5.The Table

  1. Intom li temmnu, żommu l-pattijiet (tagħkom). Jiswa għalikom (li tieklu) il-bhejjem tal-frat ħlief dak li huwa mħabbar lilkom (f'din is-sura), mingħajr ma tippermettu l-kaċċa meta intom fi stat ta' 'iħram (u mħejjija biex tagħmlu. r-ritwali tal-pellegrinaġġ jew ta' l-għumra).' Tabilħaqq li Alla jamar dak li jrid
  2. Intom li temmnu, tonqsux lejn ir-riti ta' Alla, lejn ix- xahar il-qaddis (hekk li. ritqatlu fih), lejn il-bhejjem offiuti b'sagrifiċċju u l-bhejjem immarkati għall-offerta, jew lejn dawk li sejrin għall-kenn tad-dar imqaddsa (il- Kagħba), ifittxu tjieba u għaxqa minn Sidhom, Iżda meta tinħallu mill-'iżram, ikkaċċjaw (kemm tridu). La tħallux li l-mibegħda għal nies li (dari) kienu żammukom (milli tidħlu) fil-Moskea mqaddsa twassalkom biex tiksru l-liġi (bil-ġlied magħhom). Għinu lil xulxin bit-tjieba u l-biża' ta' Alla, ui la tgħinux lil xulxin fil-ħtija u l-aggressjoni. U ibżgħu minn Alla; Alla tabilħaqq Qalil fil-kastig
  3. Ma jiswiex għalikom (li tieklu dan li ġej: laħam ta'' l- annimali mejta, id-demm, laħam il-ħanżir, u kulma kien offrut (lill-idoli) minflok lil Alla, il-bhejjem. fġgati, maqtula b'daqqiet, (il-bhejjem). li jaqgħu mejta (mill- għoli), li mietu b'daqqiet ta' qrun (ta' bhejjem oħra), dak li l-annimal salvaġġ (attakka) u kiel (biċċa minnu), ħliet jekk (l-annimal attakkat ikun għadu ma mietx u) toqtluh (skond il-liġi), u dak midbuħ fuq midbaħ għall-idoli. (Ma jiswiex ukoll) li tużaw il-vleġeġ tat-tbassir biex tbassru xortikom jew biex tieħdu xi deċiżjoni. Dak huwa ħażen Illum. dawk li ma jemmnux qatgħu jieshom mid-din tagħkom (għaliex jaf li ma jistgħux ixejnuh). Mela la tibżgħux minnhom, iżda ibżgħu minnil Illum għamilt id- din tagħkom perfett (għaliex urejtkom dak li jiswa u dak li ma jiswiex), ġibt il-milja tat-tjieba tiegħi fuqkom, u għażiltilkom l-Islam bħala d-din (tagħkom). Iżda min, minħabba l-ġuħ, ikollu (jiekol mill-bhejjem. projbiti li ssemmew), u mhux għaliex imil lejn id-dnub, Alla tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin
  4. Jistaqsuk. (Muħammad x'ikel) jiswa għalihom. Għidfilhom): ''Jiswa (li tieklu kulma) hu tajjeb, u (dak li jinqabad għalikom) mit-tjur u mill-bhejjem tal-priża li intom għallimtu u ħarriġtu (għall-kaċċa), kif għallimkom Alla. Mela kulu minn dak li jaqbdu għalikom, u semmu Isem Alla fuqu. U ibżgħu minn Alla; Alla tabilħaqq malajr jagħmel il-kontijiet
  5. Illum jiswa għalikom (/i tieklu) it-tajjeb. L-ikel ta' dawk li ngħataw il-Ktieb jiswielkom, u l-ikel tagħkom jiswielhom, (bħalma jiswa li tiżżewġu) in-nisa safja li jemmnu u n-nisa safja minn (fost) dawk li ngħataw il- Ktieb qabilkom (Lhud jew Insara); meta tagħtuhom il- ħlas (tad-dota) tagħhom, tkunu mwettqin fis-safa u ma tkunux mogħtijin għaż-żina, u lanqas iżżommufhom) b'maħbubin (biex tiżmu magħhom). Min jiċħad it- twemmin, għemilu jisfa fix-xejn; u fl-Oħra (fil-Ħajja l- Oħra) huwa jkun mit-tellifin
  6. Intom li temmnu, meta tqumu għat-talb, aħslu wċuħkom u idejkom sa l-imniekeb, u imsħu rjuskom u (aħslu): riġlejkom. sa l-għekiesi. Jekk tkunu mniġġsin (wara att sesswali), araw li. tissaffew (billi. taħslu ġisimkom kollu). Jekk tkunu morda (u l-ħasil bl-ilma ma jagħmlilkomx. tajjeb), inkella f'safar, jew xi ħadd minnkom. ġie lura mill-ħtiġijiet naturali tiegħu, jew. missejtu n-nisa (sesswalment), u ma ssibux ilma, mela fittxu. ramel (jew trab) safi u imsħu bih uċuħkom u idejkom. Alla ma jridx idejjaqkom, iżda jrid isaffikom (minn: dnubietkom). u: jġib. il-milja tal-grazzja tiegħu fuqkom. (billi jurikom it-tagħlim ta' l-Islam), biex forsi tiżżu ħajr
  7. U ftakru fil-grazzja ta' Alla fuqkom (mera għarrafkom ) bl-Islam), u fir-rabta tiegħu li rabatkom biha meta għedtu J (lill-Profeta Muħammad): ''Smajna u obdejnal' U ibżgħu minn Alla; Alla tabilħaqq jaf b'dak li hemm fil-qlub
  8. Intom li temmnu, kunu sħaħ (fil-qadi ta' dmirijietkom) lejn Alla, u (kunu) xhieda bil-ħaqq. La tħallux li l- mibegħda tagħkom għal xi nies (għedewwa tagħkom) iġġegħelkom ma timxux. bil-ħaqq. Imxu bil-ħaqq, (għaliex) dan huwa eqreb lejn l-imġiba t-tajba; U ibżgħu minn Alla: Alla tabilħaqq jaf sew b'dak li tagħmlu
  9. Lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba Alla wiegħed maħfra u ħlas kbir (fil-Ġenna)
  10. U dawk li ma jemmnux u jgiddbu s-sinjali tagħna, dawk huma nies l-Infern
  11. Intom li temmnu, ftakru fil-grazzja ta' Alla fuqkom meta xi nies (Lhud) kienu qatgħuha li jmiddu idejhom fuqkom, iżda ( 4//a) żamm(ilhom) idejhom minn fuqkom. U ibżgħu minn Alla (billi tagħmlu t-tajjeb u twarrbu l- ħażen)i Ħa jħallu f'idejn Alla (u jittamaw fih) dawk li jemmnul
  12. Alla daħal f'rabta ma' Wlied Israel, u Aħna bgħatna minnhom tnax-il mexxej (wieħed minn kull tribir), U Alla qal: 'Jiena tassew magħkom (biex inħariskom ngħinkom. Naħilfilkom) li jekk tagħmlu t-talb u tagħtu l- karità, temmnu fil-Mibgħutin tiegħi, tagħtuhom ġieħ u tgħinuhom, u ssellfu; lil Alla self tajjeb, tabilħaqq li naħfrilkom l-għemejjel ħżiena tagħkom u ndaħħalkom f'Ġonna bix-xmajjar (ta' ilma, ħalib, inbid. u għasel) jiġru taħthom. Iżda min minnkom, wara din. (ir-rabta, jibqa') ma jemminx, ikun ħareġ mit-triq it-tajba
  13. Iżda minħabba li kisru r-rabta tagħhom, Aħna sħetniehom (billi ċaħħadniehom mill-ħniena tagħna) u webbisnielhom qlubhom (hekk li ma jilqgħux fihom il- twemmin. U arahom). jgħawġu. l-kliem: (tat-Tord u jaqilgħuh) minn postu, u nsew parti minn dak li kienu mfakkra fih (fit-Tora). U m'intix se tieqaf (Muħammad) issib il-ħjiena (u l-qerq) fosthom, għajr għal ftit minnhom (li daħlu fl-Islam). Iżda (minkejja dan, tikkastigahomx, anzi) aħfrilhom u agħdirhom. Alla tabilħaqq iħobb lil dawk li jagħmlu t-tajjeb
  14. U ma' dawk li jgħidu: 'Aħna Nsara' dħalna (koll) f'rabta, iżda nsew parti minn dak li kienu mfakkra fih (l- Evanġelju). Għalhekk qanqalna bejniethom l-ostilità u l- mibegħda sa Jum il-Qawmien. (Dakinhar) Alla se jgħarrafhom b'dak li kienu jagħmlu
  15. Ja Nies il-Ktieb, ġiekom il-Mibgħut tagħna biex jurikom ħafna minn dak li kontu taħbu mill-Ktieb (dwar it-twemmin fih bħala Profeta ta' Alla), għalkemm qabeż ħafna (u ma qagħadx isemmi dak kollu li ħbejtu mill- Kotba tagħkom). U. ġiekom Dawl minn Alla (il-Qoran imqaddes), u Ktieb mill-aktar ċar
  16. Bih Alla jmexxi lejn it-toroq tas-sliem lil-dawk li jħabirku biex jogħġbu lilu, u bir-rieda tiegħu joħroġhom mid-dlamijiet lejn id-dawl u jmexxihom lejn triq dritta (/i hi l-Islam)
  17. Ċaħdu t-twemmin dawk li jgħidu: ''Alla tabilħaqq huwa l-Messija bin Marija.' .Għid(ilhom Muħammad): ''Min seta' jżomm lil Alla, kieku ried jeqred lill-Messija bin Marija, lil ommu, u lil kulmin jinsab fuq l-artf' Ta' Alla s-saltna tas-smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom. Huwa joħloq li jrid, u Alla fuq kollox Setgħan
  18. (Il-Lhud u l-Insara jgħidu: ''Aħna Wlied Alla, u l- maħbubin tiegħu'' Għidfilhom: Muħammad): ''Mela għaliex jikkastigakom ta' dnubietkom 7 Let Intom biss I bnedmin minn dawk li ħalaq. Huwa jaħfer lil min irid, u.) jikkastiga lil-min irid. U ta' Alla hija s-saltna tas- smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom, u lejh it- J tmiem (ta' kulħadd)
  19. Ja. Nies. il-Ktieb, (ġiekom il-Mibgħut tagħna J (Muħammad) biex jurikom' biċ-ċar (it-tagħlim ta' l- Islam) wara żmien (li kienu ilhom ma jidhru) il- Mibgħutin (fostkom minn żmien Ġesil), biex ma tgħidux: ''Ma ġiena (ħadd) bi bxara tajba; u lanqas min iwissi.' Issa ġiekom tassew xi ħadd bi bxara tajba u bi twissija. Alla fuq kollox Setgħan
  20. (Ftakar, Muħammad) meta Mosċ qal lil niesu: 'Ja niesi, ftakru fil-grazzja ta' Alla fuqkom meta bagħat minn fostkom Profeti, u għamel minnkom slaten u takom dak li ma ta lil ħadd mill-ħolqien
  21. Ja niesi, idħlu fl-art imqaddsa li Alla kiteb għalikom, u la ddurux lura (maħrubin) għaliex inkella tingħelbu (ui tkunu) tellifin
  22. Qalu: ''Ja Mosċ, fiha (din l-art) hemm nies ta' saħħa kbira, u m'aħniex se nidħlu fiha qabel ma joħorġu minnha (mingħajr ġlied). Jekk joħorġu minnha, aħna nidħlu
  23. Żewġt irġiel minn dawk li jibżgħu (minn A/la), u li Alla kien wera l-grazzja tiegħu magħhom, qala: 'Idħlu għalihom mill-bieb (ew/ieni tal-belt). Jekk tidħlu minnu, intom tabilħaqq ir-rebbiħin. U ħallu f'idejn Alla, jekk tassew temmnu
  24. Qalu: ''Ja Mosċ, qatt m'aħna se nidħlu fiha (dik l-art) kemm idumu fiha. Mela mur inti u Sidek, u tqabdul Aħna tabilħaqq hawnhekk se noqogħdu
  25. Qal (Mose): 'Sidi, ma għandix setgħa ħlief fuqi nnifsi u fuq ħija ( 4ron). Għalhekk ofroq bejnna u bejn in-nies il- ħżiena (bil-ħaqq tiegħek)
  26. (Alla) qal: 'Hija. (l-art imqaddsa) miċħuda. għalihom għal erbgħin sena (/i matulhom) iterrqu mitlufin fuq l-art, La titnikkitx minħabba (dawn) in-nies il-ħżiena
  27. U semmagħlhom (Muħammad, lil-Lhud u lil-kulmin hu bħalhom), bil-ħaqq, il-ġrajja taż-żewġ ulied ta' Adam (Abel u Kajin) meta otfrew sagrifiċċju, u minn wieħed minnhom (minn Abel) intlaqa', u mill-ieħor (Kajin) ma ntlaqax. (Kajin) qal: 'Żgur li-noqtloki' (Iżda Abel) qal: SAlla. jilqa' biss. (sagrifiċċji) minn. dawk li jibżgħu minnu
  28. Jekk tmidd idek fuqi biex toqtolni, m'iniex se mmidd idi fuqek biex noqtlok. Jiena tabilħaqq nibża' minn Alla, Sid il-ħolqien
  29. Jiena rrid li inti titgħabba bil-ħtija tiegħi u bil-ħtija tiegħek, u b'hekk tkun minn nies in-Nar. Dak huwa l-ħlas tal-ħżiena
  30. Bil-qtil ta' ħuh (Adel) webblitu ruħu (il-ħażina), u qatlu u sar mit-tellifin
  31. Imbagħad Alla bagħat ċawla tħaffer l-art biex jurih kif jaħbi l-ġisem għeri ta' ħuh. Huwa qal: ''Ħażin għalijal Ma stajtx inkun bħal din iċ-ċawla u naħbi l-ġisem għeri ta' ħija 77 Imbagħad sar min-nedmin
  32. Minħabba f'hekk ktibna (l-amar tagħna) lil Ulied Israel li min joqtol bniedem, jekk mhux bi tpattija għall-qtil ta' xi ħaddieħor, jew minħabba. inġustizzja fuq l-art, ikun bħallikieku qatel il-bnedmin kollha. U min jeħles il-ħajja (ta' xi ħadd), ikun bħallikieku ħelisha lill-bnedmin kollha. Il-Mibgħutin tagħna ġewhom (lil-Lhud) bis-sinjali ċ-ċari, imbagħad minkejja dan. ħafna minnhom għamlu ħażen kbir fuq l-art
  33. Ma hemmx ħlas għal dawk li jitqatlu kontra Alla u l- Mibgħut tiegħu, u jħabirku (biex iġibu) il-korruzzjoni fuq l-art, ħlief li jinqatlu, jew li jissallbu, jew li jinqatgħu idejhom u riġlejhom id ta' naħa u riġel ta' naħa oħra jew li jitkeċċew mill-art (fejn twieldu). Dak ikun l-għajb tagħhom f'(din) id-dinja, u fl-Oħra jkollhom kastig mill- kbar
  34. ħlief dawk li (jilħqu) jindmu qabel ma tkunu tistgħu għalihom (u tikkastigawhom). Għaliex kunu afu li Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin
  35. Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla, fittxu t-triq għal għandu u ħabirku għalih, biex forsi tirbħu
  36. Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux, li kieku kellhom kulma jinsab fuq l-art u (żid) miegħu daqsu ( 2/koll), biex bih jinfdew mill-kastig ta' Jum il-Qawmien, (dan) ma jintlaqax minnhom, u tagħhom ikun kastig ta' wġigħ
  37. (Dakinhar ikunu) iridu joħorġu min-Nar (ta' l-Infern), iżda ma humiex ħerġin minnu. Tagħhom huwa kastig li jibqa' għal dejjem
  38. U lill-ħalliel u lill-ħalliela aqtgħulhom idejhom bi ħlas ta' dak li huma t-tnejn għamlu, u bħala kastig b'tagħlima minn Alla. Alla huwa Qawwi u Għaref
  39. Iżda min jindem, wara l-ħażen tiegħu, u jsewwi l- imġiba tiegħu, tabilħaqq li Alla jdur lejh bil-maħfra, Alla. tassew Kollu Maħfra u Ħanin
  40. Mela ma tafx li Alla għandu s-saltna tas-smewwiet u l- art, jikkastiga lil min irid u jaħfer lil min irid Alla fuq kollox Setgħan
  41. Ja Mibgħut (Muħammad), ara li ma jnikktukx dawk li jimpikaw u jħabirku (bi kliemhom u għemilhom) fiċ- ċaħda tat-twemmin: dawk li jgħidu: ''Nemmnuf' b'fommhom (biss), iżda qlubhom ma jemmnux. U (titnikkitx) minħabba l-Lhud li jħobbu jisimgħu l-gideb, (u li huma) semmiegħa għal nies oħra li ma ġewkx (biex jisimgħuk, għaliex tkabbru). Huma jgħawġu l-kliem (tar- Tora u jaqilgħuh) minn postu, u jgħidu: ''Jekk tingħataw dan (il-ġudizzju li jaqbel lilna), ħuduh, iżda jekk ma jingħatalkomx, moħħkom hemmi' Lil min Alla jrid iġarrab (b'nuqqas ta' nwemmin, jew billi joħorġu mit-triq it-tajba), inti ma tista' tagħmel xejn għalih kontra Alla. Dawk huma (in-nies il-ħżiena) li Alla ma jridx isaffi qlubhom. F'(din) id-dinja għandhom għajb, u fl-Oħra għandhom kastig mill-kbar
  42. Semmiegħa tal-gideb u wikkiela ta' kulma hu illegalit Jekk jiġu. għandek. (Muħammad, bil-kwistjonijiet tagħhom, jekk trid), agħmel ħaqq minnhom jew (inkella) warrab minnhom. Jekk twarrab minnhom, ma humiex se jagħmlulek ħsara (għaliex Alla miegħek), iżda jekk tagħmel ħaqq, agħmel ħaqq minnhom b'ġustizzja. Alla tabilħaqq iħobb lill-ġusti
  43. U kif iqabbduk tagħmel: ħaqq minnhom, meta għandhom it-Tora li fiha l-amar ta' Alla (u li għandha tkun biżżejjed. għalihom) 1 Imbagħad minkejja dan, (tarahom). jagħtu. daharhom. (lil. dak li: tkun. qtajt għalihom, u ma jagħtux widen). Dawk ma jemmnux (tassew)
  44. Aħna tabilħaqq niżżilna r-Tord (lil. Mosċ) li fiha tmexxija tajba u dawl. Biha l-Profeti li ntelqu għar-rieda ta' Alla jagħmlu ħaqq mil-Lhud, u (hekk għamlu) ir- rabbini u l-għorrief (Lhud) skond dak li tqabbdu: li jżommu sħiħ mal-Ktieb ta' Alla u jkunu xhieda tiegħu (u jaraw li ma jsir ebda tibdil fih). Għalhekk (intom. l- għorrief tal-Lhud) la tibżgħux min-nies. (u tkellmu bla biża' magħhom dwar Muħammad), iżda ibżgħu minni, u tbigħux ir-Rivelazzjoni tiegħi bi prezz irħis. (tat-tixħim, biex. taħbu taqsimiet mill-Ktieb. tagħkom). U min: ma jagħmilx ħaqq skond dak li niżżel Alla, dawk huma li ma jemmnux
  45. Fiha (il-Tora) Aħna ktibna għalihom li l-ħajja (rirpatta) bil-ħajja, l-għajn bl-għajn; l-imnieħer bl-imnieħer, il- widna bil-widna, is-sinna bis-sinna, u l-ġrieħi (jirħallsu) bi tpattija. Iżda min, b'karità, ma'jpattihiex, jinħafrulu dnubietu. Dawk li ma jagħmlux ħaqq skond dak li-niżżel Alla, dawk huma l-ħżiena
  46. Fil-passi tagħhom (tal-Profeti) bgħatna lil-Ġesir bin Marija, iseddaq it-Tord li kienet (tniżżlet) qablu. U tajnieh l-Evanġelju li fih tmexxija tajba u dawl, u jseddaq it-Tora li kienet (tniżżler) qablu, u tmexxija tajba u twissija lil dawk li jibżgħu minn Alla
  47. (Ħalli jagħmlu ħaqq, Nies. l-Evanġelju, skond fiż- tagħlim) li Alla niżżel fih, u min ma jagħmilx ħaqq skond dak li niżżel Alla, dawk huma l-ħżiena
  48. U niżżilnielek (Muħammad) il-Ktieb bis-sewwa, iseddaq il-Ktieb li frniżżel) qablu, u jħarsu u jsaltan fuqu. Mela agħmel ħaqq minnhom skond dak li niżżel Alla u la timxix wara x-xewqat tagħhom, flok (ma timxi wara) is- sewwa li ġiek. Lil kull wieħed minnkom. (il-ġnus) għamilna liġi u triq ċara. Li kieku ried. Alla kien jagħmilkom nazzjon wieħed (b'reliġjon waħda), iżda (ma għamilx hekk) biex iġarrabkom b'dak li takom (biex jara min joqgħod għalih u min jeħodha kontrih). Mela impikaw. fl-għemejjel it-tajba. Lejn. Alla l-wasla. lura tagħkom ilkoll, u (imbagħad) jgħarrafkom b'dak li ma kontux taqblu fuqu
  49. U agħmel ħaqq minnhom (Muħammad). skond dak li niżżel Alla. La timxix fuq ix-xewqat tagħhom, u ara li ma jfixklukx f'xi ħaġa minn dak li Alla niżżillek. U jekk jagħtuk) daharhom (u ma jagħtux widen), kun af li Alla jrid jolqothom (bil-kastig riegħu) minħabba xi dnubiet tagħhom. U tabilħaqq li ħafna min-nies huma mogħtija għall-ħażen
  50. Jaqaw ifittxu l-ħaqq ta' żmien l-injuranza (ta' qabel l- Islam) U min jagħmel ħaqq aħjar minn Alla, għal ġens li huwa sħiħ fit-twemmin
  51. Intom. li temmnu, la teħdux il-Lhud u l-Insara b'alleati (kontra l-Misilmin); huma ħbieb u alleati ta' xulxin (u mhux tagħkom). U min: minnkom jeħodhom b'alleati, isir minnhom. Alla tabilħaqq ma jurix it-triq it-tajba lin-nies il- ħżiena
  52. U tara lil dawk li fi qlubhom (għandhom il-) marda (tal- wiċċ b'ieħor) jgħaġġlu lejhom u jgħidu: ''(Aħna nagħmluha magħhom għaliex) nibżgħu li xortina ddur (kontrina; u l- Lhud jegħlbu l-Misilmin).' Jista' jkun li Alla jġibrlek, Muħammad) ir-rebħa (fuq Mekka), jew (ikun hemm) xi amar mingħandu ((i jġibilhom il-qerda lill-għedewwa ta' l-Islam), u (ta' wiċċ b'ieħor) jindmu minn dak li kienu jostru fihom infushom
  53. U dawkeli jemmnu jgħidu (dwar dawk ta' wiċċ b'ieħor): ''Jaqaw dawn huma dawk li ħalfu b'Alla, bl-aqwa ħalf, li huma kienu tassew magħkom'' L-għemejjel tagħhom sfaw fix-xejn, u saru tellifin (f'din id-dinja u fl-Oħra)
  54. Intom: li temmnu, min: minnkom jerġa' lura mid-din tiegħu, Alla: se jġib. (flokhom). ġens. (li Huwa jkun) iħobbhom, u huma jħobbuh, ikunu umli ma' dawk li jemmnu u qliel ma' dawk li ma jemmnux, iħabirku għal Alla, u ma jibżgħux mil-lewm ta' min ilum. Dik hija t-tjieba ta' Alla, Huwa jagħtiha lil min irid. Alla jesa' kollox, u jaf kollox
  55. Il-ħabib u l-alleat tagħkom ma huwa ħadd ħlief Alla, il- Mibgħut tiegħu (Muħammad), dawk li jemmnu, li jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, u jmilu (kollhom qima lejn Alla)
  56. U min iżomm ma' Alla, mal-Mibgħut tiegħu u (ina ') dawk li jemmnu, tabilħaqq (isiru jafir li din) hija. l-ġemgħa. ta' Alla; huma r-rebbiħini
  57. Intom li temmnu, la teħdux lil-dawk li jieħdu d-din tagħkom biċ-ċajt u l-logħob, minn fost dawk (il-Lhud u l- Insara) li ngħataw il-Ktieb qabilkom, u dawk li ma jemmnux, bi ħbieb u alleati. U ibżgħu minn Alla, jekk (tassew) temmnu
  58. Meta ssejħu għat-talb, (arahom): jeħduh biċ-ċajt u l- logħob. Dak minħabba li huma ġens mingħajr għaqal (u ma jafux is-siwi kbir tat-talb)
  59. Għid(ilhom. Muħammad): 'Ja' Nies il-Ktieb, jaqaw qegħdin biss teħduha kontrina għaliex nemmnu f'Alla, f'dak li: tniżżlilna, u f'dak li tniżżel qabel, u għaliex ħafna minnkom mogħtija għall-ħażen
  60. Għid(ilhom): (Jaqaw ftriduni) ngħarrafkom bi ħlas, mingħand Alla, agħar minn dan (li tixtiequ lilna)) (Dan il- ħlas huwa għal) dak li Alla seħtu (għaliex ċaħħdu mill- ħniena tiegħu) u għadab għalih, u (għal dawk li) għamel: J minnhom xadini u ħnieżer, u (għaż) min qiem lix-Xitan u J lill-allat (foloz). Dawk jinsabu f'imkien wisq agħar, u f'aktar telfien (u 'l bogħod) mit-triq id-dritta
  61. Meta jiġu għandkom, jgħidu: 'Nemmnu,' iżda jkunu daħlu biċ-ċaħda tat-twemmin u ħarġu biha. Iżda Alla jaf sewwa b'dak li kienu jaħbu
  62. U tara ħafna minnhom jimpikaw bejniethom (b; kliemhom u b'għemilhom) fil-ħtija u fl-aggressjoni, u fl-ikel ta' qligħ projbit (għalihom bil-liġi divina). Tassew ta' għajb dak li qegħdin jagħmlu
  63. Għaliex. ir-rabbini u l-għorrief (tagħhom) ma jwaqqfuhomx mill-kliem ħażin tagħhom u mill-ikel ta' qligħ projbit (għalihom) 2 Tassew ta' għajb dak li qegħdin jagħmlu (ir-rabbini u l-għorrief li jibqgħu siekta dwar il- ħażen)
  64. Il-Lhud qalu: ''Id Alla marbuta (bix-xeħħa).' (Ħalli jkunu) idejhom marbutin, u (ħalli) jinsteħtu (u jiċċaħħdu mill- ħniena ta' Alla), ta' dak li qalul Lel (Alla) idejh it-tnejn miftuħin. beraħ; Huwa jonfoq (mill-ġid tiegħu) kif irid. Tassew li dak li tniżżel lilek (Muħammad) minn Sidek (il- Qoran) se jżid ħafna minnhom fil-ħażen u fiċ-ċaħda tat- twemmin (għaliex ma jemmnux fih): U bejniethom (il-Lhud) qlajna l-ostilità u l-mibegħda sa Jum il-Qawmien. Kull darba li jkebbsu n-nar għall-gwerra (kontra Muħammad u kontra l-Misilmin), Alla jitfih. Huma (dejjem) iħabirku fuq l-art biex iġibu l-korruzzjoni. Alla ma jħobbx lill-korrotti
  65. Li kieku Nies il-Ktieb emmnu u beżgħu (minn Alla u żammu lura mill-ħażen), konna nħassrulhom ħtijiethom u ndaħħluhom f'Ġonna ta' hena
  66. Li kieku żammu sħiħ mat-Tora, ma' l-Evanġelju u ma' dak li tniżżlilhom minn Sidhom, kienu jieklu minn fuqhom. u minn taħt riġlejhom (daqshekk kbar kienu jkunu l-barkiet tas-sema u ta' l-art li kienu. jgawdu). Fosthom hemm' nies li qabdu t-triq it-tajba, iżda dak li ħafna minnhom jagħmlu huwa ħażin
  67. Ja Mibgħut (Muħammad), xandar dak li tniżżel lilek minn Sidek, u jekk ma tagħmilx (hekk, u ma xxandarx kulma ngħatalek), ma tkunx xandart il-messaġġ tiegħu. Alla jħarsek min-nies (li jridu jagħmlulek id-deni jew joqtluk). Tabilħaqq li Alla ma jurix it-triq lil-dawk li ma. jemmnux
  68. Għid (Muħammad): ''Ja Nies il-Ktieb, ma għandkom xejn (bħala gwida fuq -xiex iżżommu), sa ma żżommu sħiħ mat-Tora, ma' l-Evanġelju u ma' dak li tniżżel lilkom minn Sidkom (il-Qoran).' Dak li tniżżel lilek minn Sidek (il-Qoran) tassew iżid lil ħafna minnhom fil- ħażen u fiċ-ċaħda tat-twemmin, iżda la. titnikkitx (Muħammad) għan-nies li ma jemmnux
  69. Tabilħaqq li dawk li jemmnu (il-Misilmin), il-Lhud, is- Sabijin, u l-Insara, min jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum, u jagħmel għemejjel tajba, (dawk) ebda. biża' ma. jkun hemm fuqhom (fl-Aħħar Jum), u lanqas ma jitnikktu (minħabba dak li ħallew warajhom fid-dinja)
  70. Aħna dħalna f'rabta ma' Wlied Israel u bgħatna għandhom Mibgħutin. Kull darba li ġiehom xi Mibgħut b'dak li ma jixtiqux, giddbu lil uħud minnhom, u qatlu lil oħrajn
  71. U ħasbu li ma jkunx hemm tiġrib (għalihom tal-ħażen li għamlu); u għalhekk għamew u ttarrxu (u ma setgħux isibu. triq. is-sewwa). Imbagħad Alla dar lejhom bil- maħfra: (imma) imbagħad ħafna minnhom għamew u ttarrxu (għal darba oħra). Iżda Alla jara sew dak li jagħmlu
  72. M'emmnux dawk li jgħidu: 'Tabilħaqq Alla huwa l- Messija bin Marija.' Il-Messija (innifsu) qal: 'Ja Wlied Israel, agħtu qima lil Alla Sidi u Sidkoml' Tabilħaqq li min ixierek lil- Alla (ma' allat oħra), Alla jċaħħdu mill- Ġenna, u il-kenn tiegħu jkun in-Nar. Il-ħżiena ma għandhomx min jgħinhom
  73. M'emmnux dawk li jgħidu: ''Alla. tabilħaqq huwa t- tielet minn tlieta.' Iżda ma hemmx alla (ieħor) ħlief Alla Wieħed. U jekk m'intomx se jieqfu minn dak li qegħdin jgħidu, dawk fosthom li ċaħdu t-twemmin se jmisshom kastig ta' wġigħ
  74. Għaliex ma jdurux bl-indiema lejn Alla u jitolbuh maħfra 7 Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin
  75. Il-Messija bin Marija ma kienx għajr Mibgħut, u qablu għaddew il-Mibgħutin (l-oħra). Ommu kienet mara tal- ħaqq u s-sewwa. Huma t-tnejn kienu jieklu l-ikel (bħal ħaddieħor). Ara kif nuruhom. biċ-ċar (lill-Insara) is- sinjali (tagħna, biex jemmnu), imbagħad ara kif jitbiegħdu mis-sewwa
  76. Għid(ilhom: Muħammad): ''Jaqaw, minflok. lil Alla, tqimu dak li la għandu s-setgħa jkunilkom ta' deni u lanqas ta' siwiV' Iżda Alla huwa li jisma' kollox u jaf kollox
  77. Għid(ilhom: ukoll Muħammad): ''Ja' Nies. il-Ktieb, tesaġerawx fir-reliġjon tagħkom (hekk (i tisħqu fuq dak) li ma huwiex is-sewwa, u la timxux wara x-xewqat ta' nies li fl-imgħoddi tħawdu, ħawdu lil ħafna (oħrajn), u tilffu triq is-sewwa
  78. Dawk minn Ulied Israel li m'emmnux, insteħtu minn David u minn Ġest bin Marija għaliex m'obdewx (/i/ Alla) u kienu jagħmlu l-ħażen
  79. Huma ma kinux iżommu lil xulxin mill-ħażen li għamlu. Tassew ta' għajb dak li kienu jagħmlu
  80. Tara ħafna minnhom (il-Lhud) jissieħbu ma' dawk li ma jemmnux. Tassew ta' għajb dak (l-għemil) li huma nfushom ressqu quddiemhom (biex jitħallsu. tiegħu fil- Ħajja l-Oħra, u) Alla għadab għalihom, u huma jibqgħu fil-kastig għal dejjem
  81. Li kieku (il-Lhud) emmnu f'Alla, fil-Profeta, u f'dak li tniżżel lilu, ma kinux-jissieħbu magħhom, iżda ħafna minnhom huma ħżiena
  82. Tassew issib (Muħammad) li fost in-nies, l-eħrex għedewwa ta' dawk li jemmnu huma l-Lhud u dawk li xierku (allat oħra ma' Alla), u tassew issib (ukoll) li l- eqreb, fosthom, fl-imħabba lejn dawk li jemmnu huma dawk li jgħidu: SAħna Nsara'' Dan għaliex hemm minnhom qassisin u tħieb, u huma ma jitkabbrux
  83. U meta jisimgħu dak li tniżżel lill-Mibgħut (il-Qoran), tara għajnejhom ifuru bid-dmugħ minħabba s-sewwa li) għarfu. (fih), u jgħidu: 'Sidna, aħna nemmnut. Iktibna max-xhieda (li huma l-Misilmin)
  84. U kif ma nemmnux f'Alla, u f'dak li ġiena mis-sewwa, (meta) aħna nittamaw li Sidna jdaħħalna man-nies it- tajba
  85. Għalhekk Alla tahom il-ħlas ta' dak li qalu: Ġonna bix- xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dak huwa l-ħlas għal dawk li jagħmlu t-tajjeb
  86. Iżda dawk li ma jemmnux u jgiddbu s-sinjali tagħna, dawk huma nies in-Nar iħeġġeġ
  87. Intom litemmnu, tipprojbixxux it-tajjeb li Alla għamel jiswa għalikom, iżda taqbżux il-limitil Alla tabilħaqq ma jħobbx lil dawk li jaqbżu l-limiti
  88. U kulu milli takom Alla għall-għajxien, dak li jiswa u tajjeb; iżda ibżgħu minn Alla li intom temmnu fih
  89. Alla ma jeħux għalikom tan-nuqqas ta' ħsieb fil-ħalfiet tagħkom, iżda jieħu għalikom ta' dawk il-ħalfiet li intom tagħmlu bl-akbar serjetà. Tpattija ta' dan huwa. li titimgħu għaxar foqra b'daqs kemm (is-soltu) titimgħu lil nieskom, jew tlibbsuhom, jew (inkella) li teħilsu Isir. U min ma jsibx (kif jagħmel dan), għandu jsum tlett ijiem: Din hija tpattija għall-ħalfiet li ħliftu. U żommu sħiħ mal- ħalfiet tagħkom. Hekk Alla jurikom. biċ-ċar. is-sinjali tiegħu biex forsi tiżżu ħajr. f l
  90. Intom li temmnu (kwir aftr li) l-inbid, il-logħob ta' l- azzard, l-idoli u l-vleġeġ (tat-tbassir) ma humiex għajr) tinġis minn għemil ix-Xitan. Mela warrbu minnu biex forsi tkunu rebbiħin
  91. Ix-Xitan ma jridx għajr li jagħmilkom għedewwa ta' xulxin u jġib il-mibegħda fostkom (billi jinqeda) bl-inbid u bil-logħob ta' l-azzard, u jżommkom mit-tifkira ta' Alla u mit-talb. Mela (issa li tafu: dan), intom se tieqfu (minn dawn il-vizzji)
  92. Opdu lil-Alla u obdu lill-Mibgħut, u ogogħdu attenti (mill-ħażen). Jekk tagħtu daharkom (u ma tagħrux widen), kunu afu li d-dmir tal-Mibgħut tagħna huwa biss li jxandar biċ-ċar (tagħlim l-Islam)
  93. Fuq dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba ma hemm (ebda) ħtija ta' dak li kielu (fl-imgħoddi, qabel il- projbizzjoni ta' l-inbid), jekk jibżgħu minn Alla, jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, imbagħad (għa/ darba oħra) jitħarsu mill-ħażen u jemmnu, imbagħad jibżgħu minn Alla u jagħmlu t-tajjeb. Alla jħobb lil dawk li jagħmlu t- tajjeb
  94. Intom li temmnu, tabilħaqq li Alla jġarrabkom bil- kaċċa li tiġi f'idejkom u fil-lanez tagħkom; biex Alla jkun jaf min jibża' minnu, (Huwa li jinsab) fis-satra. Min, wara dan, jikser il-liġi, ikollu kastig ta' wġigħ
  95. Intom li temmnu, la toqtlux kaċċa meta intom tinsabu fil-'iħram (jiġifieri mħejjija biex tagħmlu l-ħaġġ jew l- għomra): Min minnkom joqtolhom fdawn l-annimali) apposta, it-tpattija (għa/ dan), skond il-ħaqq li jagħmlu tnejn min-nies ġusti fostkom, (tkun) b'annimal imrobbi (għandkom), daqs dak li nqatel, li jinġieb bħala offerta fil-Kagħba, jew (inkella ssir) tpattija (billi) titimgħu xi fqar, jew xi jsarraf dan f'sawm, b'hekk iduq il-kruha ta' għemilu. Alla ħafer dak li għadda (qabel ma niżel dan il- vers), iżda min jerġa' (jidneb), Alla jpattihielu. Alla huwa Qawwi u jaf kif ipattiha
  96. Jiswa għalikom sajd il-baħar u l-ikel tiegħu (anki meta tkunu fil-'iħram), biex ikun tgawdija għalikom u għal min ikun imsiefer, iżda ma tiswiex għalikom il-kaċċa fuq l-art meta intom tinsabu fil-'iħram, U ibżgħu minn Alla li għad tinġabru għandu (i tidhru quddiemu)
  97. Alla għamel il-Kagħba, id-dar imqaddsa, imwaqqfa għall-ġid tan-nies, (kif ukoll) ix-xahar imqaddes, il- bhejjem: tas-sagrifiċċju u l-bhejjem. immarkati. għas- sagrifiċċju. Dak biex tkunu tafu li Alla jaf b'dak li hemm fis-smewwiet u fl-art, u li Alla jaf b'kollox
  98. Kunu afu li Alla Qalil fil-kastig, u li Alla Kollu Maħfra u Ħanin
  99. Dmir il-Mibgħut huwa biss li jxandar (it-tagħlim ta' l- Islam). AMla jaf b'dak li turu u b'dak li taħbu
  100. Għid (Muħammad): 'iIl-ħażin u t-tajjeb ma humiex indaqs, anki jekk il-kotra tal-ħażen tista' tgħaġġbek. Mela ibżgħu minn Alla, ja nies ta' dehen, biex forsi tkunu rebbiħinf' ġ
  101. Intom li temmnu, la tistaqsux (lil Muħammad) fuq ħwejjeġ li, kieku jintwerewlkom, idejqukom. Iżda jekk tistaqsu fuqhom meta jitniżżel (lilkom) il-Qoran, (dawn) jintwerewlkom. Alla ħafer dan. Alla huwa Kollu Ħniena u ta' sabar mal-midinbin
  102. Qabilkom nies (oħra) staqsew għal dawn (il-ħwejjeġ), imbagħad (wara li ngħatawlhom), saru ma jemmnux fihom
  103. Alla ma għamilx digrieti dwar il-ġemla b'widintha maqsuma (i ma jiswiex tintrikeb), jew ġemla li tiġġerra (u li ħadd ma jista' jinqeda biha). inkella sagrifiċċji lill- idoli għal twelid doppju fil-bhejjem, jew iġmla fħula (li ma jsirx użu minnhom).'' iżda kienu dawk li m'emmnux li qalgħu l-gideb dwar Alla, u ħafna minnhom ma għandhomx għaqal
  104. (Meta jintqalilhom: ''Ejjew lejn dak li Alla niżżel u lejn il-Mibgħut,' huma jgħidu: ''Biżżejjed għalina dak fir- twemmin) li sibna lil missirijietna fihl 7 (Jgħidu hekk) anki jekk missirijiethom. ma kienu jafu xejn, u lanqas kienu fit-triq it-tajba
  105. Intom li temmnu, jeħtieġ (tħarsu) lilkom infuskom. Jekk. taqbdu t-triq it-tajba, min ħareġ minnha ma jagħmlilkomx ħsara. Lejn Alla terġgħu lura Ikoll, u jħabbrilkom dak li kontu tagħmlu
  106. Intom li temmnu, meta l-mewt toqrob lejn xi ħadd minnkom, (Żommu) xhieda bejnietkom meta jsir it- testment: żewġ (Misilmin) ġusti minn fostkom, jew tnejn oħra barranin (li ma humiex Misilmin) jekk tkunu qegħdin itterrqu fl-art u tintlaqtu bid-diżgrazzja tal-mewt. Jekk tkunu (intom il-werrieta) bejn ħaltejn. (dwar is- serjetà tagħhom), żommuhom it-tnejn wara t-talb (ta' l- għasar) u (araw li) jaħilfu b'Alla (dan li ġej): 'Ma nbigħux il-ħalfa tagħna b'xi prezz, lanqas kieku kien għal xi qarib (tagħna), u lanqas ma naħbu x-xhieda ta' Alla. għaliex inkella nkunu midinbin
  107. Iżda jekk jinstab li huma t-tnejn jistħoqqu (is-suspett li għamlu) dnub. (għaliex ħalfir falz), mela tnejn oħra joqogħdu minflokhom, minn dawk li jistħoqqu (il-wirt), u jaħilfu b'Alla (hekk): '(Naħilfu) li x-xhieda tagħna hija aktar vera mix-xhieda tagħhom it-tnejn, u li ma ksirniex il-liġi (għaliex ma ħlifniex falz), għaliex inkella tassew inkunu mill-ħżienaf
  108. B'hekk aktarx li jagħtu x-xhieda tagħhom kif jixraq, jew (inkella) jibżgħu li, wara l-ħalf tagħhom. jittieħed il- ħalf (ta' ħaddieħor). Iżda ibżgħu minn Alla u isimgħu (minnu). Alla ma jurix it-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena
  109. Dakinhar li Alla jiġma' l-Mibgħutin (fiegħu) u jistaqsi(hom): 'Xi tweġib ħadtu (minn nieskom)i 7 Huma jgħidu: ''Ma għandniex għarfien (fuq dan ħlief li Inti taf ħafna aktar minna). Huwa Inti li taf kollox fuq (kull) ma' I huwa mistur
  110. Imbagħad Alla jgħid: 'Ja Ġest bin Marija, ftakar fil- grazzja tiegħi fuqek u fuq ommok: meta saħħaħtek b'ruħ il-qodos (l-anġlu Gabrijel, hekk li) kellimt lin-nies (meta kont għadek) fil-benniena u meta kbirt, u meta għallimtek il-kitba u l-għerf, it-Zora u l-Evanġelju; meta inti ħlaqt mit-tajn bħal għamla ta' tajra, bir-rieda tiegħi, u nfaħt fiha u saret tajra, bir-rieda tiegħi, u (meta inti) fejjaqt lill- agħma mit-twelid u lill-imġiddem, (ukoll) bir-rieda tiegħi, u meta qajjimt lill-mejtin, bir-rieda tiegħi, u meta żammejt lil Ulied Israel ('il bogħod) minnek (biex ma joqtlukx). meta. ġibtilhom. is-sinjali: ċ-ċari, u dawk minnhom li m'emmnux qalu: 'Tabilħaqq dan ma huwiex għajr seħer fid-dieher
  111. U meta (Jiena) nebbaħt lid-dixxipli: 'Emmnu fija u fil- Mibgħut tiegħi (Ġesir),' huma qalu: 'Emminna, u inti ixhed li aħna Misilmin
  112. Meta d-dixxipli qalu: ''Ja Ġesii bin Marija, Sidek jista' jniżżel fuqna mejda (imħejjija sew bl-ikel) mis-sema 7' Huwa qal: ''Ibżgħu minn Alla, jekk intom temmnu
  113. Qalu: 'Irridu nieklu minnha, u qlubna jsibu s-serħan, inkunu nafu li inti kellimtna bis-sewwa, u nkunu xhieda għaliha (il-mejda)
  114. Ġesii bin Marija qal: 'Alla Sidna, niżżel fuqna mejda mis-sema li tkun għalina festa, għall-ewwel wieħed minna u għall-aħħar wieħed minna (li għad jiġi warajna), u sinjal minnek. Għajjixna, għaliex Inti l-Aħjar li tagħti l- għajxien
  115. Alla qal: ''Jiena nniżżilha fuqkom, iżda min minnkom imbagħad ma jemminx, Jiena nikkastigah b'kastig li ma nikkastiga lil ħadd bih fil-ħolqien (kollu)
  116. U meta Alla qal: 'Ja Ġesii bin Marija, jaqaw inti għedt lin-nies: 'Ħudu lili u lil ommi bħala żewġ allat, minflok lil Alla 9' Huwa qal: ''Sebħ lilekl Ma jkun (qarr) li ngħid dak li ma għandix jedd. Jekk kont ngħid hekk, kont tkun tafu dan. Inti taf x'hemm fija nnifsi, iżda jiena ma nafx x'hemm fik innifsek. Inti tabilħaqq taf kollox fuq kulma huwa mistur
  117. Jiena ma għedtilhomx għajr dak li amartli, (jiġifieri): 'Qimu lil Alla Sidi u Sidkom, u kont xhud tagħhom sakemm domt fosthom: U meta ħadtni lura (għandek), kont Inti li ħaristhom (u għassist fuqhom). Inti ta' kollox ix-Xhud
  118. Jekk tikkastigahom, huma tabilħaqq il-qaddejja tiegħek, u jekk taħfrilhom, Inti tabilħaqq il-Qawwi u l-Għaref
  119. Alla qal: 'Dan Jum meta s-sewwa tal-ġusti jkunilhom ta' fejda. Tagħhom huma Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u jgħammru fihom għal dejjem. L-għaxqa ta' Alla fuqhom, u huma jitgħaxxqu bih. Dik hija r-rebħa l- kbiraf
  120. Ta' Alla s-saltna tas-smewwiet u l-art, u kulma fihom, u Huwa fuq kollox Setgħan