7.The Heights
- Alif Lam. Mim. Sad
- Ktieb li tniżżillek. (Muħammad). Mela ħalli ma jkun hemm ebda diqa f'sidrek minħabba fih; biex twissi bih u (ikun ta') tifkira għal dawk li jemmnu
- Imxu fuq dak li tniżżlilkom minn Sidkom, u la timxux wara sidien (foloz) minfloku (/żda intom) ftit tiftakru (fit-twissija)
- Kemm-il belt qridna u l-qilla tagħna ġietha (għal għarrieda) billejl, jew waqt li kienu fin-nagħsa ta' wara nofsinhar
- It-talba tagħhom, meta ġiethom il-qilla tagħna, ma kinitx għajr li qalu: ''Aħna tabilħaqq konna ħżienat
- Aħna tabilħaqq nistaqsu lil dawk li ntbagħtilhom (il- messaġġ tagħna), u tabilħaqq nistaqsu lill-Mibgħutin
- Imbagħad tassew inħabbrulhom kollox. bl-għerf, għaliex (dejjem konna kullimkien, u qatt) ma konna neqsin
- U l-użin dakinhar ikun bil-ħaqq. U dawk li l-kfief (tal- miżien) tagħhom jitqalu (bl-għemejjel it-tajba), dawk huma r-rebbiħin
- Iżda min il-kfief tiegħu jiħfiefu (għaliex nieqsa mill- għemejjel tajba), dawk huma li tilfu lilhom infushom talli kienu jonqsu lejn is-sinjali tagħna
- Aħna saħħaħniekom sew (b'kull ġid) fuq l-art, u fiha għamilnielkom l-għajxien. (Iżda intom) ftit tiżżu ħajr (ta' dan)
- U ħlaqniekom, imbagħad sawwarniekom. Imbagħad għedna lill-anġli: ''Inxteħtu quddiem Adami' U huma nxteħtu; Iblis biss ma kienx minn dawk li nxteħtu jqimu
- Qal (Alla lil-Iblis: SX'żammek milli tinxteħet meta qabbadtek (tagħmel hekk) 7' Qal (Iblis): ''Jiena aħjar minnu: (lili) ħlaqtni minn nar, u (lilu) ħlaqtu minn tajn
- Qal (alla): 'Mela inżel minnha (il-Ġennaji Ma jkun (qatt) li titkabbar fihal Oħroġt Inti. tabilħaqq: mill-(A/ejjaq) imċekknin (iċ mkasbrin):' I
- Qal (lis): ''Agħtini aktar żmien (u la tikkastiganix) sal- Jum (li fih il-bnedmin) jitqajmu mill-mewt
- Qal (A/la): ''Inti minn dawk li ngħataw iż-żmien
- Qal (db/is): 'Talli ħriġtni mit-triq (it-tajba), jiena tassew /J se noqogħdilhom (għassa lill-bnedmin u nonsobhom) fit-triq) id-dritta tiegħek
- (Imbagħad tassew niġihom fu naħbar għalihom) minn quddiemhom u. minn warajhom, minn fuq il-lemin tagħhom u minn fuq ix-xellug tagħhom. U m'Intix se ssib lil ħafna minnhom jiżżuk ħajr (tat-tjieba kbira tiegħek fuqhom)
- Qal (Alla): 'Oħroġ minnha mkasbar u mkeċċil U min minnhom jimxi warajk, tassew nimla l-Infern bikom ilkolli
- (Imbagħad Alla dar fuq Adam u qallu): 'Ja' Adam; għammar inti u martek fil-Ġenna, u kulu minn fejn tridul Iżda (la toqorbux lejn din is-siġra, għaliex: tkunu mill- ħżienaf)
- U (ix-Xitan): fesfsilhom (xi ħaġa) biex jurihom l-għera tagħhom (lż qabel) kienet moħbija minnhom, u qalilhom): 'Sidkom ma'żammkomx lura minn din is-siġra ħlief biex ina ssirux żewġ anġli, u langas tkunu minn dawk li jgħixu għal dejjem
- U ħalfilhom (hekk): 'Jiena tabilħaqq minn. dawk. li jiftħulkom għajnejkoml
- Għalhekk (ix-Xitan) waqqagħhom b'qerq. U meta daqu mis-siġra, intebħu bl-għera tagħhom. it-tnejn, u bdew iqiegħdu fuqhom xi weraq tal-Ġenna (biex jitgħattew bihom). Sidhom sejħilhom. (u. qalilhom): Mela ma żammejtkomx lura minn dik is-siġra, u ma għedtilkomx li x- Xitan huwa għadu fil-beraħ tagħkom
- Huma t-tnejn (Adam u Eva) qalu: ''Sidna, dnibna kontra tagħna nfusna, u jekk ma taħffilniex u ma tħennx għalina, tassew inkunu mitlufin
- Qal (Alla): 'Inżlu 'l isfel għedewwa ta' xulxinl L-art tkun l-għamara u l-għajxien tagħkom, għal xi żmien
- Qal (Allaj: 'Fiha tgħixu, u: fiha. tmutu, u minnha tinħarġu)
- Ja wlied Adam, niżżilnielkom ilbies. li jostor l-għera tagħkom, u ħwejjeġ sbieħ. Iżda l-ilbies tal-biża' ta' Alla dak huwa l-aħjarl Dan huwa (wieħed) mis-sinjali ta' Alla, biex forsi jiftakru (fit-tjieba ta' Alla)
- Jawlied Adam, la tħallux ix-Xitan iġarrabkom bħalma kien ħareġ. lill-ġenituri tagħkom. mill-Ġenna, (li) neżżagħlhom ilbieshom biex jurihom l-għera tagħhom it- tnejn. Tabilħaqq Hi hu u sħabu (ix-xjaren l-oħra) jarawkom: minn fejn intom ma tarawhomx. Aħna għamilna x-xjaten ħbieb (w alleati ta') dawk li ma jemmnux
- VU meta jagħmlu għemil faħxi, jgħidu: 'Sibna. lil missirijietna jagħmlu dan, u Alla ordnalna (nagħmlu) dan.' Għid(ilhom. Muħammad): ''Tabilħaqq li Alla ma jamarx l-għemejjel faħxija. Jaqaw tgħidu dwar Alla dak li ma tafux
- Għid (Muħammad): 'Sidi amar il-Ħaqq. Żommu ħarsitkom (/ejħ) f'kull post ta' talb, sejħulu, u oqogħdu biss għad-din tiegħu. Bħalma bdiekom (fig l-art meta ħalaqkom, hekk. ukoll) terġgħu. lura: (minnha għal għandu)
- (Lil uħud mexxa. fit-triq it-tajba, u oħrajn kienu ) jistħoqqu. t-telfien. Huma ħadu x-xjaten bi ħbieb (v/ ) alleati tagħhom), mintlok lil Alla, u jaħsbu li huma fit- triq it-tajba
- Ja wlied Adam, ħudu (s i/bsu) l-aħjar ħwejjeġ tagħkom f'kull (ħin u f'kull) post ta' talb, u kulu u ixorbu, mingħajr ħela (/anqas fl-ilbies). Huwa ma jħobbx. lill- ħaljin
- (Għidfilhom Muħammad): ''Min għamel ma jiswewx il- ħwejjeġ sbieħ ta' Alla li Hu sawwar għall-qaddejja tiegħu, u l-ikel tajjeb għall-għajxien (tagħhom) 7' Għid: sF'Jum il-Qawmien, dawn (il-ħwejjeġ tajba) ikunu biss għal dawk li emmnu (f'Alla) fil-ħajja fid-dinja'' B'hekk infissru bir-reqqa s-sinjali (tagħna) lil nies li jafu
- Għid(ilhom ukoll Muħammad): ''Alla għamel biss ma jiswewx l-għemejjel faħxija, dawk minnhom li jidhru u dawk moħbija, kif ukoll il-ħtija u l-aggressjoni mingħajr ħaqq, u li xxierku (a//at oħra) ma' Alla, mingħajr ma niżżel is-setgħa li tagħmlu dan, u li tgħidu dwar Alla dak lima tafux
- U kull nazzjon (li .kasbar lill-Mibgħutin ta' Alla) għandu żmienu (f'din id-dinja). Meta jasal żmienhom (għall-kastig), ma jtawlux (il-kastig) b'siegħa, u lanqas inaqqsu(h b''siegħa)
- Ja wlied Adam, jekk jiġukom Mibgħutin minn fostkom li jħabbrulkom is-sinjali tiegħi, min jibża' minn Alla u jagħmel it-tajjeb, ma jkollhomx biża' fuqhom u lanqas jitnikktu
- U dawk li jġiddbu s-sinjali u r-Rivelazzjoni tagħna u jitkabbru kontrihom, dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem
- Min huwa agħar minn min jaqla' l-gideb dwar Alla, jew (li jgiddeb is-sinjali tiegħu': Dawk, isibhom sehemhom mill-Ktieb. (tal-liġi ta' Alla), u meta l- Mibgħutin tagħna (l-anġli) jiġuhom biex jeħdulhom irwieħhom, huma jgħidu (lill-ħżiena): 'Fejn huma dawk fl-allat foloz) ti kontu ssejħu minflok lil-Alla (forsi jeħilsukom) 7' Huma jwieġbu: ''Telquna,' u (hekk) jixhdu kontra tagħhom infushom li huma kienu ma jemmnux
- (F'Jum. il-Ħaqq, Alla) jgħid(ilhom): 'dħlu fin-Nar flimkien ma' ġnus ta' ġinn u nies li għaddew qabilkom. ' Kull darba li jidħol ġens (fin-Nar, arah) jisħet lil ħuh (il- ġens ta' qablu), hekk li meta Ikoll jilħqu lil-xulxin fih, l- aħħar wieħed fosthom jgħid dwar ta' l-ewwel: ''Sidnal Dawk tellfuna t-triqi Mela agħtihom kastig doppju fin- Nar,' Huwa jgħid: ''Kulħadd imissu (kastig) doppju, iżda ma tafux (dwar dan)
- L-ewwel (ġens) fosthom jgħid lill-aħħar wieħed: ċIntom' ma kontux aħjar minna (biex jitnaqqsilkom il- kastig). Mela duqu l-kastig ta' dak li kontu tiksbu (bil- ħażen tagħkom)
- Tabilħaqq li dawk li jgiddbu s-sinjali u r-Rivelazzjoni tagħna, u jitkabbru kontrihom, ma jinfetħulhomx bwieb is-sema, u lanqas jidħlu l-Ġenna sa ma l-ġemel jgħaddi minn għajn il-labra, Hekk inħallsu (bil-kastig) lill-ħatjin
- Fl-Infern għandhom il-friex (tagħhom), u fuqhom saffi (sħaħ tan-nar) jgħattuhom. Hekk inħallsu (bil-kastig) lill- ħżiena
- Iżdadawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba Aħna ma ngħabbu lil ħadd aktar milli jiflaħ dawk huma nies il-Ġenna, u fiha jgħammru għal dejjem
- nneżżgħu(hom) mill-mibegħda (u l-għira) f'qalbhom: Taħthom għad jiġru x-xmajjar, u jgħidu: STifħir lil Alla li mexxiena sa dan (il-ħlas tajjeb). Ma konniex naqbdu t-triq it-tajba, li kieku Alla ma mexxiniex (fiha). Tassew li l-Mibgħutin ta' Alla ġewfna) bis-sewwa;' U (it-tajbin) ikunu msejħa. (u. l-anġli jħabbrulhom dan. il-kliem): ''Din hija l-Ġenna li ngħatatilkom b'wirt, ta' dak (it-tajjeb) li kontu tagħmlu
- U nies il-Ġenna jsejħu lil-nies in-Nar (u jgħidulhom): ''Sibna dak li kien wegħedna Sidna bis-sewwa. (/ssa intom) sibtu dak li kien wegħedkom Sidkom bis- sewwa 7' Huma jgħidu: 'Ival' Iżda widdien fosthom għad isejjaħ (hekk): ''Is-saħta ta' Alla fuq il-ħżiena
- li jfixklu u jżommu (lil ħaddieħor) minn triq Alla, u jixtiquha mgħawġa, u ma jemmnux fil-ħajja) l-Oħra
- U bejniethom hemm. velu (fi bħal sur għali jifred il- Ġenna mill-Infern), u fuq is-swar hemm irġiel li jagħrfu lil kulħadd mill-marki tagħhom. U jsejħu lil nies il- Ġenna (u jgħidulhom): ''Sliem għalikomt' Huma (ta' fuq is-swar) ma jidħlux fiha, għad li huma jittamaw (ħafna. dan)
- U meta ħarsithom tiddawwar lejn nies in-Nar, jgħidu: 'Sidna, la tagħmilniex man-nies il-ħżiena
- Nies is-swar isejħu lil xi rġiel ((i jinsabu fl-Inferm u) li jagħrfuhom mill-marki, tagħhom, u jgħidu(/hom): 'Ma swielkom xejn dak (il-ġid kbir jew l-għadd kbir tagħkom) li ġbartu, u (lanqas ma swielkom) li kontu titkabbru
- Jaqaw dawn (in-nies twajba, iżda dgħajfa) ma humiex dawk li ħliftu li Alla ma jsawwabx il-ħniena (tiegħu) fuqhom'' (U nies is-swar jgħidu lit-tajbin): Idħlu l- Ġennat Ma hemm ebda biża' fuqkom u lanqas titnikktuf
- U nies in-Nar isejħu lil nies il-Ġenna (ww jgħidulhom): 'Roxxu fuqna xi ftit ilma, jew minn dak li Alla takom għall-għajxien tagħkom. ' Huma jweġbuhom: 'Tabilħaqq li Alla jipprojbixxi li dawn it-tnejn jingħataw lil dawk li ma jemmnux
- dawk li ħadu d-din tagħhom b'mogħdija ta' żmien u bil- logħob, u qarrqet bihom il-ħajja (bit-rlellix tagħha f'din) id-dinja 7 Ilum ninsewhom (u nħalluhom fil-kastig tagħhom), bħalma huma nsew (din) il-laqgħa ta' dan il- Jum tagħhom, u kienu jiċħdu s-sinjali tagħna
- Tassew ġibnielhom (/i/ nies Mekka) Ktieb, u fissimieh bl-għarfien: tmexxija tajba u ħniena (izinn A/la) għal nies li jemmnu
- Jaqaw qegħdin jistennew biss li jseħħ 7 Dakinhar li jseħħ (f'Jum. il-Ħaqq), dawk li qabel kienu. nsewh, jgħidu: 'Il-Mibgħutin ta' Sidna ġew bis-sewwa. Tgħid għandna min jidħol u jaqbeż għalina, jew. (inkella) nintbagħtu (lura fid-dinja), u nagħmlu dak (it-tajjeb) li ma. konniex nagħmlu (f'ħajjitna)f' Huma tilfu lilhom infushom, u telaqhom dak il-gideb (kollu dwar: l-allat u dwar. l-idoli) li kienu jaqilgħu (u sfaw waħidhom, mingħajr għajnuna)
- Tabilħaqq li Sidkom huwa Alla li ħalaq is-smewwiet u l-art f'sitt ijiem, imbagħad intasab fuq it-Tron. Huwa jgħatti n-nhar bil-lejl, u (kull wieħed minnhom: it-tnejn) jiġri bil-ħeffa wara l-ieħor. (Huwa ħalaq) ix-xemx, il- qamar, u l-kwiekeb (u għamilhom) joqogħdu għall-amar tiegħu. Tiegħu l-ħolqien u l-amar. Jitbierek Alla Sid il- ħolqieni
- Sejħu (ja bnedmin) lil-Sidkom b'umiltà u fis-satra. Huwa ma jħobbx lil dawk li jiksru l-liġi
- La tagħmlux ħsara fuq l-art wara li ssewwiet, u sejħulu bil-biża' u bit-tama. Tabilħaqq li l-ħniena ta' Alla qrib dawk li jagħmlu t-tajjeb
- Huwa li jibgħat l-irjieħ. bi bxara quddiem il-ħniena tiegħu (li hija x-xita), hekk li meta (l-irjieħ) jerfgħu sħab tqil (bl-ilma), insuquh lejn art mejta u nniżżlu fuqha l- ilma, u noħorġu bih mill-frott kollu. Hekk ukoll noħorġu l-mejtin (għall-ħajja), biex forsi tiftakru
- U l-art tajba toħroġ il-ħxejjex tagħha, bir-rieda. ta' Sidha, iżda (l-art) ħażina ma toħroġx (il-ħxejjex) għajr b'xeħħa. Hekk infissru s-sinjali (tagħna) lil nies li jiżżu ħajr
- Aħna tabilħaqq bgħatna lil- Noċ għand niesu u qal(ilhom): ''Ja niesi, qimu lil Allal Ma għandkomx alla ieħor għajru. Jiena nibża' li (jekk se tibqgħu tqimu l-idoli) se jkollkom il-kastig ta' Jum kbir
- Il-kbarat ta' niesu qalu: 'Aħna tabilħaqq qegħdin narawk f'telfien mill-aktar ċar
- Qal(ilhom Noċ): 'Ja niesi, ma ninsab f'ebda telfien, iżda jiena l-Mibgħut minn Sid il-ħolqien
- Jiena nwasslilkom il-messaġġi ta' Sidi. (għall-ġid tagħkom), nagħtikom pariri, u naf minn Alla dak li intom ma tafux
- Jew qegħdin tistagħġbu li ġietkom tifkira minn Sidkom ma' raġel minn fostkom, biex iwissikom u jkollkom il- biża' ta' Alla, u forsi tintwera ħniena magħkom
- Iżda huma giddbuh, u Aħna ħlisna (mid-dilluvju) lilu u lil ta' miegħu, fl-arka, u għerriqna lil dawk li giddbu s- sinjali: tagħna. Huma kienu tabilħaqq nies għomja (f'qalbhom u f'moħħhom)
- U (bgħatna) għand (in-nies ta') Għad' lil ħuhom Had (bħala Profeta). Qal(ilhom): ''Ja niesi, qimu lil Allal Ma għandkomx alla ieħor għajru. Mela ma tibżgħux (minnu)
- Il-kbarat ta' dawk li m'emmnux fost niesu qalu: 'Aħna tabilħaqq qegħdin narawk fil-bluha, u tassew naħsbu li inti mill-giddibin
- Qal(ilhom): 'Ja niesi, ma hemm ebda bluha fija, iżda jiena Mibgħut minn Sid il-ħolqien
- Jiena nwasslilkom il-messaġġi: ta' Sidi, u jiena magħkom bniedem sinċier li jiftħilkom għajnejkom
- Jew qegħdin tistagħġbu li ġietkom tifkira minn Sidkom ma' raġel minn fostkom, biex iwissikom 7 U ftakru meta għamilkom werrieta wara nies Noċ, u żiedkom fil-kobor u l-qawwa ta' ġisimkom. Ftakru fil-grazzji ta' Alla, biex forsi tkunu rebbiħin
- (Qaluf/u): 'Jaqaw ġejtna biex inqimu lil Alla, waħdu, u nħallu dak li kienu jqimu missirijietna 2 Ġibilna dak (il- kastig) li qiegħed twegħedna (u theddidna bih), jekk inti minn dawk li jgħidu s-sewwa
- Qal (Hid lil niesu): 'Tassew niżlu fuqkom; mingħand Sidkom, kastig u għadab. Jaqaw qegħdin tħaqquha miegħi dwar ismijiet (ta' allat) li semmejtu intom u missirijietkom mingħajr ma Alla niżżel (ebda) prova dwarhom 7 Mela stennew (il-kastigjl Jiena tassew qiegħed nistenna magħkom)
- U ħlisna lilu u lil ta' miegħu, bil-ħniena tagħna, u qtajna (u xejjinna) dak li baqa' minn dawk li giddbu s- sinjali tagħna u ma kinux jemmnu
- U (bgħatna) għand (in-nies ta') Tamdd'' lil-ħuhom Saliħ (bħala Profeta). Qalilhom): 'Ja. niesi, qimu lil Allaf. Ma għandkomx. alla: ieħor għajru. Tassew waslilkom sinjal ċar minn Sidkom. Din il-ġemla ta' Alla hija sinjal għalikom. Mela ħalluha tiekol f'art Alla, u la tagħmlulhiex deni, għaliex inkella jiġi fuqkom kastig ta' wġigħ
- U ftakru meta għamilkom werrieta wara l-ġens ta' Għad, u takom għamara fuq l-art (ta' 'al-Ħiġr) biex tibnu palazzi fil-witat tagħha, u tħaffru djar fl-iġbla. U ftakru (ukoll) il-grazzji ta' Alla (li ħadtu) u tagħmlux ħażen fuq l-art bil-ħsara tagħkom
- Il-kbarat ta' dawk li tkabbru fost niesu qalu (b'sarkażmu) lil dawk meqjusa dgħajfa, (jiġifieri) dawk fosthom. li emmnu: ''Tafu li Saliħ huwa Mibgħut minn Siduf' Huma qalu(lhom): 'Aħna tabilħaqq nemmnu f'dak li ntbagħat bih
- Dawk li tkabbru qalu: 'Aħna ma nemmnux f'dak li temmnu intomi
- Għalhekk qatlu l-ġemla u kisru l-amar ta' Alla filwaqt li qalu: 'Ja Saliħ, ġibilna dak (il-kastig) li: qiegħed twegħedna. ( 4 theddidna bih), jekk inti (wieħed) mill- Mibgħutini
- U ħadhom it-tregħid ta' l-art, u mas-sebħ kienu mixħutin fl-art (għal mejta) fi djarhom
- Għalhekk (Saliħ) tahom dahru, filwaqt li qalfi/hom): 'Ja niesi, wassaltilkom il-messaġġ ta' Sidi, u ftaħtilkom għajnejkom. Iżda intom ma' tħobbux min jiftħilkom għajnejkom
- U (bgħatna wkoll) lil-Lot u qal lil-niesu' (f'Sodoma): Zjaqaw tagħmlu għemejjel faħxija (ta' omosesswalità) li ħadd qabilkom fil-ħolqien ma għamel
- Intom tersqu lejn l-irġiel bix-xewqa tal-ġisem, flok lejn in-nisa. Intom tassew nies bla rażani
- t-tweġiba ta' miesu ma' kinitx. ħlief li qalu: Għorġuhom. (lil Lot u lil sħabu) mill-belt tagħkoml Dawk tabilħaqq nies li jżommu s-safa, (mhux bħalna)
- U ħlisna lilu u lil niesu, ħlief lil martu, li kienet minn dawk li nqerdu
- U bgħatna fuqhom xita (ra' ġebel tafli). U ara kif kien imiem il-ħatjin
- U (bgħatna) għand (in-nies ta') Madjan' lil-ħuhom Xugħajb. Qal(i/hom): 'Ja. niesi, qimu lil-Allal Ma għandkomx alla ieħor għajru. Tassew waslilkom sinjal ċar minn Sidkom. Mela agħtu l-kejl u l-użin mistħoqq, u. la ċċaħħdux lin-nies minn dak li hu tagħhom, u lanqas tagħmlu ħsara fuq l-art wara li ssewwiet. Dak huwa aħjar għalikom, jekk intom temmnu
- U latoqogħdux f'kull triq, theddu (li/ min ikun ġej biex jismagħni), u żżommu mit-triq ta' Alla lil-min jemmen fih, u tixtiquha (tkun żriq) mgħawġa. U ftakru meta kontu ftit, u mbagħad kattarkom. Araw kif kien it-tmiem ta' nies il-ħsara
- U jekk hemm ġemgħa minnkom li temmen f'dak li jiena ntbagħatt bih, u ġemgħa (oħra) li ma temminx, mela stabru sa ma Alla jagħmel ħaqq minna. Huwa l- Aħjar li jagħmel ħaqq
- Il-kbarat ta' niesu, li tkabbru ( 2 ċaħdu t-twemmin f'Alla), qalu: ''Tassew li noħorġuk, ja Xugħajb, u lil dawk miegħek li jemmnu, mill-belt tagħna; inkella erġgħu lura għat-twemmin tagħna' Huwa qal: 'Anki jekk aħna nistmerru (dan)
- (Inkunu qegħdin naqilgħu gideb kontra Alla, kieku nerġgħu lura għal twemminkom, wara li Alla ħelisna minnu. Ma jixirqilniex li nerġgħu lura għalih, ħlief jekk Alla Sidna jkun irid fdan iseħħ). Sidna jesa' l-għarfien ta' kollox. F'idejn Alla ħallejna. Sidna, agħmel ħaqq bejnna u bejn niesna bis-sewwa. Inti l-Aħjar fost dawk li jagħmlu ħaqq
- Il-kbarat ta' niesu, li m'emmnux, qalu: 'Jekk timxu wara Xugħajb, mela intom tkunu t-tellifin
- U t-tregħid ta' l-art ħadhom, u mas-sebħ kienu mixħutin fl-art (għal mejta) fi djarhom
- dawk li giddbu lil Xugħajb, bħallikieku qatt ma għexu fihom. Dawk li giddbu lil Xugħajb, kienu huma t-tellifint
- U (Xugħajb) tahom dahru u qal: 'Ja niesi, jiena wassaltilkom il-messaġġi ta' Sidi, u ftaħtilkom għajnejkom. Iżda għaliex għandi nitnikket għal nies li ma jemmnux
- Qatt ma bgħatna f'belt lil ebda Profeta (li mbagħad kien miċħud) mingħajr ma ħadna lil niesha bit-taħbit u l-ħsara biex forsi jiċċekknu (kollhom umiltà u jindmu)
- Imbagħad biddilnie(/hom) id-deni (li kienu fih) f'ġid, sa ma kibru fl-għadd u ssaħħu, u qalu: 'Lil missirijietna (ukoll): missuhom: l-hemm u l-hena'' Għalhekk ħadniehom għal għarrieda meta ma kinux qegħdin jintebħu (bil-ħsara li ġiet fuqhom)
- Li kieku nies l-ibliet emmnu u beżgħu minn Alla, konna niftħu fuqhom barkiet mis-sema u l-art, Iżda huma giddbu (is-sinjali li waslu lilhom u lill-Mibgħutin), u ħadniehom minħabba (il-ħażen) li kienu qegħdin jiksbu (b'għemilhom)
- Jaqaw nies l-ibliet iserrħu rashom li l-qilla tagħna ma hijiex se tiġihom (għal għarrieda) billejl, waqt li huma reqdin
- Jew nies l-ibliet serrħu rashom li l-qilla tagħna ma hijiex se tiġihom (għa' għarrieda) binhar, waqt li jkunu jilagħbu (u jaħlu ħinhom fil-frugħat)
- Jaqaw serrħu rashom mill-pjan sigriet ta' Alla (imħejji għalihom)' Ma jserrħux rashom mill-pjan sigriet ta' Alla ħlief it-tellifin
- Ma kinitx (biżżejjed it-tagħlima) għal dawk li wirtu l- art wara niesha (li għexu qabilhom u nqerdu) li, kieku ridna, stajna nolqtuhom. (bil-kastig tagħna) minħabba fi dnubiethom, u konna nqiegħdu siġill fuq qlubhom biex ma jisimgħux (u ma jkunux jistgħu jifhmu t-twissija)
- Dawk huma (Muħammad) l-ibliet li qegħdin nagħtuk aħbarhom. Il-Mibgħutin tagħhom ġewhom bis-sinjali ċ- ċari (dwar is-setgħa: ta' Alla), iżda ma' ridux jemmnu f'dak li giddbu qabel. Hekk iqiegħed Alla siġill fuq qlub dawk li ma jemmnux
- U ma' sibniex lil ħafna minnhom iħarsu r-rabta (tagħhom ma' Alla), u sibna li ħafna minnhom ħżiena
- Imbagħad bgħatna, warajhom, lil Mosċ bis-sinjali tagħna għand il-Fargħun u l-kbarat tiegħu, u ċaħduhom. Issa ara kif kien it-tmiem ta' nies il-ħsara
- Mosċ qal: €Ja Fargħun, jiena Mibgħut minn Sid il- ħolqien
- Huwa dmiri li ma ngħidx dwar Alla għajr is-sewwa, Jiena ġibtilkom sinjal ċar minn Sidkom (li juri li qiegħed ngħid is-sewwa). Mela ibgħat miegħi lil Ulied Israelf
- Qal (il-Fargħun): ''Jekk tassew ġejt b'sinjal, mela ġibu (ħa narawh), jekk qiegħed tgħid is-sewwat
- Huwa (Mosċ) xeħet il-ħatar tiegħu (fl-art) u ara, (sar) serp fid-dieher
- U (Mosċ) ħareġ idu, uara, (dehret) bajda (u kollha dija) għal dawk li kienu jħarsu (ejha)
- Il-kbarat ta' nies il-Fargħun qalu: ''Dan tassew saħħar jilħaqlu
- Huwa jrid joħroġkom (bis-seħer tiegħu) minn artkom. Mela x'inhu l-amar tagħkom
- Qalu (lill-Fargħun): 'Żomm lilu u lil ħuh (għal xi żmien), u ibgħat fl-ibliet nies li jiġbru/lek is-sħaħar
- iġibulek kull saħħar għaref
- U s-sħaħar ġew għand il-Fargħun u qalu: ''Tabilħaqq se jkollna l-ħlas, jekk-aħna nkunu r-rebbiħin
- Qal(i/hom): ''lva, u tkunu minn dawk qrib. (tiegħi wkoll)
- Qalu: 'Ja Mosċ, jew tixħet (il-ħatar inti l-ewwel), jew inkella nixħtu aħna
- (Qalfilhom): ''Ixħtu intoml' U meta xeħtu (l-oħtra u l- ħbula tagħhom), saħħru. għajnejn in-nies, qanqlu biża' kbir fihom, u għamlu seħer kbir
- U nebbaħina lil Mosċ (u għednielu): 'Ixħet il-ħatar tiegħekf' U arah, bela' l-qerq tagħhom
- B'hekk seħħ is-sewwa, u ġie fix-xejn dak li kienu jagħmlu
- U hemmhekk dlonk ingħelbu (il-Fargħun u l-kbarat tiegħu) u tbaxxew
- U s-sħaħar inxteħtu fl-art jagħtu qima
- Huma qalu: 'Nemmnu f'Sid il-ħolqien
- Sid Mosċu Aroni
- Il-Fargħun. qal(i/hom): 'Emmintu. fih qabel ma nagħtikom permess jien 2 Dan tassew tnassis li nassastu fil-belt (flimkien ma' Mosċ) biex toħorġu minnha. lil niesha (lill-Eġizzjani, u fiha jgħixu l-Lhud minflokhom). Iżda (dalwaqt) tkunu taful
- Tassew li naqtagħlkom idejkom u riġlejkom, id ta' naħa u riġel ta' naħa oħra, imbagħad insallabkom ikolli
- Qalu (is-sħaħar): ''(B'daqshekk' Xi darba jew oħra) aħna sejrin lura għand Sidna
- Inti ma tivvendikax ruħek minna ħlief minħabba li emminna fis-sinjali ta' Sidna, meta ġewna,' (Imbagħad talbu hekk): ''Sidna, agħtina s-sabar (waqr il-kastig li se.) jagħtina: l-Fargħun), u. ħudilna rwieħna meta aħna mitluqin f'idejk, Misilmin
- Il-kbarat ta' nies il-Fargħun qalu: '(Ja Fargħun) se tħalli lil Mosċ u lil niesu jagħmlu ħsara fuq l-art, u jitlaq lilek u lill-allat tiegħek 77 Qal (il-Fargħun): ''Se noqtlu s- subien. tagħhom, u nħallu n-nisa tagħhom. ħajjin (imjassrin magħna). Aħna tabilħaqq naħkmu fuqhom
- Mosċqal lil niesu: ''Itolbu l-għajnuna ta' Alla, u stabrul Tabilħaqq li l-art hija ta' Alla, u jagħtiha b'wirt lil min irid minn fost il-qaddejja tiegħu. L-(aqwa) tmiem huwa ta' dawk li jibżgħu minn Alla
- Huma (il-Lhud) qalu: 'Aħna ġarrabna d-deni qabel ma ġejtna, kif ukoll wara li ġejtna'' Qal(ilhom): ''Għandu mnejn Sidkom jeqred l-għadu tagħkom, jagħmilkom werrieta fuq l-art, u jara kif iġġibu rwieħkom
- U ġarrabna lil nies il-Fargħun bi snin ta' nixfa kbira u nuqqas ta' frott, biex forsi jiftakru (fit-twissija ta' Alla)
- U meta ġiehom il-ġid, qalu: ''Dan tagħna (għaliex ħaqqna)'' Iżda meta ġiehom id-deni, qisuh b'xorti ħażina minħabba Mosċ u dawk ta' miegħu. (Xejn minn dan, għaliex) ix-xorti ħażina tagħhom kienet biss (ġejja minn) għand Alla, iżda ħafna minnhom ma kinux jafu
- Huma qalu: 'Ikun xi jkun is-sinjal li ġġib biex issaħħarna bih, aħna m'aħniex se nemmnukt
- U bgħatna fughom. l-għargħar, il-ġurati, il-qamel, iż- żrinġijiet, u d-demm sinjali ċari, iżda huma tkabbru (u ċaħdu t-twemmin), u kienu nies mill-agħar
- Kull meta waqa' fuqhom il-kastig, qalu: ''Ja Mosċ, itlob lil Sidek għalina, bis-saħħa tar-rabta. tiegħu miegħek. Jekk tneħħi minn fuqna l-kastig, żgur nemmnuk, u nibagħtu miegħek lil Ulied Israel
- Iżda meta neħħejna minn fuqhom il-kastig, sa żmien (l- għarqa) li kellhom jaslu għalih, arahom jerġgħu jiksru kelmithom
- Għalhekk tħallasna minnhom, u għerriqniehom. fil- baħar talli giddbu s-sinjali tagħna u ma tawx kashom
- U lin-nies li kienu maħqurin (mill-Fargħun u minn niesu) tajniehom b'wirt il-Lvant u l-Punent ta' l-art li konna berikna, u l-kelma t-tajba ta' Sidek laħqet il-milja tagħha ma' Wlied Israel, għaliex kienu stabru (fit-tbatijiet tagħhom), filwaqt li qridna kulma kienu għamlu l- Fargħun u niesu, u kulma kienu bnew
- U qsamna l-baħar b'Ulied Israel, u ġew fost nies mogħtija. għall-idoli tagħhom. Qalu (Ufied Israel): 'Ja Mosċ, agħmlilna alla bħalma (dawn) għandhom allat (tagħhom).' Qal(ilhom): ''Intom tabilħaqq nies li ma tafux (x'qegħdin titolbuji)
- Tabilħaqq li dak (il-ħażen ta' l-idolatrija) li dawn (in- nies) jinsabu fih iwassal għall-qerda, u huwa fieragħ dak li qegħdin jagħmlu
- (Qalfilhom ukoll Mosċ): 'Jaqaw se nfittxilkom alla (ieħor) minflok Alla, meta kien Hu li ppreferiekom fuq il-ħolqien (kollu)
- (U ftakru) meta ħlisniekom minn nies il-Fargħun li kienu jġarrbukom (u jaħqrukom) bl-agħar tbatija, joqtlu s-subien tagħkom filwaqt li jħallu lin-nisa tagħkom ħajjin (imjassrin magħhom). F'dan kien hemm tiġrib kbir minn Sidkom
- U rfajna għal Mosċ (żmien) tletin lejla, u għamilniehom sħaħ b'għaxra (oħra), hekk li (b'kollox) iż-żmien maħsub ta' Sidu kien ta' erbgħin lejla. U Mosċ qal lil ħuh Aron: 'Oqgħod minfloki fost niesi, agħmel il-ġid (fosthom), u la timxix fit-triq ta' nies il-ħsaral
- U meta Mosċ ġie fiż-żmien maħsub tagħna, u kellmu Sidu, (Mosċ) qal: ''Sidi, urini (lilek innifsek), biex inħares lejk. (Alla) qal: S'M'intix se tarani, iżda ħares lejn il- muntanja: jekk iżżomm f'postha, se tarani.' Iżda meta Sidu deher (fis-sebħ tiegħu) lill-muntanja, għamilha frak, u Mosċ nxteħet fl-art mitluf minn sensih. U meta ( Mosċ). stejqer qal: ''Sebħ lilekt Jiena (sogħbien) dort lejk bl- indiema, u jiena l-ewwel fost dawk li jemmnul
- Qal (Alla): la Mosċ, Jiena għażiltek fuq in-nies fl- oħra) bil-messaġġi tiegħi (li għaddejtlek), u bi kliemi (li Jiena għedilek). Mela ħu (il-ġieħ) li tajtek, u kun minn dawk li jiżżu ħajri
- U ktibnielu fuq kull ħaġa, fuq it-twavel, bi twissija u tifsir bir-reqqa ta' kollox, 'Mela ħudhom, (żommhom u ħarishom) bil-qawwa (tiegħek kollha), u amar lil niesek iżommu ma' l-aħjar li fihom (dawn it-twavel). Se nurikom (dalwaqt) dar il-ħżiena
- Se nbiegħed mis-sinjali tiegħi lil dawk li jitkabbru fuq l-art, mingħajr ħaqq (u ma nħallihomx jifhmuhom; dawk.) li mqar) jekk jaraw. kull sinjal (u miraklu ieħor, xorta waħda) ma jemmnux fih. U jekk jaraw it-triq it-tajba, ma jeħduhiex bi triġfithom), iżda jekk jaraw triq il-ħtija, (arahom) jeħduha bi. triqfirhom). Dak għaliex. huma giddbu s-sinjali tagħna, u ma tawx kashom
- Dawk li jgiddbu s-sinjali tagħna u l-laqgħa ta' (il- Ħajja) l-Oħra (ma' Alla), jistaw fix-xejn l-għemejjel tagħhom. Jaqaw se jitħallsu għajr ta' dak li kienu jagħmlu
- U nies Mosċ, wara (it-tluq tiegħu lejn. il-muntanja), ħadu (b''alla tagħhom) xbieha ta' għoġol magħmul mit- tiżjin: (tad-deheb u l-fidda) tagħhom, u kien jgħajjat (meta jgħaddi r-riħ minnu). Mela ma rawx li (dan l- għoġol) la jkellimhom u lanqas jurihom it-triqż Huma ħaduh (għall-qima tagħhom). u kienu ħżiena
- U meta nidmu sewwa (minn dak li kienu għamlu), u raw li kienu mitlufin, qalu: 'Jekk Sidna ma' jħennx għalina u jaħfrilna, tassew inkunu fost it-tellifint
- Meta Mosċ reġa' lura għand niesu, mgħaddab u (fl- istess ħin) imnikket (għaliex qiemu l-għoġol), qalilhom): Huwa ta' għajb dak li għamiltu fin-nuqqas tiegħi. Jaqaw. ridtu tgħaġġlu, (kontra) l-amar ta' Sidkom (ur ma flaħtux tistennewni ninżel mill-muntanja) 17 U (fl-għadab tiegħu) rema t-twavel (tal-liġi), qabad ras ħuh, u ġibdu lejh. Qal (Aron): SBin ommi, in-nies qisuni dgħajjef (u ma'tawx kasi), u kienu għoddhom qatluni. Mela la tferraħx bija lill-għedewwa: (tagħna), u la tgħoddnix man-nies il- ħżiena
- Qal (Mosċ): ''Sidi, aħfer lili u lil ħija, u daħħalna fil- ħniena tiegħek. Inti l-Aktar Ħanin fost min iħenn
- Tabilħaqq li-dawk li għażlu għalihom l-għoġol se jmisshom għadab minn Sidhom u tkasbir fil-ħajja £ (din) id-dinja. Hekk inħallsu lil dawk li jaqilgħu l-gideb
- Iżda dawk li jagħmlu l-għemejjel ħżiena, imbagħad wara jindmu u jemmnu, tabilħaqq li Sidek, wara dan, huwa Kollu Maħfra u Ħanin
- U meta l-għadab għadda minn fuq Mosċ, (Mosċ) ħa t- twavel, u fil-kitba tagħhom kien hemm tmexxija tajba u ħniena għal dawk li jibżgħu minn Sidhom
- Mosċ (imbagħad) għażel sebgħin raġel minn niesu għal waqt (li fih kellha sseħħ) il-laqgħa magħna, u metà ħadhom it-tregħid (tal-muntanja), qal (Mose): 'Sidi, li kieku ridt, sa minn qabel kont teqred lilhom u lili. Kont forsi se teqridna minħabba dak li (dawn) il-boloh fostna għamlu (meta talbu li jarawk wiċċ imb'wiċċj) Dan ma huwiex għajr it-tiġrib tiegħek (/i/na). li bih toħroġ mit- triq it-tajba lil min trid, u tqabbad it-triq it-tajba lil-min trid. Inti tħarisnal Mela aħfrilna u ħenn għalina, għaliex Inti l-Aħjar fost dawk li jaħfru
- U iktbilna (b'amar tiegħek) dak li-hu tajjeb f'din id- dinja u fl-Oħra. Aħna tabilħaqq dorna lejk (bl-indiema).' Qal (Alla): 'Nolqot bil-kastig tiegħi lil-min irrid, u l- ħniena tiegħi tesa' kollox. Għalhekk se niktibha (b'amar) lil dawk li għandhom il-biża' ta' Alla, dawk li jagħtu l- karità, u dawk li jemmnu fir-Rivelazzjoni tagħna
- dawk li jimxu wara l-Mibgħut, il-Profeta bla tagħlim, li jsibuh miktub. għandhom fit-Tora u fl-Evanġelju, li jamrilhom jagħmlu t-tajjeb, u jżommhom 'il bogħod mill-ħażin, jippermettilhom jieħdu mill-ħwejjeġ tajba, u jipprojbilhom il-ħwejjeġ ħżiena, u jneħħilhom it-toqol tagħhom u l-madmad (tal-liġijiet tqal minħabba l-ħażen tagħhom), li kellhom fuġhom. U dawk li jemmnuh (li/ Muħammad), li jagħtuh ġieħ, li jgħinuh u li jimxu fid- dawl li tniżżel miegħu (il-Qoran), dawk huma r- rebbieħa
- Għid (Muħammad): 'Ja nies, jiena l-Mibgħut ta' Alla għandkom ilkoll, (il-Mibgħut ta') Dak li tiegħu hija s- saltna tas-smewwiet u l-art: ma hemmx alla ħliefu, li jagħti l-ħajja u jagħti l-mewt. Mela emmnu f'Alla u fil- Mibgħut tiegħu, il-Profeta bla tagħlim li jemmen f'Alla u fi Kliemu, u imxu warajh, biex forsi timxu fit-triq it- tajba
- Fostnies Mosċ hemm ġemgħa li tmexxi (lil ħaddieħor) bis-sewwa, u bih jagħmlu ħaqq
- U qassamniehom fi tnax-il tribi (ħerġin mit-tnax-il tifel ta' Ġakobb; tnax-il) ġens. U nebbaħna lil Mosċ, meta niesu talbuh l-ilma (u għednielu): 'Olqot il-ħaġra bil- ħatar tiegħeki' Minnha ħarġu tnax-il għajn (ta' l-ilma), hekk li kulħadd kien jaf minn fejn seta' jixrob. U dellilna fuqhom bis-sħab (konrra l-qilla tax-xemx), u. niżżilna fuqhom il-manna (li tidher fis-siġar) u s-summien (u għednielhom): ''Kulu mill-ħwejjeġ tajba li tajniekomi' (Iżda huma ħaduha kontrina), u ma naqsux lejna, iżda kienu qegħdin jonqsu lejhom infushom
- U (ftakar Muħammad) meta ntqalilhom: 'Għixu f'din il-belt, kulu minnha kemm tixtiequ, u għidu: '(Nitolbu) il-Maħfral' Idħlu mill-bieb (tal-belt) b'ħarsitkom lejn l- art. Aħna naħfrulkom ħtijietkom, u se nżidu sehem dawk li jagħmlu t-tajjeb
- U dawk fosthom li għamlu l-ħażen biddlu dak li kien intqalilhom bi kliem (ieħor). Għalhekk bgħatna fuqhom kastig mis-sema minħabba l-ħażen tagħhom
- Staqsihom (Muħammad lil-Lhud) dwar il-belt li kienet ħdejn il-baħar, meta kisru s-Sibt: meta l-ħut tagħhom kien jitla' f'wiċċ il-baħar f'jum is-Sibt tagħhom, u meta ma jkunx jum is-Sibt (il-ħur) ma kienx jiġihom. Hekk ġarrabniehom talli kienu jagħmlu l-ħażen
- (Meta ġemgħa minnhom qalet: ''Għaliex twissu fu twiddbu) lil nies li Alla se jeqred, jew se jikkastiga b'kastig qalilf 7 Qalu: 'Biex inkunu bla ħtija quddiem Sidkom, u biex forsi jibżgħu (minn Alla)
- (U meta nsew dak li kienu mwissija, ħlisna lil-dawk li kienu jgħidu lill-ħżiena biex ma jagħmlux il-ħażen, u lil dawk li dinbu tajniehom) kastig aħrax. talli: kienu jagħmlu l-ħażen
- U meta tkessħu u kisru dak li ma kienx jiswa għalihom, għednielhom: ''Kunu xadini umiljati (u mibgħuda)f
- U (fiakar Muħammad) li Sidek ħabbar li tassew se jibgħat fuqhom, sa (ma jasal) Jum il-Qawmien, lil min jgħaddihom minn tbatija mill-agħar. Tabilħaqq li Sidek malajr jagħti l-kastig, iżda Huwa Kollu Maħfra u Ħanin
- Aħna. (lil-Lhud) qassamniehom fi ġnus (u xerridniehom) fuq l-art. Hemm minnhom tajbin, u oħrajn ma humiex hekk. Aħna ġarrabniehom bil-ġid u bid-deni, biex forsi jerġgħu lura (lejna)
- Warajhom ġew nies (ħżiena oħra) li wirtu l-Ktieb (tat- Torà), u ħadu l-frugħa ta' din id-dinja, filwaqt li qalu; tSe jinħafrilna (kulma nagħmlu).' Iżda jekk terġa' tiġihom frugħa (oħra) bħalha, huma jeħduha. Jaqaw ma humiex marbuta bil-patt tal-Ktieb (tat-Tord, dak il-patt li jorbothom) li ma jgħidux dwar Alla ħlief is-sewwa' Huma studjaw (ur jafu sewwa) dak li hemm fih (dan il- Ktieb). U d-Dar l-Oħra hija aħjar għal dawk li jibżgħu minn Alla. Mela ma tifhmux
- Iżda dawk li jżommu sewwa mal-Ktieb u jagħmlu t- talb, Aħna tabilħaqq m'Aħniex se ntellfu l-ħlas ta' dawk li jagħmlu l-ġid
- U (ftakar: Muħammad) meta. heżżiżna. l-muntanja u għollejnieha fuqhom. qisha saqaf, u ħasbu li kienet nieżla fuqhom. (Għednielhom): 'Żommu bil-qawwa ma' dak li tajniekom, u ftakru f'li fih, biex forsi tibżgħu minn Allaf
- U (ftakar ukoll) meta Sidek ħareġ minn ulied Adam, minn ħdanhom, in-nisel tagħhom, u ġagħalhom jixhdu għalihom infushom (iera qalilhom): ''Jaqaw m'iniex Sidkom'' Qalu: 'Melal Aħna nixhdu (għal danji' (Dan sar biex) f'Jum il-Qawmien ma tgħidux: ''Aħna tabilħaqq kellna moħħna mtajjar dwar dan (u ma tajniex kas)
- Jew (inkella) tgħidu: ''Imma, qabel, missirijietna xierku (allat oħra ma' Alla), u aħna (m'aħniex ħlief) nisel (li ġejna) warajhom. Jaqaw se teqridna minħabba dak li għamlu l-qarrieqa
- Hekk infissru bir-reqqa s-sinjali (tagħna), u forsi jerġgħu lura (għas-sewwa)
- Għidilhom (Muħammad lil-Lhud) il-ġrajja ta' dak li tajnieh is-sinjali tagħna; iżda hu warrab minnhom, u x- Xitan mexa warajh hekk li kien minn dawk li tilfu t-triq
- Kieku ridna, konna nerfgħuh bihom (bis-sinjal tagħna ti jkun fost l-għorrief u l-ġusti), iżda huwa miel lejn l-art u mexa wara xewqatu. Huwa bħall-kelb li, jekk taħbat għalih (biex rkeċċih), jilheġ, jew jekk tħallih (fil-kwiet), jilheġ (ukoll). Dan huwa bħan-nies li jgiddbu s-sinjali tagħna. Mela għid il-ġrajjiet (ta' nies il-qedem) biex forsi jixtarru (is-siwi tagħhom)
- Huma ta' eżempju ħażin in-nies li jgiddbu s-sinjali tagħna, u kienu qegħdin jonqsu lejhom infushom
- Dakeli Alla jurih it-triq, huwa tassew fit-triq it-tajba, u dawk li Huwa jtellef (/i/hom). it-triq, dawk huma t- telliefa
- Aħna ħlaqna għall-Infern ħafna minn fost il-ġini u l- bnedmin: (dawn) għandhom qlub li ma jifhmux bihom, għandhom għajnejn li ma jarawx bihom, u għandhom widnejn li ma jisimgħux bihom. Huma bħall-frat, anzi huma aktar mitlufin (minnhom). Dawk huma ta' moħħ imtajjar
- Ta' Alla huma l-isbaħ ismijieti'' Mela sejħulu bihom, u itilqu lil-dawk li jżebilħu l-ismijiet tiegħu. Huma għad jitħallsu talli kienu jagħmlu
- U minn dawk li ħlaqna hemm: nazzjon li jmexxi (i/ ħaddieħor) bis-sewwa, u bih jagħmlu ħaqq
- U dawk'li jġiddbu s-sinjali tagħna, se mmexxuhom, tarġa tarġa (/ejn il-qerda), bla ma jafu minn fejn
- Se nagħtihom ftit taż-żmien (ieħor). Tabilħaqq li n- nasba tiegħi fis-sod
- Mela: ma xtarrux. (dan kolluj 2: F'seħibhom (Muħammad) ma hemm ebda ġenn, Huwa ma huwiex ħlief wieħed li jwissi biċ-ċar
- Mela ma ħarsux lejn is-saltna tas-smewwiet u l-art, u lejn dak li Alla ħalaq, u (ma ġihomx f'rashom) li jista' jkun li żmienhom qorob (/ejn tmiemu) 7 U f'liema kliem, wara dan, se jemmnu
- Daktli Alla jtellef (/i/u) it-triq, ma għandu lil-ħadd min imexxih. Huwa jħallihom jiġġerrew, mitlufin, fil-ħtija kbira tagħhom
- Huma jistaqsuk (Muħammad) dwar is-Siegħa, meta għandha tasal. Għid(ilhom): 'L-għarfien dwarha jinsab biss għand Sidil Ħadd ħliefu ma juriha fi żmienha, Hija ħaġa kbira, fis-smewwiet u fl-art (iż saret tal-biża' għal kulħadd). Hija ma. tasalx fuqkom ħlief għal għarrieda. ' Huma jistaqsuk bħallikieku inti taf sew fuqha, Għidilhom (Muħammad): ''L-għarfien dwarha jinsab biss għand Allat Iżda l-kotra tan-nies ma jafux (għaliex Alla ħeba minnhom iż-żmien meta għandha tasal)
- Għid (Muħammad): 'liena ma'nistax inkun ta' siwi għalija nnifsi, jew ta' deni, ħlief dak li jrid Alla (għalija), /) u kieku kont naf il-mistur, kont (raza (i) nikseb aktar ġid, u li ma jmissnix id-deni. Jiena m'iniex għajr dak li jwissi u jagħti l-bxara t-tajba lil nies li jemmnu
- Huwa li ħalaqkom minn ruħ waħda (Adam), u minnu għamel lil martu (Eva) biex jitwennes biha. U meta għattieha. (u. ngħaqad magħha). (għall-bidu). ħoblot ħbiela ħafifa u ġarritha (mingħajr ffixkil). Meta mbagħad (maż-żmien dik il-ħbiela). tqalet, huma. t-tnejn. sejħu lil Alla Sidhom ( 4 qalu): ''Jekk tagħtina (wild) tajjeb, qawwi u sħiħ, aħna tassew niżżuk ħajr
- U meta ((il nisel Adam u Eva) tahom (wild) tajjeb, qawwi u sħiħ, huma. t-tnejn (il-ġenituri) xierku (lil ħaddieħor) miegħu f'dak li (A/la) tahom. Alla wisq ogħla minn dak li (il-pagani) ixierku miegħu
- Jaqaw ixierku miegħu lil dawk li ma joħolqu xejn, iżda huma maħluqa
- Huma ma jistgħux jgħinuhom, u lanqas jistgħu jgħinu lilhom infushom
- U jekk issejħulhom lejn tmexxija tajba, ma jiġux warajkom. Xorta waħda għalikom, sew jekk issejħulhom. u sew jekk tibqgħu sektin
- Tabilħaqq li dawk li intom issejħu, minflok Alla, huma qaddejja bħalkom. Sejħulhom, u ħalluhom iweġbukom, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa
- Jaqaw għandhom riġlejn biex jimxu bihom, jew idejn biex jaħtfu bihom, jew għajnejn biex jaraw bihom, jew widnejn biex jisimgħu bihom 2 Għid (Muħammad): Sejħu lil (dawn) sħabkom (u itolbuhom l-għajnuna), u onsbuni (kemm tridu flimkien ma' l-allat tagħkom), u tagħtunix nifsl
- Tabilħaqq li Alla huwa Dak li jħarisni, Dak li niżżel il- Ktieb. Huwa jieħu ħsieb il-ġusti
- U dawk (l-allat). li intom issejħu, minflok Alla, ma jistgħux jgħinukom, u lanqas jistgħu jgħinu lilhom infushom
- U jekk issejħulhom lejn: it-tmexxija t-tajba, ma jisimgħux. Tarahom iħarsu lejk (Muħammad), iżda huma ma jarawx
- Żomm mal-maħfra (Muħammad), amar ix-xieraq, u. warrab mill-injurantil
- U jekk jolqtok xi tkeskis għall-ħażen mix-Xitan, stkenn f'Alla. Huwa jisma' kollox u jaf kollox
- Tabilħaqq li dawk li għandhom il-biża' ta' Alla, meta jmisshom xi tiġrib mix-Xitan, jiftakru (fil-kasrig ta' Alla) uara, (malajr jerġgħu) jaraw (is-sewwa)
- (Iżda ħuthom fix-xjaren li ssieħbu magħhom fil-ħażen) iżidu jgħaddsuhom fil-ħtija, bla qatt ma jieqfu
- U jekk ma ġġibilhomx sinjal: (kif iriduk tagħmel), jgħidulek: 'Għaliex ma qlajtx xi wieħed minn żniedek 7' Għid(ilkom): 'Jiena nimxi biss fuq dak li jitnebbaħ lili mingħand Sidi. Dan (il-Qoran) huwa Dawl għall-moħħ minn Sidkom, u tmexxija tajba u ħniena għal nies li jemmnu
- U meta l-Qoran jinqara, isimgħuh u agħtu widen fis- skiet, biex forsi tintwera ħniena magħkom
- U ftakar f'Sidek (Muħammad) fik innifsek, bl-umiltà u bil-biża', mhux b'leħen għoli, filgħodu u filgħaxija, u la tkunx minn dawk ta' moħħ imtajjar
- Tabilħaqq li dawk (l-anġli) li jinsabu għand Sidek ma jitkabbrux fil-qima tiegħu. Huma jsebbħuh u jinxteħtu fl- art quddiemu