkom, u kienu jitqatlu kontrikom. Għalhekk. jekk iwarrbu minnkom, ma jitqatlux. Kontrikom, u jridu s-sliem magħkom, mela Alla ma għamlilkomx. triq kontrihom (biex tkunulhom ta' ħsara)
  91. Se ssibu oħrajn (dawk ta' wiċċ b'ieħor) li jridu jkunu mħarsa. minnkom. (għaliex jagħmluha tabirruħhom. li jemmnu), u mħarsa minn nieshom (il-pagani. wkoll, għaliex meta jkunu fosthom iġibu rwieħhom ta' nies li ma jemmnux). Kull. darba li jerġgħu lura għall-għawġ (tagħhom iċ-ċaħda tat-twemmin arahom) jinqabdu fih. Jekk la jwarrbu minnkom, la jridu s-sliem magħkom, u lanqas ma' jżommu idejhom (mill-ġlied kontrikom), mela ħuduhom u oqtluhom kull fejn issibuhom. U kontra dawk għamilnielkom setgħa biċ-ċar
  92. (Ma jkun qatt li min jemmen joqtol wieħed li jemmen, jekk mhux bi żball. Min joqtol bi żball lil-xi ħadd li ) jemmen, ikollu jeħles ilsir li jemmen, u jħallas kumpens ) lil niesu (nies il-vittma); ħlief jekk (dawn) iċedu (il- kumpens) b'karità. Jekk. (il-vittma) tkun. minn. nies għedewwa tagħkom, u jkun jemmen, (il-qattiel għandu jara li) jeħles ilsir li jemmen. Jekk (il-vittma) ikun minn nies li bejnkom u bejnhom. hemm xi rabta, għandu jitħallas kumpens lil niesu, u jinħeles ilsir li jemmen. Min ma jsibx (kif jeħles ilsir) għandu jsum xahrejn wara xulxin. Din hija l-indiema (/i kija magħżula għalikom) minn Alla. Alla jaf kollox u Għaref
  93. Min joqtol lil-xi ħadd li jemmen, għaliex irid, il-ħlas tiegħu jkun l-Infern, u fih jibqa' għal dejjem. Alla jagħdab għalih u jisħtu, u ħejjielu kastig mill-kbar
  94. Intom li temmnu, meta titilqu biex titqatlu għal Alla, iflu sewwa (il-qagħda, araw ma' min se tissieltu) u la tgħidux li min isellmilkom' (it-tislima. tal-Misilmin): 'Inti ma temminx,' għaliex tixtiequ (kaħrfis taħt idejkom) dak il-ġid li jgħaddi fil-ħajja (ta' din) id-dinja, filwaqt li għand Alla hemm ħafna priża (i ġid kbir ieħor). Qabel, intom ukoll kontu hekk (bħa' dawk li ma jemmnux), sa ma Alla ħaseb fikom ( 4 wriekom it-triq). Mela iflu sewwa. (il-qagħda, qabel. titqabdu). Alla tabilħaqq jaf sewwa b'dak li tagħmlu
  95. Ma humiex indaqs dawk li jemmnu (iżda) joqogħdu (id-dar, mingħajr ma joħorġu għat-taqbid) ħlief dawk li jbatu minn xi difett (u dawk li jemmnu) u li jħabirku għal Alla b'ġidhom u bihom infushom. Alla jżomm. f'tarġa (il fuq) lil dawk li jħabirku b'ġidhom u b'ħajjithom fuq dawk li joqogħdu (id-dar). Lil kulħadd (sew lil min tqabad, u sew lil min ma tqabadx għaliex ma kienx. jiflaħ) Alla wiegħed l-aħjar (ħlas), iżda. Alla pprefera lil dawk li jħabirku minn dawk li joqogħdu (id- dar) bi ħlas mill-akbar
  96. gradi (għoljin) minnu, maħfra u ħniena. Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin
  97. Tabilħaqq li l-Anġli, lil dawk (l-erwieħ) li jkunu temmewlhom ħajjithom, u li jkunu ħatja kontra tagħhom infushom (għaliex setgħu emigraw għal Alla, iżda ma għamlux hekk) jgħidu(lhom): 'Kif kontu (fir-reliġjon) 7' (Dawk l-erwieħ, bi skuża) iwieġbu: ''Konna maħqurin fl- art (fejn. konna. mgħixu)' (Imbagħad l-Anġli) jgħidu(lhom): ''Mela l-art ta' Alla ma kinitx wiesgħa (biżżejjed għalikom) biex temigraw fiha 7' Dawk il-kenn tagħhom ikun fl-Infern tmiem ħażin (tassew ikollhom)
  98. ħlief dawk li huma (tassew) dgħajfa fost l-irġiel, in-nisa, u t-tfal, li ma jafux x'għandhom jagħmlu (u lanqas a għandhom il-mezzi), u ma jsibux triq (biex jemigraw)
  99. Jista' jkun li Alla lil dawn jaħfrilhom. Alla huwa Kollu Mogħdrija, Kollu Maħfra
  100. Min jemigra (minħabba twemminu u biex imur iħabrek) għal Alla, isib fl-art ħafna kenn u bosta ġid. U min joħroġ minn daru u jemigra lejn (il-ħidma ta') Alla u tal- Mibgħut (tiegħu), imbagħad tiġi fuqu l-mewt (qabel ma jilħaq jasal), ħlasu jkun żġur għand Alla. Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin
  101. Meta tterrqu fl-art, ma jkollkom ebda ħtija jekk tqassru t-talb, jekk tibżgħu li jġarrbukom dawk li ma jemmnux Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux huma għadu fil-beraħ tagħkom
  102. (Muħammad) meta tkun magħhom u trid tmexxilhom it-talb (imsejjaħ salaru l-ħawf, it-talba tal-biża '), ġemgħa minnhom għandha tieqaf (fit-talb) miegħek u għandha tieħu l-armi (tagħha). Meta jkunu nxteħtu fl-art (iċ talbu miegħek l-ewwel rakgħa), ara li (meta jagħmlu rakgħa oħra waħidhom u jlestu) imorru warajkom. (biex iħarsukom). Ħalli tiġi ġemgħa oħra, li tkun għadha ma talbitx, biex titlob miegħek (it-tieni rakgħa), u ara li jieħdu ħsieb, u jieħdu l-armi tagħhom. Dawk li ma jemmnux jixtiequ li kieku ma tiħdux ħsieb l-armi tagħkom u (il-bqija ta') ħwejjiġkom, biex jaħbtu għalikom fi ħbit wieħed. Ma jkollkom ebda ħtija jekk, I minħabba x-xita jew għaliex tkunu morda, tħallu l-armi tagħkom, (iżda) moħħkom hemmi Alla tabilħaqq ħejja għal dawk li ma jemmnux kastig ta' tkasbir
  103. Meta ttemmu t-talb, ftakru f'Alla bil-wieqfa, bil- qiegħda u fuq ġenbejkom. Meta (imbagħad) tħossukom ħielsa mill-biża', agħmlu t-talb (sħiħ, kif għandu jkun). Tabilħaqq li t-talb għal dawk li jemmnu huwa obbligu li jrid isir fil-ħinijiet maħsuba għalih
  104. La tkunux bla ħila meta toħorġu għall-għadu. Jekk tkunu qegħdin tbatu (mill-ġrieħi tat-taqbid), huma bħalkom ikunu qegħdin ibatu. Intom tittamaw mingħand Alla dak li huma ma jittamawx (il-premju fil-Ġenna). Alla jaf kollox u Għaref
  105. Aħna tabilħaqq niżżilnielek (Muħammad) il-Ktieb bis- sewwa biex tagħmel ħaqq min-nies skond dak li wriek Alla. U la tkunx (minn dawk) li jaqbżu għat-tradituri
  106. Itlob il-maħfra ta' Allat Alla tabilħaqq Kollu Maħfra u I Ħanin
  107. Lanqas (ima għandek toqgħod) tħaqqaqha (u taqbeż) għal dawk li jqarrqu bihom infushom. Alla tabilħaqq ma. jħobbx lil min hu traditur u ħażin
  108. Huma: jinħbew (għaliex. jistħu). min-nies, U ma jinħbewx minn Alla. Huwa jkun magħhom meta jgħaddu l-lejl inassu u jgħidu kliem li-ma jogħġbux. Alla jaf sewwa b'dak li jagħmlu
  109. Hawn intom, qgħadtu tħaqquha f'isimhom (u qbiżt għalihom) fil-ħajja (ta' din) id-dinja. Iżda min se jħaqqaqha ma' Alla: għalihom f'Jum il-Qawmien, jew min se jkun il-protettur tagħhom
  110. Min jagħmel xi ħażen jew jonqos lejh innifsu, imbagħad jitlob il-maħfra ta' Alla, isib lil Alla Kollu Maħfra u Ħanin
  111. Min jagħmel xi dnub, ikun għamlu kontra. tiegħu nnifsu. Alla jaf kollox u Għaref
  112. U min jagħmel xi ħtija jew dnub, imbagħad iwaħħal f'xi ħadd innoċenti, ikun ħa fuqu l-qerq u (jkun ħati ta') dnub mill-aktar ċar
  113. Li kieku ma kinitx għat-tjieba u għall-ħniena ta' Alla fuqek (Muħammad), ġemgħa minnhom kienet qatgħetha li jtellfuk it-triq (it-tajba). Iżda ma jtellfux it-triq għajr lilhom infushom. Huma ma jagħmlulek xejn. ħsara (għaliex Alla miegħek). Alla niżżel fuqek il-Ktieb u l- għerf, u għallmek dak li makontx taf. It-tjieba ta' Alla fuqek hija ta' kobor bla tarf
  114. Ma hemmx fejda f'ħafna mill-kliem mistur tagħhom, ħlief (fil-kliem) ta' dak li jamar il-karità jew l-għemil it- tajjeb, jew inkella jsewwi (il-ġlied) ta' bejn in-nies. Min. ) jagħmel hekk, bix-xewqa li jogħġob lil Alla, (arana) se nagħtuh ħlas mill-kbar
  115. Min jieqaf lill-Mibgħut (tagħna Muħammad u jeħodha kontrih), wara li t-tmexxija t-tajba tkun intwerietlu biċ- ċar, u jimxi fi triq oħra li ma hijiex ta' dawk li jemmnu, Aħna nħalluh (fiż-trig) li qabad, u naħarquh fin-Nar. (Dan ikun tassew) tmiem ħażin
  116. Alla ma jaħfirhiex li jixxierek (ma' allat oħra), iżda jaħfer (dnubiet) anqas minn dan, lil min irid. Min ixierek (allat oħra) ma' Alla jkun tbiegħed wisq mit-triq it-tajba
  117. Minfloku (il-pagani) isejħu u jitolbu lil allat nisa. Iżda (fis-sew): ma jkunux qegħdin isejħu għajr lix-Xitan li ma jehdiex jirvilla (kontra l-amar ta' Alla)
  118. Alla seħtu, iżda (ix-Xitan) qal(lu): ''Tassew se nieħu sehem magħżul mill-qaddejja tiegħek
  119. Tassew li ntellifhom it-triq, inqanqal fihom ix-xewqat (ħżiena), nikkmandahom, u tassew iċarrtu widnejn il-frat; nikkmandahom, u tassew ibiddlu l-ħolqien ta' Alla.' Min jieħu x-Xitan b'ħabib, minflok lil Alla, ikun daħal f'telf mill-aktar ċar
  120. (ix-Xitan) iwegħedhom (ħwejjeġ kbar) u jqanqal fihom xewqat (ħżiena). Iżda (fis-sew) ma jwegħedhomx għajr qerq
  121. (Dawkli jimxu warajh isibu) il-kenn tagħhom fl-Infern, u ma jsibu mkien minn fejn jaħarbu minnu
  122. Iżda dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, (arana) se. ndaħħluhom f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u. fihom jgħammru għal-dejjem. (Din hija) il- wegħda ta' Alla tabilħaqq. U min jista' jkollu kelma aktar sewwa minn Alla
  123. Din ma hijiex (xi ħaġa li tiddependi) mix-xewqat tagħkom (il-Misilmin), jew mix-xewqat ta' Nies il-Ktieb. Min jagħmel xi ħażen, jitħallas tiegħu u, barra minn Alla, ma jsibx min iħarsu, u lanqas min jgħinu
  124. Kulmin, raġel jew mara, jagħmel għemejjel tajba, u jkun jemmen, dawk jidħlu l-Ġenna, u ma jmorrux minn taħt, lanqas naqra
  125. Min huwa aħjar, fid-din, minn dak li jintelaq (kollu kemm hu) F'Alla, jagħmel it-tajjeb, u jimxi fi triq Abraham illi kellu twemmin safi 2 Alla ħa lil Abraham b'ħabib
  126. Ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Alla jaf sewwa b'kollox
  127. Huma jitolbu l-parir tiegħek (Muħammad) dwar in-nisa. Għid(ilhom): ''Alla jgħallimkom (dan) dwarhom, u (la tinsewx) dak li tħabbar lilkom fil-Ktieb dwar l-iltiema nisa li ma tagħtuhomx (id-dota) miktuba għalihom, minkejja li tixtiequ tiżżewġuhom, u (dwar il-ħtieġa li tħarsu jeddijiet) id-dgħajfa fost it-tfal, u li jeħtieġ li tieqfu ma' l-iltiema bil-ħaqq (l-aktar fejn jidħlu l-wirt u d-dota). Kull ġid li tagħmlu, Alla tabilħaqq jaf kollox dwaru
  128. Jekk mara tibża' mill-imġiba ħażina ta' żewġha, jew li jibred minnha, ma hemm xejn ħażin li huma t-tnejn jaslu għal ftehim bejniethom, għaliex. il-ftehim huwa aħjar (għalihom). Iżda l-bnedmin imilu lejn ix-xeħħa (i jaqgħu fiha). Imma jekk tagħmlu t-tajjeb, u żżommu 'l bogħod mill-ħażen, Alla tabilħaqq jaf sewwa b'dak li tagħmlu
  129. M'intomx se tkunu tistgħu tagħmlu ġustizzja (fl- imħabba) bejn in-nisa tagħkom; anki jekk tkunu ħerqana: J (li tagħmlu dan). Għalhekk la twarrbux għal kollox (szinri. J mara minnhom, jekk tħossu inqas ġibda lejha), hekk li tħalluha bħal imdendla (fl-arja, qisha la hija miżżewġa u lanqas. divorzjata). Jekk issewwu (l-inkwiet ta' bejnietkom), u żżommu 'l bogħod mill-ħażen, Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra u Ħanin
  130. Iżda jekk huma t-tnejn jinfirdu, Alla jagħni lit-tnejn li huma mill-wisa' (tal-ġid tiegħu). Alla huwa Wiesa' (fiż- tjieba tiegħu) u Għaref
  131. Ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Aħna wissejna lil dawk li ngħataw il-Ktieb qabilkom (il- Lhud u l-Insara), u lilkom (il-Misilmin. ukoll), biex tibżgħu minn Alla. Iżda jekk ma temmnux, tabilħaqq li ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Alla huwa Għani (f'kollox) u jistħoqq kull tifħir
  132. Ta' Alla huwa kulma jinsab. fis-smewwiet u. fl-art, Biżżejjed (għalikom) li Alla jieħu ħsieb kollox
  133. Ja nies, jekk irid (A/la jista') jeqridkom u jġib (nies) oħrajn (minflokkom). Alla għandu s-setgħa kollha biex jagħmel dan
  134. Min irid il-ħlas tad-dinja (għandu jkun jaf li) għand Alla hemm il-ħlas ta' (din) id-dinja u ta' l-Oħra, Alla jisma' kollox u jara kollox
  135. Intom li temmnu, ieqfu bil-ħaqq bħala xhieda ta' Alla, anki jekk (ikollkom tixhdu) kontra tagħkom infuskom, jew kontra l-ġenituri u l-qraba (tagħkom). Sew jekk (dak li qegħdin tixhdu għalih ikun) għani, sew jekk fqir, Alla I jaf jieħu ħsieb: it-tnejn li huma, (l-għani u l-fġir). La timxux wara x-xewqat (ra' qlubkom) u titbiegħdu mill- ħaqq. Jekk tgħawġu (il-fatti), jew ma tkunux tridu (tagħtu xhieda), Alla jkun jaf sew b'dak li tagħmlu
  136. Intom li temmnu, emmnu f'Alla, fil-Mibgħut tiegħu (Muħammad), fil-Ktieb li niżżel fuq il-Mibgħut tiegħu (il-Qoran), u fil-Ktieb (tal-Lhud, it-Tora, u l-Evanġelju ta' l-Insara) li niżżel qabel. Min ma jemminx f'Alla, fl- anġli tiegħu, fil-Kotba tiegħu, fil-Mibgħutin tiegħu, u fl- Aħħar Jum, ikun tbiegħed wisq mit-triq it-tajba
  137. Tabilħaqq li dawk li. jemmnu, imbagħad. jiċħdu (twemminhom), imbagħad jerġgħu jemmnu, u' (wara) jerġgħu jiċħdu (twemminhom), u jibqgħu jiżdiedu fiċ- ċaħda tat-twemmin, ma jkun (gar) li Alla jaħfirlhom, u lanqas jurihom it-triq
  138. Agħti l-bxara (Muħammad) lil dawk ta' wiċċ b'ieħor li għalihom hemm kastig ta' wġigħ
  139. Dawk huma li jieħdu bi ħbiebhom (u b'alleati tagħhom) lil dawk li ma jemmnux, minflok lil-dawk li jemmnu. Jaqaw jittamaw li jsibu fihom il-qawwa u l- ġieħ 2 Tabilħaqq li kull qawwa u ġieħ huma ta' Alla
  140. Huwa niżżlilkom fil-Ktieb (il-Qoran) li, meta tisimgħu li l-versi. ta' Alla jkunu miċħuda u jitwaqqgħu għaż- żebliħ, ma għandkomx toqogħdu magħhom (dawk in-nies il-ħżiena), sa ma jaqbdu kliem ieħor. Jekk. tibqgħu magħhom, mela tkunu bħalhom, Tabilħaqq li Alla jiġma' lil ta' wiċċ b'ieħor u lil dawk li ma jemmnux ilkoll fl- Infern. l
  141. (Huma) dawk li joqogħdu jgħassulkom: kull meta I jkollkom ir-rebħa minn Alla (fuq l-għedewwa tagħkom u) tiksbu ħafna priża, arawhom), jgħidu: ''Mela aħna ma ) konniex magħkom' (Mela agħtuna sehemnal)' Iżda meta) dawk li ma jemmnux ikunu rebbieħa (fuqkom, dawk ta' wiċċ b'ieħor malajr) jgħidu (lil dawk li ma jemmmux): UMela ma konniex nistgħu għalikom ( 4 stajna jassarniekom jew qtilniekom, iżda minflok) ħarisniekom minn dawk li jemmnu 7 (Mela agħruna sehemnal)' Iżda Alla jagħmel ħaqq minnkom f'Jum il-Qawmien. Alla ma huwa qatt se jwassal lil dawk li ma jemmnux (biex ikunu rebbieħa għal dejjem) fuq dawk li jemmnu
  142. Tabilħaqq li ta' wiċċ b'ieħor (mingħalihom li) qegħdin iqarrqu b'Alla, iżda Huwa jqarraq bihom. Kull meta jqumu għat-talb, (arahom) iqumu bl-għażż, għal għajn in-nies (u mhux għaliex tassew iridu jitolbu), u ftit li xejn jiftakru f'Alla
  143. Huma bejn ħalltejn (bejn it-twemmin u ċ-ċaħda tiegħu), la ma' dawn (li jemmnu), u lanqas ma' l-oħrajn (li ma jemmnux. Għalhekk ma humiex ta' min wieħed joqgħod fuqhom), Lil dak li Alla jtellfu t-triq, m'intix se ssiblu triq (oħra)
  144. Intom li temmnu, la tiħdux bi ħbieb (u b'alleari) lil dawk li ma jemmnux, minflok lil dawk li jemmnu. Jaqaw tridu tagħtu lil Alla xhieda ċara kontrikom (/i intom ta' wiċċ b'ieħor)
  145. Tabilħaqq li dawk ta' wiċċ b'ieħor ikunu f'qiegħ in- Nar, u m'intix se ssibilhom min jgħinhom
  146. (Massibx min jgħin) ħlief lil dawk li jindmu, li jinbidlu għall-aħjar, li jżommu. sħiħ. F'Alla, u jsaffu. r-reliġjon tagħhom għal Alla (u ħsiebhom biss fiha); huma (jingħaddu) ma' dawk li jemmnu. Alla se jagħti lil dawk li jemmnu ħlas mill-kbar
  147. X'se jagħmel Alla bil-kastig tagħkom, jekk tiżżu ħajr u temmnu' Alla jrodd il-ħajr (lil min ħaqqu) u jaf kollox
  148. Alla ma jħobbx li jixxandar kliem ħażin, ħlief minn min bata xi inġustizzja. Alla jisma' kollox u jaf kollox
  149. Sew jekk turu għemil tajjeb, sew jekk taħbuh, jew jekk taħfru xi ħażen, Alla tabilħaqq huwa Kollu Mogħdrija, Setgħan
  150. Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux FAlla u fil- Mibgħutin tiegħu, u jridu jifirdu bejn Alla u l-Mibgħutin tiegħu, jgħidu: ''Nemmnu fi wħud (minnhom) u niċħdu. oħrajn,' u jridu jieħdu t-triq tan-nofs bejn it-twemmin u ċ-ċaħda tiegħu
  151. Dawk huma, tabilħaqq, li ma jemmnux. U għal dawk li ma jemmnux ħejjejna kastig ta' tkasbir
  152. Dawk li jemmnu f'Alla u fil-Mibgħutin tiegħu, u ma jifirdu bejn ħadd minnhom, (fi/) dawk (Alla) se jagħtihom il-ħlasijiet tagħhom. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin
  153. Nies il-Ktieb jitolbuk tniżżel fuqhom Ktieb mis-sema. Huma kienu talbu lil Mosċ aktar minn hekk, meta qalu: Srina lil Alla fid-dieher U s-sajjetta (faqqgħet u) ħadithom (għal għarrieda) minħabba l-ħażen tagħhom. Imbagħad ħadu l-għoġol (biex igimuh), wara li kienu ġewhom is-sinjali ċ-ċari, iżda Aħna ħfirna dan (id-dnub). U lil Mosċ tajnieh qawwa u prova ċara
  154. U rfajna fuqhom il-Muntanja (Sinaj) meta (daħlu) fir- rabta tagħhom. (magħna). u għednielhom; ''Idħlu l-bieb (ta' Ġerusalemm) bil-qimat' Għednielhom (ukoll): 'La tiksrux is-Sibti' U ħadna mingħandhom rabta soda
  155. talli: kisru r-rabta. tagħhom: (mia' AHla), talli m'emmnux fir-Rivelazzjoni ta' Alla, talli qatlu l-Profeti mingħajr ħaqq, u talli qalu: 'Qlubna (wgeżwia fi) qratas (mimlija għerf u ma neħtiġux iżjed), Alla qiegħed siġill fuq qlubhom talli m'emmnux, u għalhekk ma jemmnux għajr ftit (minnhom)
  156. U talli m'emmnux, u talli qalgħu xniegħa (qarrieqa) kbira dwar Marija
  157. u talli qalu: 'Aħna tabilħaqq qtilna lill-Messija Ġesti bin Marija, il-Mibgħut ta' Alla,' iżda (fis-sew) la qatluh u lanqas sallbuh, iżda (tgarrgu, għaliex lil-min sallbu) kien magħmul għalihom jixbhu (Zil Ġesi). Tabilħaqq li dawk li-tlewmu fuqu (Ġesi) jinsabu f'dubju dwaru. Huma ma għandhom ebda għarfien, ħlief li joqogħdu fuq l-istħajjil (tagħhom). Huma ma qatluhx tassewl
  158. Le (ma qarluhx, iżda) Alla refgħu lejh. Alla Felħan u Għaref, l
  159. U ma hemm ħadd minn Nies il-Ktieb li ma huwiex se jemmen fih (f'Ġesi/) qabel mewtu, u f'Jum il-Qawmien se jkun xhud kontrihom
  160. U minħabba l-ħażen tal-Lhud, Aħna għamilna ma jiswiex (xi ikel) tajjeb li (qabel) kien jiswa għalihom, u minħabba li żammu lil-ħafna (ili jimxu) fit-triq ta' Alla
  161. (għaliex) ħadu l-imgħax, meta. ma. kienx. jiswa għalihom; u talli kielu ġid in-nies bil-qerq. Aħna ħejjejna għal dawk fosthom li ma jemmnux kastig ta' wġigħ
  162. Iżda dawk minnhom li huma sħaħ fl-għerf, u dawk li jemmnu, (dawn tabilħaqq) jemmnu f'dak li tniżżel lilek u f'li tniżżel qablek, (l-aktar) dawk li jagħmlu t-talb, li jagħtu l-karità u li jemmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum. Lil dawk se nagħtuhom ħlas kbir tassew
  163. Aħna nebbaħniek (Muħammad, il-messaġġ tagħna) bħalma nebbaħna lil-Noċ u lill-Profeti ta' warajh: Aħna nebbaħna lil-Abraham. lil Ismagħel, lil Iżakk, lil Ġakobb, lit-tribujiet (li ħarġu minn Ġakobb), lil Ġesti, lil Ġob, lil Ġona, lil Aron, lil Salamun, u tajna s-Salmi lil David
  164. Diġà tarrafnielek (f'suriet oħra) il-ġrajja ta' xi Mibgħutin, u (hemm) Mibgħutin (oħra) li: ma. tarrafnielek (xejn) dwarhom. U lil -Mosċ Alla kellmu tiissew
  165. (Dawn kienu) Mibgħutin li xandru l-bxara t-tajba u li wissew, biex il-bnedmin ma jkollhom ebda skuża kontra. Alla wara (il-miġja) tal-Mibgħutin. Alla huwa Qawwi u Għaref
  166. Iżda Alla (nnifsu) jixhed għal dak li niżżillek; fl-għerf tiegħu niżżlu, u l-anġli (ukoll) jixhdu (għal dan). Alla huwa biżżejjed (għalikom) bħala Xhud
  167. Tabilħaqq li-dawk li-ma jemmnux, u jżommu (lil ħaddieħor). mit-triq ta' Alla, tbiegħdu wisq mit-triq it- tajba
  168. Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux u jagħmlu l-ħażen, Alla ma jaħfrilhomx u lanqas jurihom triq
  169. jekk mhux triq l-Infern, u fih jgħammru għal dejjem. Għal Alla din hija (ħaġa) ħafifa
  170. Ja nies, il-Mibgħut (Muħammad) ġiekom bis-sewwa minn Sidkom. Mela emmnu (għaliex) ikun. aħjar għalikomi Jekk ma temmnux, (kunu afu) li ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Alla jaf kollox-u Għaref
  171. Ja'Nies il-Ktieb (l-aktar intom l-Insara), la tesaġerawx fir-reliġjon tagħkom, u la tgħidux dwar Alla għajr is- sewwa. Il-Messija Ġesti bin Marija ma kienx għajr il- Mibgħut ta' Alla u l-Kelma tiegħu li tefa' f'Marija, u ruħ minnu. Mela emmnu f'Alla u fil-Mibgħutin tiegħu, u la tgħidux (ii Alla huwa) tlieta: leqfu (minn dan il-kliem); (dan ikun) aħjar għalikom. Alla huwa biss Alla Wieħed: (imfaħħar) is-sebħ tiegħu; (huwa Kbir u Għoli wisq) biex ikollu iben. Tiegħu huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl- arti Alla huwa biżżejjed (għalikom). biex jieħu ħsieb kollox
  172. Il-Messija ma huwiex se jistmerr li jkun il-qaddej ta' Alla (u ma huwiex se jitkabbar), u lanqas l-eqreb anġli. (lejn Alla ma jistmerru li jkunu l-qaddejja tiegħu). (Lil kull) min. jistmerr li jaqdih, u jitkabbar, (A//a) se jiġborhom lejh; ilkoll
  173. Lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, Huwa jagħtihom il-ħlasijiet sħaħ tagħhom, u jżidhom (fil-ħlas) mit-tjieba tiegħu. Iżda lil-dawk li stmerru. (fi jkunu l- qaddejja tiegħu) u tkabbru, arah jikkastigahom b'kastig ta' wġigħ, u huma ma jsibux għalihom, barra minn Alla, min iħarishom jew jgħinhom
  174. Janies, tassew ġietkom prova minn Sidkom (fil-Profeta Muħammad), u niżżilna fuqkom Dawl. fid-dieher (il- Qoran)
  175. Għalhekk lil dawk li emmnu f'Alla u żammu sħiħ fih, Huwa se jdaħħalhom. fil-ħniena u fit-tjieba. tiegħu, u jmexxihom lejh fi triq dritta
  176. (Huma. jitolbuk deċiżjoni. Għidfi/hom): Alla jaqtagħhielkom (hekk) dwar dawk (li jmutu) mingħajr werrieta mill-qrib (a ġenituri u lanqas ulied): Jekk imut taġel bla wild, iżda għandu oħt, din imissha nofs minn dak li ħalla. Huwa jiritha jekk ma jkollhiex tfal. Jekk (il- werrieta) ikunu żewġt aħwa bniet, imisshom żewġ terzi minn dak li ħalla. Jekk ikunu aħwa, irġiel u nisa, ir-raġel imissu s-sehem ta' żewġ nisa. Alla jurikom biċ-ċar (x'għandkom: tagħmlu) biex ma. tintilfux. Alla jaf b'kollox