8.The Spoils of War
- Jistaqsuk (Muħammad) fuq il-priża tat-taqbida (ta' Badr, u kif se tinqasam.) Għidil(hom): 'iIl-priża tat-taqbida hija ta' Alla u tal-Mibgħut (tiegħu). Mela ibżgħu minn Alla, sewwu l-inkwier) ta' bejnietkom, u oqogħdu għal Alla u għall- Mibgħut tiegħu, jekk intom temmnuf
- Dawk li jemmnu ma: humiex għajr dawk li, meta jissemma' Alla, qlubhom jibżgħu, u meta jinqrawlhom il- versi. tiegħu. (fil-Qoran). jiżdiedu. fit-twemmin u jħallu f'idejn Sidhom
- dawk li jagħmlu t-talb, u jonfqu (għal ħaddieħor) mill-ġid li tajniehom
- Dawk huma li jemmnu tassew. Tagħhom huma gradi (ta' tjieba) għand Sidhom, u maħfra u għajxien kotran
- Hekk ukoll Sidek ħarġek (Muħammad) minn darek bis- sewwa (biex titqabad), minkejja li ġemgħa fost dawk li jemmnu stkerrhu (din il-ħaġa)
- u qagħdu jħaqquha miegħek dwar is-sewwa. (ta' l-għażla tiegħek li toħroġ għat-taqbida kontra l-pagani ta' Mekka) wara li (dan is-sewwa) deher biċ-ċar, bħallikieku (fiċ- ċertezza tagħhom li se jitilfu, stħajlu lilhom. infushom) misjuqin lejn il-mewt, filwaqt li kienu qegħdin jaraw (dan iseħħ)
- U (ftakru) meta Alla wegħedkom li waħda miż-żewġ ġemgħat (jiġifieri jew il-karovana nieżla mis-Sirja, bil-ġid kollu tagħha, jew l-armata tat-tribir ta' Qurajx) se tkun tagħkom. Intom xtaqtu li dik mingħajr armi tkun tagħkom. Iżda Alla ried li bil-kelmiet tiegħu jwettaq is-sewwa, u jaqta' (u jġib fix-xejn) dak li baqa' minn dawk li ma jemmnux
- Dan biex iwettaq is-sewwa (ta' l-Islam) u jġib fix-xejn il- qerq (ta' dawk bla twemmin), anki jekk (dan) jistmerruh il- ħatjin
- U (ftakru wkoll) meta. tlabtu l-għajnuna ta' Sidkom (biex joħroġkom rebbiħin fuq il-pagani ta' Mekka), u weġibkom: ''Tabilħaqq ngħinkom b'elf anġlu, wieħed wara l-ieħori
- (Dan) Alla ma għamlux jekk mhux bħala bxara tajba (għalikom). u biex qlubkom isibu serħan bih: Ma hemmx rebħa ħlief mingħand Allal Alla tabilħaqq Qawwi u Għaref
- U (ftakru) meta ġab fuqkom in-ngħas bi sliem mingħandu, u niżżel fuqkom ilma mis-sema biex I isaffikom bih, ineħħi minn fuqkom it-tfesfis tax-Xitan (/i J bih qagħad. ibeżżagħkom bla waqfien), iqawwilkom l qlubkom (bit-tama tar-rebħa), u bih isaħħaħ ir-riġlejn
- U (ftakar ukoll) meta Sidek nebbaħ lill-anġli (hekk): Jiena magħkoml Mela saħħu (bit-tama tar-rebħa) lil dawk li jemmnul Jiena se nixħet il-biża' fi qlub dawk li ma' jemmnux. Mela ;olqtu/hom) fuq l-għenuq, u idorbulhom truf subgħajhom kollha
- Dan minħabba li ħaduha kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu. Min jeħodha kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu, Alla tabilħaqq Qalil fil-kastig (li jħejji għalih)
- (Jintqal lill-pagani): ''Dak (huwa l-kastig li ħaqqkom): Mela duquh, u (kun afa) li għal dawk li ma jemmnux hemm il-kastig tan-Nari
- Intom li temmnu, meta tiltaqgħu ma' dawk li-ma jemmnux resqin lejkom. għat-taqbid, la (tibżgħux minnhom (u). tagħtuhomx daharkom (biex taħarbu minnhom)
- Dakinhar min jagħtihom dahru (biex jaħrab), ħlief jekk jirtira biex wara jerġa' lura fit-taqbid, jew għaliex ikun sejjer jgħin ġemgħa (oħra fit-taqbid), dan jiġbed fuqu għadab minn Alla, u l-kenn tiegħu jkun l-Infern. (Dari ikun tassew) tmiem ta' għajbl
- Mhux intom. qtiltuhom (lill-pagani), iżda Alla qatilhom, u (inti: Muħammad), meta rmejt. (it-trab f'għajnejn il-pagani), ma kontx inti li-rmejt, iżda Alla rema, biex iġarrab lil dawk li jemmnu b'tiġrib tajjeb: J mingħandu. Alla tabilħaqq jisma' kollox u jaf kollox
- Dak (ġara tassew). Tabilħaqq li Alla jdgħajjef in-nasba ta' dawk li ma jemmnux
- (Intom pagani ta' Mekka) jekk titolbu r-rebħa (fisq il- Misilmin), ir-rebħa issa ġietkom (imma f'għamla ta' telfa kbira.) Jekk tieqfu (mill-ħbir tagħkom fuq dawk li jemmnu), ikun aħjar għalikom, iżda jekk terġgħu lura (għat-taqbid), aħna nerġgħu lura (ukoll), u xejn ma tiswielkom il-ġemgħa tagħkom, anki jekk kotrana. U (kimu afu) li Alla ma' dawk li jemmnu
- Intom li temmnu, oqogħdu għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, u la tagħtuhx daharkom (u twebbsu qalbkom) meta intom tisimgħufh ikellimkom fil-Qoran)i
- La tkunux bħal dawk (il-pagani) li jgħidu: ''Smajna,' iżda ma jisimgħux (tassew)
- Tabilħaqq li l-agħar bhejjem għal Alla huma t-torox u l- imbikkma li ma jifhmux
- Li kieku Alla sab xi ħaġa tajba fihom, kien isemmagħhom. Iżda kieku għamilhom jisimgħu, (xorta waħda) kienu jagħtu daharhom u jwarrbu (il-kelma ta' Alla)
- Intom li temmnu, wieġbu lil Alla u lill-Mibgħut (tiegħu) meta jsejħilkom għal dak (it-twemmin fil-Qoran) li jagħtikom il-ħajja. U kunu afu li Alla (jinfed u) jidħol bejn il-bniedem u qalbu, u li għandu għad tinġabru
- U ibżgħu minn tiġrib li ma jolqotx biss lil dawk minnkom li dinbu. Kunu afu li Alla Qalil fil-kastig
- Ftakru meta (intom, l-ewwel Misilmin f'Mekka) kontu ftit u maħqurin fuq l-art (fost il-pagani), tibżgħu li n-nies jaħtfukom, iżda. ( 4//a) takom il-kenn (fil-belt ta' Medina), u saħħaħkom bir-rebħa tiegħu, u takom mill- ħwejjeġ tajba għall-għajxien. (tagħkom, mill-priża li qbadhu), biex forsi tiżżu ħajr
- Intom li temmnu, la tittradixxux lil Alla u lill-Mibgħut, u la. tittradixxux. l-obbligazzjonijiet u l-ħwejjeġ fdati lilkom meta intom tafu (li ma għandkomx tagħmlu hekk)
- U kunu afu li ġidkom u wliedkom huma biss tiġrib (mingħand Alla biex jara x'se tagħmlu bihom), u li Alla tabilħaqq għandu ħlas kbir
- Intom li temmnu, jekk tibżgħu minn Alla, jagħtikom qjies (f'qalbkom li bih. tkejlu. t-tajjeb u. l-ħażin), iħassrilkom l-għemejjel ħżiena tagħkom, u. jaħfrilkom. Alla huwa ta' tjieba bla tarf
- Ftakar (Muħammad), meta dawk li ma jemmnux nassulek biex jaqbduk jew biex joqtluk, jew. (inkella) biex ikeċċuk (minn Mekka). Huma jnassu, u Alla jnasses, iżda Alla huwa l-Aqwa fost dawk li jnassu
- U meta l-versi tagħna jinqrawlhom, jgħidu: ''Smajna (dan qabel). Kieku ridna, stajna għedna (kliem) bħal dan. Dawn ma humiex għajr l-istejjer ta' nies il-qedem
- U (ftakar) meta qalu: 'O Alla, jekk dan (il-Qoran) huwa s-sewwa mingħandek, mela niżżel fuqna xita ta' ġebel mis-sema (bħalma niżżilt fuq nies Lot fl-imgħoddi), jew agħtina kastig ta' wġigħ
- Iżda Alla ma kienx se jikkastigahom waqt li inti (Muħammad) kont għadek fosthom (f'Mekka), Lanqas ma kien se jikkastigahom ġaladarba (kien għad hemm Misilmin li) kienu jitolbuh il-maħfta
- x'fargumentij għandhom biex. Alla. ma jikkastigahomx, meta huma jżommu (lil: ħaddieħor) mill-Moskea mqaddsa (f'Mekka u. l-ewwel. Misilmin kellhom jitilqu minn hemm). u ma kinux in-nies li jieħdu ħsiebha (u jħarsuha). Tabilħaqq li dawk li jieħdu ħsiebha (u jħarsuha) huma biss dawk li jibżgħu minn Alla, iżda ħafna minnhom ma jafux
- It-talb tagħhom fid-dar (ta' A/la) ma huwiex għajr tisfir u ċapċip. Mela duqu l-kastig (tat-relfa kbira li ġarrabtu fit-taqbida ta' Badr), talli ma kontux temmnu
- Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux jonfqu ġidhom biex iżommu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (li hi l-Islam). Huma se jonfquh: (ġidhom: kollu. fit-taqbid kontra. l- Misilmin). Imbagħad jisgħobbihom (għaliex jintebħu li kien kollu għalxejn), u mbagħad jingħelbu. Dawk li ma jemmnux jinġabru fl-Infern
- biex Alla. jnaqqi. l-ħażin. mit-tajjeb, u l-ħżiena jagħmilhom fuq xulxin, jgħabbihom (gozz wieħed) ilkoll, u jqegħedhom fl-Infern. Dawk huma t-tellifin
- Għid (Muħammad) lil-dawk li ma jemmnux li, jekk jieqfu (mill-ħażen tagħhom), jinħafrilhom dak li għadda, iżda jekk jerġgħu lura (għalli kienu, ħa jkunu jafu li) għaddiet (qabilhom) id-drawwa ta' nies il-qedem (bħala twissija)
- U tqatlu kontrihom sa ma jkunx hemm aktar tiġrib u moħqrija (kontra l-Misilmin), u l-qima tkun kollha ta' Alla. Iżda jekk jieqfu (mill-ostilità), Alla tabilħaqq jara kulma jagħmlu
- Iżda jekk jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen), kunu afu li Alla huwa l-Mulej tagħkom (i; jħariskom). Ma hemm ħadd aħjar minnu fil-ħarsien, u ħadd aħjar minnu fl-għajnuna
- U kunu afu li wieħed minn ħamsa mill-priża li taqbdu (fiż- taqbid) huwa għal Alla u għall-Mibgħut, u għall-qraba (il- fqar tal-Mibgħut), u għall-iltiema u għall-fqar u għal min iterraq, jekk tassew temmnu f'Alla f'dak li niżżilna fuq il- qaddej tagħna f'jum l-għażla (bejn it-tajjeb u l-ħażin, fit- taqbida ta' Badr), fil-jum meta ż-żewġ ġemgħat iltaqgħu (biex jitqabdu). Alla fuq kollox Setgħan
- (U ftakar Muħammad) meta kontu fuq l-eqreb xaqliba (tal-wied, fuq in-naħa ta' Medina) u huma fuq ix-xaqliba l- aktar imbiegħda (tal-wied), u l-karovana (ta' Qurajx) kienet 'l isfel minnkom (fil-wita qrib xatt il-baħar). Li kieku wegħedtu lil xulxin (meta u fejn tiltaqgħu), ma kontux iżżommu l-wegħda (u ma kontux tiltaqgħu minħabba li kontu tibżgħu minn xulxin), iżda (il-laqgħa tagħkom seħħet) biex Alla jġib fis-seħħ ħaġa li kienet maħsuba (minn qabel): biex min. (dakinhar. kellu) jinqered (għaliex mingħajr twemmin), jinqered b'sinjal ċar (tal-qawwa tiegħu), u min baqa' ħaj (bit-twemmin); jgħix (huwa ukoll) b'sinjal ċar. Tabilħaqq li Alla jisma' kollox u jaf kollox
- (Ftakar ukoll Muħammad) meta. Alla wrihomlok (l- għedewwa) fil-ħolma tiegħek bħallikieku kienu ftit (i mrlejt kuraġġ). U li kieku wrihomlok bħallikieku kienu ħafna, kontu tinfixlu (u taqtgħu qalbkom), u kontu titlewmu dwar (din). il-ħaġa. (tat-taqbid), iżda. Alla ħeles. (lilkom. mit- taħwid). Tabilħaqq li huwa jaf b'dak li hemm fil-qlub
- U (ftakar) meta. ltqajtu (inromr il-Misilmin u. l-għadu tagħkom. fit-taqbida ta' Badr. Alla): wrihomlkom. (l- għedewwa tagħkom) bħallikieku kienu ftit f'għajnejkom, u fl-istess: ħin) ċekkinkom f'għajnejhom, biex iġib fis-seħħ ħaġa li kienet maħsuba (minni qabel). Kollox jitreġġa' lura għand Alla (għall-Ġudizzju tiegħu)
- Intom li temmnu, meta tiltaqgħu ma' ġemgħa (fit-taqbid), żommu sħiħ u ftakru ħafna f'Alla (u faħħruh), biex forsi toħorġu rebbiħin
- U oqogħdu għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu (f'kulma tagħmlu), u la titlewmux, li ma. tinfixlux (u taqtgħu qalbkom) u qawwitkom titlaq(kom). U stabru (fit-taqbid); Alla tabilħaqq ma' dawk li jistabru
- U la tkunux bħal dawk (iiinn nies Qurajx) li ħarġu minn djarhom (għat-taqbida ta' Badr) imkabbrin, għal għajnejn in-nies, u jżommu (li/ ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (fi hija l-Islam). Alla jaf sewwa b'dak li jagħmlu
- (U fiakar Muħammad) meta x-Xitan. żejnilhom l- għemejjel tagħhom (lill-pagani), u qal(ilhom): ''llum. ħadd minn fost in-nies ma jegħlibkom, filwaqt li jiena nħariskom:' Iżda meta ż-żewġ ġemgħat raw lil-xulxin, dawwar denbu u qal: 'Jiena ma għandix x'naqsam magħkom. Jiena nara dak. li intom ma tarawx, u jiena nibża' minn Alla, għaliex Alla huwa Qalil fil-kastig
- (Ftakar ukoll) meta dawk ta' wiċċ b'ieħor u dawk b'marda fi qlubhom qalu: 'Dawn, ir-reliġjon tagħhom. qarrqet bihom. ' Iżda min iħalli f'idejn Alla (isib li) Alla tabilħaqq Qawwi u Għaref
- Li kieku tista' tara (Muħammad id-dehra) meta l-anġli jieħdu l-erwieħ ta' dawk li ma jemmnux (li ġġieldu fit- taqbida ta' Badr kontra l-Misilmin), (kif) jidorbuhom fuq wiċċhom u fuq daharhom (filwaqt li jgħidulhom); 'Duqu l-kastig tan-Nar iħeġġeġl
- Dan minħabba (il-ħażen) li għamlu idejkom, għaliex Alla ma jonqosx lejn il-qaddejja tiegħu
- (Ħażina triqithom) bħal ta' nies il-Fargħun, u dawk ta' qabilhom. Huma ċaħdu s-sinjali ta' Alla, u Alla kkastigahom ta' dnubiethom. Alla tabilħaqq Qawwi, u Qalil fil-kastig
- Dan minħabba li Alla qatt ma jibdel il-grazzja li jkun ta lil xi nies qabel ma (dawn) jibdlu dak li hemm fihom infushom ( 4 jidinbu kontrih). Alla jisma' kollox u jaf kollox
- (L-għemejjel tagħhom) bħal ta' nies il-Fargħun u ta' dawk ta' qabilhom. Huma giddbu s-sinjali tal-Mulej tagħhom. Għalhekk qridniehom minħabba dnubiethom, u għerriqna nies il-Fargħun. Huma kienu kollha ħżiena
- Tabilħaqq li għal Alla, l-agħar fost il-ħlejjaq huma dawk li ċaħdu, u ma jemmnux
- f'dawk li dħalt f'rabta magħhom (biex ma jgħimux lill- Baġani), imbagħad kull darba jiksru. l-patt tagħhom (miegħek). Huma ma jibżgħux minn Alla
- Mela'jjekk tassew (iseħħlek) taqbadhom. fil-gwerra (ikkastigahom, u beżża' u) xerred lil dawk li hemm warajhom; biex forsi jiftakru
- U jekk tassew tibża' (Muħammad) mit-tradiment ta' xi nies, itfagħlhom lura. (il-patt tiegħek magħhom, u għarrafhom. li se. titqabad. kontrihom, u b'hekk tiġu) indaqs (u tafu fiex qegħdin). Tabilħaqq li Alla ma jħobbx lit-tradituri
- (Dawk li ma jemmnux ma għandhom qatt jaħsbu li se jaħarbuflna minkejja li ħelsuha mill-mewr fit-taqbida ta' Badr). Tabilħaqq li ma jistgħux jaħarbu l-kastig ta' Alla
- Ħejju kontrihom (l-għedewwa) kemm tistgħu qawwiet u qtajja' ta' żwiemel li bihom tbeżżgħu l-għadu ta' Alla u l-għadu tagħkom, (iv rbeżżgħu wkoll nies) oħra barra minnhom li intom ma tafuhomx (u għalhekk ma tafux il- ħażen u l-qerq tagħhom, iżda lil dawn) jafhom Alla. Kull ħaġa li tonfqu għal Alla, titħallsilkom sħiħ (f'din id-dinja u fl-Aħħar Jum), u ma tmorrux minn taħt
- (Iżda jekk fl-għedewwa) imilu lejn is-sliem, mela mil lejh (lejn is-sliem inti wkoll Muħammad), u ħalli f'idejn Alla. Huwa tabilħaqq jisma' kollox u jaf kollox
- Iżda jekk ikunu jridu jqarrqu bik (u mhux veru li jridu s-sliem), tabilħaqq li Alla jkun biżżejjed għalik. Huwa li qawwiek bl-għajnuna tiegħu u b'dawk li jemmnu
- (Mhux biss, talli kien Hu) li ġab l-għaqda fi qlubhom: Li kieku nfaqt kulma jinsab fuq l-art, ma kontx iġġib (dik) l-għaqda fi qlubhom, iżda Alla għaqqadhom (għax huwa Sid il-qlub). Huwa tabilħaqq Qawwi u Għaref
- Ja Profeta, Alla huwa biżżejjed għalik (u għal) dawk li jemmnu li jimxu warajk
- Ja Profeta, ħeġġeġ dawk li jemmnu biex jitqatlu. Jekk hemm fostkom għoxrin (ruħ) ta' sabar, (dawn) jegħlbu mitejn, u jekk fostkom hemm mija, (dawn) jegħlbu elf minn dawk li ma jemmnux, għaliex (dawk ta' bla twemmin) huma nies li ma jifhmux (l-għerf ta' Alla)
- Issa Alla ħaffifilkom (it-toqol li kellkom fuqkom bħala Misilmin), u jaf li fikom hemm id-dgħufija (u għalhekk ħem għalikom fit-taqbid). Jekk fostkom hemm mitt (ruħ) ta' sabar, (dawn) jegħlbu mitejn, u jekk fostkom hemm elf. (dawn) jegħlbu elfejn, bir-rieda ta' Alla. Alla huwa ma' dawk li jistabru
- Ma jixraqx li Profeta jżomm ilsiera (tal-gwerra) qabel ma jkun qatel ħafna (mill-għedewwa) fuq l-art (biex ibeżża' lill-oħrajn). Intom tridu (tiksbu) dak li jgħaddi (fil-ħajja ta' din) id-dinja, iżda Alla jrid (li tiksbu l-aħjar ħlas fil-Ħajja) l-Oħra. Alla huwa Qawwi u Għaref
- Li kieku mhux minħabba digriet ta' Alla li kien laħaq ħareġ, (li min jiżbalja fil-ħsieb, b'intenzjoni tajba, ma jkunx ikkastigat), kieku kien imisskom kastig mill-kbar minħabba dak li ħadtu (fi flus tal-fidwa ta' l-ilsiera tal- gwerra)
- Mela (issa) gawdu l-priża (tal-gwerra) li qbadtu, li tiswa u hija tajba (għalikom). U ibżgħu minn Alla. Tabilħaqq li Alla Kollu Maħfra u Ħanin
- Ja Profeta, għid lill-ilsiera li għandkom f'idejkom (wara t-taqbida ta' Badr): ''Jekk Alla jsib xi ġid fi qlubkom, jagħtikom dak li huwa aħjar minn dak li ttieħed. minnkom, u jaħfrilkom. Alla Kollu Maħfra u Ħanin
- Iżda jekk iridu. jittraduk. (Muħammad; u. juruk wiċċ b'ieħor, kun af li) huma tassew ittradew lil Alla (qabel it- taqbida ta' Badr), hekk li ta(k) is-setgħa fuqhom. Alla jaf kollox u Għaref
- Tabilħaqq li dawk li emmnu, emigraw (minn Mekka, art twelidhom) u. b'ġidhom u bihom infushom tqabdu għal Alla, kif ukoll dawk (minni fost nies Medina) li tawhom) kenn u għenu(hom), dawn jidħlu għal xulxin (u f l-ġid jinqasam bejniethom); U dawk li emmnu, iżda m'emigrawx, m'intomx marbutin li tħarsuhom, qabel ma. jemigraw. Iżda jekk jitolbukom l-għajnuna dwar (ħwejjeġ li. jolqtu). ir-reliġjon, għandkom. (id-dmir) tgħinuhom (kontra l-għedewwa tagħhom, għaliex: huma ħutkom), ħlief (jekk jirolbukom tgħinuhom kontra) dawk. li magħhom għandkom patt. Alla jara sew dak li tagħmlu
- U dawk li ma jemmnux, iħarsu lil xulxin. U jekk ma tagħmlux dan (li nigali/koni, jiġifieri li tħallu l-pagani u tingħaqdu ma' dawk li jemmnu), ikun hemm taħwid fuq l-art u ħsara kbira
- Dawkeli emmnu, emigraw (minn Mekka) u tqabdu għal Alla, u dawk (minn fost nies Medina) li tawfhom) kenn u għenufhom), dawk huma li jemmnu tassew. Tagħhom il- maħfra u ġid kbir (fil-Ġenna)
- U dawk li, wara, emmnu, emigraw u tqabdu (għal- twemmin) flimkien magħkom, dawk huma minnkom (u magħkom). Iżda (f'dak li huwa l-wirt) il-qraba ta' ġewwa huma eqreb lejn xulxin fil-Ktieb ta' Alla. Tabilħaqq li Alla jaf b'kollox