9.The Repentance
- Stqarrija minn. Alla. u mill-Mibgħut tiegħu (Muħammad) dwar ħelsien minn obbligu lil dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla) li dħaltu f'patt magħhom
- terrqu (intom il-pagani li xxierku allat oħra ma' Alla) ma' l-art (kollha) għal erba' xhur (u ebda deni ma huwa se jmisskom) iżda kunu afu li intom m'intomx se taħarbu lil Alla, u li Alla tabilħaqq ikasbar lil dawk li ma jemmnux
- U taħbira minn Alla u mill-Mibgħut tiegħu lin-nies (miġbura flimkien) f'jum il-pellegrinaġġ il-kbir: li Alla u l-Mibgħut tiegħu huma ħielsa minn dawk li jxierku (ir ma għandhom ebda obbligu lejhom). Jekk tindmu (u tibdew temmnu f'Alla wieħed) dan ikun aħjar għalikom, iżda jekk tagħtu daharkom (u ma tagħtux widen), kunu afu li m'intomx se taħarbu lil-Alla. Agħti l-bxara (Muħammad) lil dawk li ma jemmnux dwar kastig ta' wġigħ
- ħlief dawk (il-pagani) li jxierku, li dħaltu f'patt magħhom u żammuh u ma naqsukom f'xejn, u lanqas ma għenu lil ħaddieħor (minn fost l-għedewwa tagħkom) kontrikom. Mela żommu. l-pattijiet (li għandkom) magħhom sa tmiemhom. Tabilħaqq li Alla jħobb lil dawk li jibżgħu minnu (u jafix jżommu patt)
- Iżda meta x-xhur imqaddsa jgħaddu, oqtlu (lill-pagani) li jxierku, kull fejn issibuhom, aqbduhom. (ilsiera), dawruhom (minn kullimkien), u oqogħdulhom f'kull moħba. Iżda jekk jindmu, jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, eħilsuhom. Tabilħaqq li Alla Kollu Maħfra u Ħanin
- Jekk wieħed minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla) jitolbok tħarsu, agħtih il-ħarsien biex ikun jista' jisma' Kliem Alla (fil-Qoran), imbagħad. (jekk ma jilqax l- Islam) wasslu sa fejn isib il-kenn. Dan minħabba li huma nies li ma jafux (is-siwi kbir ta' l-Islam)
- Kifjista' jkun li (il-pagani) li jxierku jkollhom patt ma' Alla u mal-Mibgħut tiegħu (Muħammad), ħlief dawk li għamiltu patt magħhom qrib il-Moskea mqaddsa (u żammuh)i. Sakemm. jimxu sew. magħkom, imxu sew magħhom. Alla tabilħaqq iħobb. lil dawk. li jibżgħu (minnu, u jafu jżommu patt)
- Kif (qatt jista' jkun hemm patt magħhom, meta dawn), jekk jegħlbukom, la jqisu li-huma qraba tagħkom u lanqas li hemm patt (Ġejnietkom). Huma. (jippruvaw) jgħaxxqukom bi (kliem). fommhom, iżda qlubhom ma. jridux (li: jkollhom x'jaqsmu magħkom), u. ħafna minnhom huma ħżiena
- Huma biegħu' r-Rivelazzjoni ta' Alla (fil-Qoran) bi prezz irħis, u żammu (lil ħafna) mit-triq tiegħu (li hija l- Islam). Kien tassew ħażin dak li kienu jagħmlu
- La jqisu li huma qraba ta' dak li jemmen, u lanqas li hemm patt (miegħu). Dawk huma li jiksru l-liġi
- Iżda jekk jindmu, jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, (huma jkunu) ħutkom (indaqs) fid-din. Aħna nfissru bir- reqqa r-Rivelazzjoni (tagħna) lil nies li jafu
- Iżda jekk jiksru l-ħalfa tagħhom, wara li daħlu fil-patt (magħkom), u jkasbru d-din tagħkom, mela tqatlu kontra l-irjus taċ-ċaħda tat-twemmin tabilħaqq li għalihom il- ħalf ma huwa xejn biex forsi jieqfu (jagħmlu hekk)
- Jaqaw (m'intomx lesti) titqatlu kontra nies li kisru l-ħalf tagħhom, raw kif ikeċċu l-Mibgħut (Muħammad minn Mekka), u kienu huma l-ewwel li bdew (iħebbu) għalikomż Jaqaw tibżgħu minnhomż Alla jistħoqqlu aktar li tibżgħu minnu, jekk tassew temmnu
- Tqatlu kontrihom, u Alla jikkastigahom: b'idejkom (stess), ikasbarhom, jgħinkom tegħlbuhom, u jserraħ qlub dawk li jemmnu (għaliex jaraw l-Islam rebbieħ)
- Huwa jneħħi l-għadab ta' qlubhom. Alla jdur (bil- maħfra) lejn min irid. Alla jaf kollox u Għaref
- Jew taħsbu li se titħallew (mingħajr tiġrib u tintesew), bla ma Alla jkun jaf b'dawk fostkom li ħabirku u tqabdu (għalih), dawk li ma ħadu (lil ħadd) bi ħbiebhom ħlief lil Alla, lill-Mibgħut tiegħu, u lil dawk li jemmnu. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu
- Dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla) ma għandhomx iżuru l-moskej ta' Alla, filwaqt li jixhdu għalihom infushom li huma bla twemmin. Dawk, l-għemejjel tagħhom jiġu fix-xejn, u fin-Nar jgħammru għal dejjem
- Iżur biss il-moskej ta' Alla min jemmen f'Alla u fl- Aħħar Jum, jagħmel it-talb, jagħti l-karità u ma jibżax ħlief minn Alla. Tassew li dawk ikunu fit-triq it-tajba
- Jaqaw intom tqisu li, għaliex tisqu l-pellegrin u żżuru l- Moskea mqaddsa, (dan jiswa) daqs dak li jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum, li jħabrek u jitqabad għal Alla 7 (Xejn minn danl) Quddiem Alla (dawk li jemmnu u dawk ta' bla twemmin) ma humiex indaqs. U Alla ma jmexxix lill- ħżiena fit-triq it-tajba
- Dawk li emmnu, emigraw, ħabirku u tqabdu għal Alla b'ġidhom u bihom infushom huma fi grad ogħla quddiem Alla (minn dawk il-pagani li xogħolhom biss li jisqu l- pellegrini u jżuru l-Moskea f'Mekka). Dawk huma r- rebbieħa (tal-Ġonna ta' dejjem)
- Sidhom jagħtihom il-bxara t-tajba dwar ħniena (ġejja) minnu, għaxqa u Ġonna li fihom għandhom l-hena dejjiema
- Huma jgħammru fihom għal dejjem: Tabilħaqq li għand Alla hemm ħlas ta' kobor bla tarf
- Intom li temmnu, la tiħdux lil missirijietkom u lil ħutkom bħala alleati, jekk (dawn) jgħożżu ċ-ċaħda tat- twemmin flok it-twemmin. Dawk minnkom li jżommuhom b'alleati, dawk ikunu l-ħżiena. j
- Għid (Muħammad): ''Jekk missirijietkom, uliedkom, ħutkom, in-nisa tagħkom, nieskom, xi ġid li ksibtu, xi kummerċ li tibżgħu li jmur lura, u xi djar li jogħġbukom huma egħżeż għalikom minn Alla u mill-Mibgħut tiegħu, u mit-tħabrik u t-taħbit (tagħkom). għalih (għal Alla), mela stennew sa ma Alla jġib fis-seħħ l-amar tiegħu (is jagħmel ħaqq minnkom kif jixraq). Alla ma jmexxix lill- ħżiena fit-triq it-tajba
- Alla għenkom f'ħafna mkejjen (tat-taqbid), kif ukoll dakinhar ta' Ħunajn,' meta tgħaxxaqtu bl-għadd kbir tagħkom (rnax-il elf ruħ, u ħsibtu li tegħlbu. l-erbat elef suldat ta' l-għadu), mingħajr (iżda) ma swielkom xejn, u (dehrilkom li) l-art. (tat-taqbida) saritilkom dejqa, minkejja li kienet wesgħa kbira, u mbagħad dortu lura
- Imbagħad Alla niżżel is-sliem tiegħu fuq il-Mibgħut tiegħu u fuq dawk li jemmnu (biex iserrħilhom rashom, jagħmlilhom il-qalb u jżidhom fil-ħeġġa għat-taqbid), u niżżel (l-anġli mis-sema u dehru f'għamla ta') suldati li intom ma rajtux, u kkastiga lil dawk bla twemmin. Dak huwa l-ħlas għal dawk li ma jemmnux
- Imbagħad wara dan Alla jdur (bil-maħfra u bil-ħniena) lejn min irid. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin
- Intom li temmnu, (kunu afu li) dawk biss. li jxierku (allat oħra ma' Alla) huma mniġġsa (minħabba t- twemmin fl-idoli u għaliex jiċħdu lil-Alla), u għalhekk ma għandhomx joqorbu lejn il-Moskea mqaddsa wara din is- sena tagħhom. U jekk tibżgħu li tiftaqru (għażiex il- pellegrini pagani ma. jiġux (aktar f'Mekka), Alla jagħnikom mit-tjieba tiegħu, jekk irid. Alla tabilħaqq jaf kollox u Għaref
- Tqatlu kontra dawk minn fost Nies il-Ktieb (li jaħbtu għalikom), li la jemmnu f'Alla (kif suppost) u lanqas fl- Aħħar Jum, li ma jipprojbixxux dak li Alla (fil-Ktieb tiegħu) u l-Mibgħut tiegħu (fit-tradizzjoni profetika) għamlu projbit, u li ma. jimxux fuq id-din tas-sewwa (li huwa l-Islam), sa ma jagħtu l-ġiżja minn. jeddhom, filwaqt li juru umiltà. ħ
- Il-Lhud qalu li Esdra huwa bin Alla, '' u l-Insara qalu li l-Messija huwa bin Alla hekk qalu b'fommhom stess, bħalma kienu jgħidu dawk li m'emmnux qabel (jiġifieri li lanġli huma l-ulied bniet ta' Alla). Narra Alla jitqatel kontrihoml Kemm tbiegħdu mis-sewwal
- Huma (il-Lhud u l-Insara) għamlu lill-qassisin u lill- irħieb tagħhom sidien (tagħhom u qagħdu għalihom), minflok Alla, u (anki) lill-Messija bin Marija (l-insara għamluh sidhom u tawh qima), meta huma ma kinux ordnati ħlief li jqimu Alla Wieħed, li ma hemmx alla (ieħor) ħliefu. Sebħ lilu (u ħalli jkun mgħolli u ħieles) minn dak (il-paganiżmu) li jxierku (miegħu)l
- Huma (il-pagani, dawk li ma jemmnu f'xejn, u Nies il- Ktieb li ma jemmnux kif suppost) iridu jitfu d-Dawl ta' Alla. fli: huwa. l-Islam) b'fommhom (bil-ħafna kwistjonijiet fiergħa li jaqilgħu), iżda Alla ma jridx għajr li jġib il-milja tad-Dawl tiegħu, minkejja li dawk li ma jemmnux jistkerrhu (dan)
- Huwa li bagħat lill-Mibgħut tiegħu (Muħammad) bit- imexxija t-tajba u d-din tas-sewwa, biex joħorġu rebbieħ fuq kull din (ieħor), minkejja li (dan) jistkerrhu/h) dawk li xierku miegħu (allat oħra)
- Intonili temmnu, (kunu afu li) ħafna mill-qassisin (tal- Lhud) u l-irħieb (ta' l-Insara) jieklu ġid in-nies bil-qerq, u jżommu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (li hija l- Islam). U dawk li jgeddsu d-deheb u l-fidda, u ma jonfquhomx għal Alla, mela agħtihom il-bxara dwar kastig ta' wġigħ
- Fil-Jum meta (it-teżor. tagħhom) jinħema f'nar l-Infern u l-imħuħ tagħhom, ġnubhom u daharhom jinkwew bih. (Jintqalilhom): ''Dan kien li geddistu għalikom infuskom. Mela duqu dak li kontu tgeddsul
- Tabilħaqq li l-għadd tax-xhur, għal Alla, huwa tnax-il xahar, fil-Ktieb ta' Alla, meta ħalaq is-smewwiet u l-art, u erbgħa minnhom huma (x/ur) imqaddsa (għaliex ma jistax iseħħ ġlied fihom): Dan huwa d-din tas-sewwa. Għalhekk tonqsux lejkom infuskom fihom. Tqatlu kontra dawk kollha li jxierku, bħalma huma jitqatlu kontrikom ilkoll, u kunu afu li Alla ma' dawk li jibżgħu minnu
- Li tħalli (xahar imqaddes) għal żmien ieħor (biex tibqa' għaddej bit-taqbid kontra l-għedewwa tiegħek). jitqies żjieda fiċ-ċaħda tat-twemmin, u b'dan (il-mod) dawk li ma jemmnux jintilfu. F'sena minnhom it-tibdil ta' xahar. qaddis iqisuh permess u f'sena oħra jqisuh projbit, biex b'hekk jiġu jaqblu fl-għadd (ra' xhur) li Alla qaddes, u jkunu qegħdin jippermettu dak li Alla pprojbixxa. Il- ħażen ta' għemilhom iżżejnilhom (u ntwerielhom sabiħ). Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lil dawk li ma jemmnux
- Intom li temmnu, x'għandkom 7 (Għaliex) meta jintqalilkom: 'Oħorġu (tqabdu) għal Alla' (bħalma ntqalilkom. f'Tabiik), intom tkunu tqal. (fit-tweġiba tagħkom) u tinġibdu lejn l-art 2 Jaqaw il-ħajja f'(din) id- dinja togħġobkom aktar mill-(ħajja) l-Oħra 7 Hija żgħira t-tgawdija tal-ħajja f'(din) id-dinja (meta mqabbla ma' dik) fil-Ħajja l-Oħra
- Jekk. ma toħorġux. (titqabdu mal-Profeta, Alla) jikkastigakom b'kastig ta' wġigħ, jibdilkom ma' nies oħra (li jkunu aktar lesti joqogħdu għar-rieda tiegħu u tal-Mibgħut tiegħu), u intom xejn ma (tistgħu) tagħmlulu ħsara (minkejja li bqajtu lura u ma ridtux titqatlu). Ala huwa fuq kollox Setgħan (u ma jeħtieġx l-għajnuna tagħkom)
- Jekk ma tgħinuhx (/il Muħammad, kunu afu li) Alla għenu meta dawk (f'Mekka) li ma jemmnux. ġegħluh joħroġ (minn Mekka), (meta) miegħu (ma kellux għajr) bniedem ieħor (biss, (il 'Abif Bakr). U meta kienu fl-għar, huwa (Muħammad) qal lil sieħbu: 'La titnikkitxi Alla tabilħaqq magħnaf' U Alla niżżel is-sliem tiegħu fuqu, u saħħu b'suldati (li kienu anġli mis-sema) li intom ma rajtux, u niżżel 'l isfel (u kasbar) il-kelma ta' dawk li ma jemmnux. Il-Kelma ta' Alla (/i ma hemmx alla ħlief Alla) hija l-ogħla, u Alla Felħan u Għaref
- Oħorġu, ħfief jew tqal (bl-armi tagħkom, żgħażagħ u xjuħ, fuq saqajkom jew rekbin) u tqabdu b'ġidkom u bikom infuskom għal Alla. Dan ikun aħjar għalikom, jekk tassew tafu
- Likieku kien hemm xi qligħ ta' malajr, jew safar mhux fit-tul, (dawk ta' wiċċ b'ieħor) kienu jimxu warajk, iżda t-triq kienet imbiegħda (wisq) għalihom ( 4 fl-għażż tagħhom baqgħu ma ħarġux). Iżda huma għad jaħilfu b'Alla (biex mingħalihom jiskużaw irwieħhom, u jgħidu): SLi kieku stajna, konna noħorġu magħkom.' Huma qegħdin jeqirdu lilhom infushom (b'dan il-kliem), u Alla jaf li huma giddibin
- Alla jaħfirlek (Muħammad)l Għaliex tajthom permess (meta ġabu l-iskużi tagħhom għaliex baqgħu lura u ma ħarġux jitqabdu) qabel ma kont taf min (minnhom) qal is-sewwa, u taf (min minnhom kienu) il-giddibin
- Dawk li jemmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum ma jitolbukx tiskużahom biex ma joħorġux jitqabdu b'ġidhom u bihom. infushom. Alla jaf sewwa b'dawk li jibżgħu minnu (u huma sħaħ fi twemminhom)
- Huma biss dawk li ma jemmnux f'Alla u fl-Aħħar Jum li jitolbuk tiskużahom f(mit-taqbid). dawk li qlubhom jinsabu bejn ħalltejn u b'hekk ma jafux fejn jagħtu rashom
- Likieku riedu joħorġu (jitqabdu), kienu jitħejjew tajjeb għalih fit-taqbid), iżda Alla stkerrab li huma jitilqu (biex jitqabdu), żammhom lura, u ntqal(ilhom): ''Oqogħdu mal-qiegħda (man-nisa u mat-tfal, bla ma tagħmlu xejnji)
- Li kieku ħarġu magħkom, ma kinux iżidukom ħlief fit- tfixkil. Kienu jiġġerrew fostkom, u jaraw kif joħolqu t- tixwix u l-firda (bejnietkom). Fostkom (kien ikun hemm) min jisma' minnhom. Alla jaf sewwa bil-ħżiena (ta' wiċċ b'ieħor)
- Tabilħaqq li huma (qabel it-taġbida ta' Tabiik kienu) diġà xtaqu (jaqilgħu) it-tixwix u l-firda, u nassu kontrik, sa ma (imbagħad) ġie s-sewwa (u r-rebħa), u dehret ir- rieda ta' Alla, (minkejja li) huma stkerrhu (din il-ħaġa)
- (Fosthom hemm min jgħid//ek Muħammad): Ħallini (noqgħod lura u ma noħroġx nitqabad), u ta ġġarrabnixt' Mela mhux (diġġ) waqgħu fit-tiġribż Tabilħaqq li l- Infern idur minn kull naħa madwar dawk li ma jemmnux (hekk li qatt ma jkunu jistgħu jaħarbu minnu)
- Jekk tmissek xi ħaġa tajba (bħal rebħ militari u l-priża li jġib miegħu, arahom) jitqarrsu, iżda meta jmissek xi saram, (ismagħhom) jgħidu: 'Ħsibnielu minn qabel (u għaliex konna nafu li-se' nkunu telliefa, ma' ridniex nissugraw għalxejn).' U jitilqu lil hemm ferħanin
- (Għidiilhom Muħammad): ''Xejn ma jmissna għajr dak (il-ġid jew id-deni) li kitbilna Alla. Huwa l-Mulej tagħna (li jħarisna). Ħalli jħallu f'idejn Alla dawk li jemmnu
- (Għidfilhom ukoll): 'X'tistennew li jiġrilna, għajr li (ikollna) waħda minn (dawn) iż-żewġ ħwejjeġ sbieħ (jew li mmutu bħala martri għal Alla, jew li niksbu r-rebħa fuq. l-aggressuri,) Għalikom, aħna nistennew li Alla jibagħtilkom kastig mingħandu, jew (li tinqarlu) b'idejna (stess). Mela oqogħdu stennew (biex taraw x'se jiġrilna). Aħna tabilħaqq nistennew magħkom' (u naraw x'se jmisskom)U
- Għid(ilhom Muħammad lil ta' wiċċ b'ieħor): ''Sew jekk tagħtu minn qalbkom, u sew. (jekk tagħtu) għaliex imġegħlin, ma jintlaqax mingħandkom. Intom tassew nies ħżiena
- Xejn ma jżomm l-infiq (u l-għoti tagħhom). milli jintlaqa' ħlief minħabba li huma ma jemmnux f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu, u ma jiġux għat-talb jekk mhux bl- għażż (u bla ħeġġa), u ma jonfqu (xejn għall-karità) jekk mhux fuq qalbhom
- Arali majogħġbukx ġidhom u (l-għadd ta') uliedhom. Alla jrid biss jikkastigahom bihom fil-ħajja (f'din) id- dinja, u li rwieħhom jinqerdu filwaqt li jkunu (għadhom) ma jemmnux
- Huma jaħilfu b'Alla li huma minnkom, iżda (fil-fatt) ma humiex minnkom, iżda huma nies li jibżgħu (juru dak li tassew huma, biex ma jitilfux il-privileġġi tagħhom)
- Li kieku jistgħu jsibu xi Kenn, xi għerien jew xi mkien fejn jitrekknu, (kont tarahom) jitilqu lejh mgħaġġlin (biex jaħarbu minnkom)
- Fosthom hemm min ilumek (Muħammad) dwar. (it- tqassim). tal-karità: jekk jingħataw. minnha, jithennew, iżda jekk ma jingħatawx minnha, arahom jimtlew bl- għadab
- (Kien ikun aħijar għalihom) li kieku thennew b'dak li tawhom Alla u l-Mibgħut tiegħu, u qalu: 'Alla huwa biżżejjed għalinal Alla.se jagħtina it-tjieba tiegħu, u anki l-Mibgħut tiegħu. Aħna tassew lil Alla nfittxut
- Il-karitajiet huma biss għall-foqra, għall-imsejknin, għal dawk imqabbdin biex jiġbruhom, għal dawk. li qlubhom inġibdu (jew qegħdin jinġibdu lejn l-Islam), għal dawk fil-jasar (biex jinfdew), għall-midjunin (biex iħallsu d-dejn li ddejnu) għall-kawża ta' Alla (fis-servizz tar-reliġjon u tal-komunità), u għal dak li jterraq. (Dan huwa) l-amar minn Alla. Alla jaf kollox u Għaref
- Fosthom (dawk ta' wiċċ b'ieħor) hemm min iweġġa' lill-Profeta (Muħammad bil-kliem u bl-għemil). u jgħidu: Huwa widna (għaliex jisma' u jemmen kolloxji' Għidilhom): 'Huwa jisma' dak kollu li hu tajjeb għalikom, jemmen f'Alla, joqgħod fuq dawk li jemmnu (għaliex jaf li huma ġusti), u huwa ħniena għal dawk fostkom li jemmnu.'' Dawk li jweġġgħu (u jżebilħu) lill- Mibgħut ta' Alla jkollhom kastig ta' wġigħ
- Huma jaħilfulkom b'Alla biex jogħġbukom, iżda Alla flimkien mal-Mibgħut tiegħu jistħoqq aktar li huma jogħġbuh. jekk tassew jemmnu
- Mela ma jafux li min jeħodha kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu hemm għalih nar l-Infern, u fih jgħammar għal dejjem. Dan huwa għajb tassew kbir
- Ta' wiċċ b'ieħor jibżgħu li titniżżel dwarhom xi sura li tgħarrafhom b'dak li hemm (tassew) fi qlubhom. Għidfilhom Muħammad): 'Iddieħku (bir-reliġjon ta' Alla kemm tridu, iżda kunu afu li) Alla se joħroġ (fil-beraħ) dak li qegħdin tibżgħu (/i jsir magħruf dwarkom)
- Jekk tistaqsihom. (Muħammad), jgħidulek: ''Aħna konna biss inlabalbu (u ngħidu kliem fieragħ, u ngħaddu ż-żmien) fil-logħob'' Għid(ilhom Muħammad): 'Jaqaw kontu qegħdin tiddieħku b'Alla, bir-Rivelazzjoni tiegħu u bil-Mibgħut tiegħu
- Ma għandkomx skużal Cħadtu t-twemmin wara li emmintu. Jekk naħfru lil-xi ġemgħa minn fostkom (għaliex nidmet), Aħna (xorta waħda) nikkastigaw ġemgħa (oħra minnkom), għaliex huma kienu ħatjin ( 4 baqgħu juru wiċċ b'ieħor sa l-aħħar)
- Dawk l-irġiel u n-nisa li huma ta' wiċċ b'ieħor huma (kollha) ta' qatgħa waħda: huma jamru (li jsir) il-ħażin, ma jħallux it-tajjeb, u għandhom idejhom magħluqin (bix-xeħħa u ma jagħtux karità). Huma nsew lil Alla, u għalhekk (Hu) nesiehom. Tabilħaqq li ta' wiċċ b'ieħor huma l-ħżiena
- Alla wiegħed in-nar ta' l-Infern lil ta' wiċċ b'ieħor, irġiel u nisa, u lil dawk li ma jemmnux, u fih jgħammru għal dejjem. Huwa jkun biżżejjed għalihom. Alla seħithom, u għalihom hemm kastig għal dejjem
- Bħal dawk ta' qabilkom; huma kienu eqqel minnkom fil-qawwa, u akbar fil-ġid u fl-ulied. Huma thennew b'sehemhom, u. intom. thennejtu b'sehemkom; bħalma thennew b'sehemhom dawk ta' qabilkom. Intom (ukoll) tlabalbu fieragħ, bħal dawk li labalbu. Dawk, l-għemejjel tagħhom jisfaw fix-xejn f'(din) id-dinja u fl-Oħra, u dawk huma t-tellifin
- Jaqaw ma waslitilhomx l-aħbar (dwar kif inqerdu għal kollox) dawk ta' qabilhom: nies Noċ (u n-nies) ta' Għad, ta' Tamid, nies Abraham, nies Madjan, u l-bliet (ra' Sodoma u Gomorra) li nqalbu ta' taħt fuq 2 Il-Mibgħutin tagħhom ġewhom bis-sinjali ċ-ċari, u mhux Alla li naqas lejhom, iżda. kienu. huma: li naqsu lejhom. infushom (għaliex ma ridux jagħtu widen)
- Dawk li jemmnu, irġiel u nisa, jieħdu ħsieb (i/ jħarsu) lil xulxin. Huma jamru (li jsir). it-tajjeb, ma jħallux il- ħażin, jagħmlu t-talb, jagħtu l-karità, u joqogħdu għal: J Alla u. għall-Mibgħut tiegħu. Dawk Alla se jħenn J għalihom. Alla tabilħaqq Felħan u Għaref
- Alla wiegħed lil-dawk li jemmnu, irġiel u nisa, Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom fihom jgħammru għal dejjem wdjar sbieħ fil-Ġonna ta' l-Għeden. U għaxqa minn Alla (hija ħlas) akbar (minn dan kollu): Din hija l-akbar rebħa
- Ja Profeta, ħabrek u tqabad kontra dawk li ma jemmnux u ta' wiċċ b'ieħor, u kun qalil magħhom. Il-kenn tagħhom huwa l-Infern, u (dan ikun tassew) tmiem ta' għajb
- Huma jaħilfu b'Alla li ma qalu xejn, iżda (tabilħaqq) qalu kliem li jiċħad it-twemmin, u wara li kienu daħlu fl- Islam, (reġgħu) m'emmnux. Huma fasslu xi ħaġa li ma seħħetilhomx, u ma vvendikawx irwieħhom jekk mhux għaliex Alla kattar fuqhom it-tjieba (u l-barka) tiegħu, u l-Mibgħut tiegħu (ukol/)l Għalhekk ikun aħjar għalihom jekk jindmu, iżda jekk jagħtu daharhom (għat-twemmin), Alla jikkastigahom b'kastig ta' wġigħ f'(din) id-dinja u fl-Oħra. U fuq l-art ma jkollhom ħadd li jħarishom u jgħinhom
- Fosthom (dawk ta' wiċċ b'ieħor) hemm min daħal f'rabta ma' Alla (u qal): 'Jekk ( 4/la) jagħtina mit-tjieba tiegħu, aħna tassew nagħtu l-karità u nkunu mill-ġusti
- Iżda meta tahom mit-tjieba tiegħu, huma xxaħħu f'dak li ngħataw, warrbu (ir-rabta tagħhom ma' Alla), u ma ridux joqogħdu għaliha
- Għalhekk ikkastigahom (u refagħlhom) il-wiċċ b'ieħor fi qlubhom sal-Jum li fih jiltaqgħu miegħu, għaliex huma marru kontra dak li kienu wiegħdu lil Alla, u għaliex kienu jigdbu
- Mela ma jafux li Alla jaf bis-sigriet tagħhom, b'dak li jintqal (bil-moħbi). bejniethom, u li Alla jaf sew bil- mistur
- Dawk (in-nies il-ħżiena) li jmaqdru lil min, fost dawk li jemmnu, jagħti l-karità minn jeddu, (kif ukoll jixlu) lil dawk li ma jsibux x'jagħtu għajr il-ħidma tagħhom (li/ min jeħtieġha), u jżebilħuhom, ikun Alla li jżeblaħhom, u għalihom hemm kastig ta' wġigħ
- Sew jekk titlob biex jiksbu l-maħfra, u sew jekk ma titlobx maħfra għalihom, ( 4I 1a ma huwiex se jaħfrilhom). U jekk titlob għalihom sebgħin darba biex jiksbu l-maħfra, Alla ma huwiex se jaħfrilhom. Dan għaliex. huma m'emmnux f'Alla u fil-Mibgħut. tiegħu. Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena
- Ferħu dawk (ra' wiċċ b'ieħor) li baqgħu wara l-Mibgħut (Muħammad u ma ħarġux għat-taqbida f'Tabiik) għaliex baqgħu fejn kienu, u stkerrhu li jħabirku u jitqabdu b'ġidhom u bihom infushom għal Alla, u qalu (fil xulxin): Toħorġux. fis-sħanaf' Għidfilhom Muħammad): 'Nar l- Infern jaħraq wisq aktarf' Li kieku kienu jifhmul
- Ħalli jidħku xi ftit (għalissa), iżda (imbagħad) ħalli jibku ħafna, bi ħlas ta' dak (il-ħażen) li kienu jiksbu (b'għemilhom)
- Għalhekk jekk Alla (wara t-taqbid f'Tabiik) ireġġgħek għand ġemgħa minnhom, u jitolbuk permess biex joħorġu (jitqabdu. miegħek fi spedizzjoni oħra), għid(ilhom): ''Qatt m'intom ħerġin miegħi, u m'intom se titqatlu miegħi kontra ebda għadul L-ewwel darba (meta l-Misilmin l-oħra kienu sejrin lejn Tabik) intom għoġobkom tibqgħu qiegħda, Mela oqogħdu ma' dawk li baqgħu lural
- Qatt (ma għandek) titlob: (Muħammad) għal xi ħadd minnhom: (ta' wiċċ b'ieħor) li miet, u lanqas ma għandek tieqaf fuq qabru. Huma ċaħdu lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, u mietu fil-ħażen tagħhom
- Lanqas (ma għandhom) jogħġbuk ġidhom u (l-għadd kbir) ta' wliedhom: Alla jrid biss jikkastigahom bihom fid-dinja, u'li rwieħhom jinqerdu filwaqt li (kunu għadhom qegħdin) jiċħdu (lif Alla u lill-Islam)
- U meta titniżżel sura li (tħeġġiġhom u tgħidilhom): ċEmmmu F'Alla, u ħabirku u tqabdu mal-Mibgħut tiegħu,' dawk fosthom li għandhom ħafna ġid jitolbuk tiskużahom u jgħidulek, Muħammad, dawk ta' wiċċ b'ieħor): 'Ħallina nkunu mal-qiegħda (li jibqgħu lura u ma joħorġux jitqabdu)
- Huma jogħġobhom li jkunu ma' dawk (in-nisa, it-tfal, il-morda u oħrajn li ma għandhomx is-saħħa u l-ħila jitqatlu) li baqgħu lura, u tqiegħed siġill fuq qlubhom, hekk li ma jifhmux
- Iżda l-Mibgħut u dawk li jemmnu miegħu, ħabirku u tqabdu b'ġidhom u bihom infushom. Ta' dawk huma l- ħwejjeġ tajba (kollha), u dawk huma r-rebbieħa
- Alla ħejjielhom Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dik hija r-rebħa l-kbira
- Minn fost l-Għarab tad-deżert kien hemm dawk li ġew b'xi skuża biex jingħataw permess (biex ma joħorġux jitqabdu). Dawk li giddbu lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu qagħdu lura (i ma ħarġux għat-taqbid.) Lil dawk li ma jemmnux se jmiss kastig ta' wġigħ
- La d-dgħajfin, la l-morda, u lanqas dawk li ma jsibux (ġid) x'jonfqu, jekk huma sinċieri ma' Alla u mal- Mibgħut tiegħu (u jagħmlu għemejjel tajba), ma għandhom ebda ħtija. Ma hemm ebda triq (/i twassal għall-kundanna) ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin
- Lanqas (ma għandhom ħtija) dawk li, meta ġew għandek jitolbuk biex trikkibhom (fuq żwiemel jew iġmla, biex joħorġu jitqabdu miegħek), u inti weġibthom: 'Ma nsibx fuq xiex inrikkibkom,' huma telqu mnikktin, bid-dmugħ igelgel minn għajnejhom, għaliex ma kellhom xejn x'jonfqu (għall-kawża ta' Alla)
- Il-ħtija hija biss fuq dawk l-għonja li' jitolbuk tiskużahom (biex jibqgħu lura u ma joħorġux jitqatlu). Huma jogħġobhom li jkunu ma' dawk (in-nisa, it-tfal, il- morda u l-oħrajn) li baqgħu lura. Alla qiegħed siġill fuq qlubhom, u għalhekk ma jafux
- Huma jitolbikom tagħdruhom meta terġgħu lura għandhom: Għid(ilhom. Muħammad): ''Iġġibux skużil M'aħniex se nemmnukomt Alla kien diġà għarrafna b'aħbarkom (u bil-ħażen u bil-wiċċ b'ieħor tagħkom). Alla se jara l-għemil tagħkom, u ('iegħu) il-Mibgħut tiegħu, imbagħad tintbagħtu lura lejn Dak li jaf il-mistur u'li jidher, u jgħarrafkom b'dak li kontu tagħmlu
- Meta tmorru lura għandhom (wara t-taqbida f'Tabiik) se jaħilfulkom b'Alla biex tħalluhom waħidhom. Mela ħalluhom waħidhomi Huma tabilħaqq tinġis, u l-kenn tagħhom huwa fl-Infern, bi ħlas ta' (il-ħażen) li kienu jiksbu (b'għemilhom)
- Huma se jaħilfulkom biex tithennew bihom, iżda jekk tithennew bihom (ikun kollu għalxejn għaliex) Alla ma jithenniex bin-nies il-ħżiena
- L-Għarab tad-deżert huma l-aktar (nies) li ma jemmnux (minħabba l-qalb xierfa tagħhom, l-aktar) li juru wiċċ b'ieħor, u l-aktar li jixirqilhom li ma jkunu jafu (xejn) mid-digrieti li Alla niżżel lill-Mibgħut tiegħu (Muħammad). Alla jaf kollox u Għaref
- Fost l-Għarab tad-deżert hemm min iqis dak li jonfoq (għal Alla) bħallikieku xi multa (u relf), u jistenna li jolqotkom l-għaks u s-saram. Ħalli jkun fuqhom is- saraml Alla jisma' kollox u jaf kollox
- Iżda fost l-Għarab tad-deżert hemm min jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum, u jqis dak li jonfoq (għal A/la) bħala għotjiet li jqarrbu/A) lejn Alla u lejn it-talb tal-Mibgħut (għalih, biex jikseb il-maħfra). Dan tassew iqarribhoml l Alla se jdaħħalhom fil-ħniena tiegħu. Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra u Ħanin
- Dawk (il-Misilmin) li kienu minn ta' l-ewwel (li taw widen għas-sejħa ta' l-Islam) fost l-emigranti (minn Mekka il-Muhaġirin) u dawk (minn nies Medina 'al- 'Ansar) li tawhom (kull) għajnuna, u dawk li mxew warajhom: fl-għemejjel tajba, Alla jithenna bihom, u huma. jithennew bih. Huwa ħejjielhom: Ġonna bix- xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dik hija l-akbar rebħa
- Uħud mill-Għarab tad-deżert ta' madwarkom juru wiċċ b'ieħor, u wħud minn nies ta' Medina webbsu rashom fil- wiċċ b'ieħor. Inti ma tafhomx (biżżejjed, Muħammad). iżda. Aħna. nafuhom. (fajjeb). Darbtejn se nikkastigawhom, imbagħad jintbagħtu lura għal kastig kbir
- Oħrajn. għarfu u stqarru dnubiethom: huma ħalltu għemil tajjeb ma' ieħor ħażin. Alla għandu mnejn idu lejhom. (bil-maħfra). .Alla tabilħaqq Kollu Maħfra 1 Ħanin
- Ħu (Muħammad) minn ġidhom karità li biha int ssaffihom u tnaddafhom (minn dnubiethom), u itlot għalihom (biex Alla jaħfrilhom). Tabilħaqq li. talbek iserraħhom. Alla jisma' kollox u jaf kollox
- Mela ma jafux li huwa Alla li jilqa' l-indiema mill qaddejja tiegħu, u jieħu l-karitajiet (li jagħmlu minr qalbhom), li Alla jdur Kollu Maħfra u Ħanin
- għidfi/homj: Agħmlu (li: tridu) Alla se jarż għemilkom, u l-Mibgħut tiegħu u dawk li jemmnu (s: jarawh ukoll), u se tintbagħtu lura lejn Dak li jaf il-mistu u. li jidher, u jgħarrafkom b'dak li kontu tagħmlu
- Oħrajn jitħallew. jistennew l-amar ta' Alla: jeki jikkastigahomx jew inkella jdur lejhom bil-maħfra. All: jaf kollox u Għaref
- U (hemm ukoll) dawk (ta' wiċċ b'ieħor) li bnew (bini li kellhom il-wiċċ isejħulu) moskea biex iġibu ħsara, ċaħda tat-twemmin u firda bejn dawk li jemmnu, u biex (dik il- moskea) tkun kenn għal min, qabel, kien tqabad kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu, U tabilħaqq se jaħilfu (u jgħidu): ''Aħna (meta bnejna din il-moskea) ridna biss it- tajjeb,' iżda Alla jixhed li huma tassew giddibin
- Inti (Muħammad, ara (i) ma tieqaf qatt (f'dik il-moskea biex titlob) fihal Moskea (bħal dik ta' Qubagħ) imsejsa, sa mill-ewwel jum, fuq il-qima (/ejn 4//a) tistħoqq aktar li tieqaf fiha (għar-ralb), Fiha hemm irġiel (ġusti minn Medina) li jħobbu jissaffew (minn dnubiethom). Alla jħobb lill-imsoffijin
- Min hu l-aħjar; min sejjes. il-bini tiegħu fuq. (l- ubbidjenza u) il-biża' ta' Alla u l-għaxqa tiegħu, jew min sejjes il-bini tiegħu fuq xifer irdum li therra, hekk li jinżel bih f'nar l-Infern. Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena
- Il-bini tagħhom: li bnew ma jehda qatt. (iqanqal) id- dubju fi qlubhom ( 4 l-għadab għall-Misilmin), sa'ma (dawn) qlubhom. jitqattgħu biċċiet. Alla jaf kollox u Għaref
- Tabilħaqq li mingħand dawk li jemmnu Alla xtara ħajjithom u ġidhom, biex ikollhom il-Ġenna. Huma jitqatlu għal-Alla: huma joqtlu u jinqatlu (din. hi) wegħda li (A/la huwa) marbut biha tabilħaqq fit-Tord, fl- Evanġelju, u fil-Qoran. U min, aktar minn Alla, iżomm il-wegħda tiegħu' Mela ifirħu bil-bejgħ li għamiltul Dik hija r-rebħa l-kbira
- (Għad jifirħu u jithennew) dawk li jduru nedmin (lejn Alla), li jqimu(h), li jfaħħru(ħ), li jterrqu ma' l-art kollha (għal Alla biex jiksbu aktar għerf dwaru), li jmilu u li jinxteħtu fl-art (fit-talb), li jamru (li jsir) it-tajjeb, ma jħallux il-ħażin, u li jżommu d-digrieti ta' Alla. Agħti l- bxara lil-dawk li jemmnu (/i hemm il-Ġenna tistenniehom)
- Ma huwiex xieraq li l-Profeta u dawk li jemmnu jitolbu maħfra għal dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla), anki jekk huma qraba, wara li raw biċ-ċar li (dawn il-pagani) huma nies in-Nar iħeġġeġ
- U Abraham ma kienx jitlob maħfra għal missieru (Àżar) jekk mhux minħabba wegħda li kien (laħaq) wiegħdu. U meta ra biċ-ċar li hu (missieru) kien għadu ta' Alla (u webbes rasu f'din. it-triq tat-telfien), hu (Abraham). inħall minn (kull rabta li kellu) miegħu. Tabilħaqq li Abraham kien qalbu tajba, u kollu ħlewwa u sabar
- Alla ma jtellifx it-triq lil-xi nies wara li jkun mexxiehom (fiha), sa ma jurihom minn xiex għandhom jibżgħu (u joqogħdu lura, biex ma jidinbux). Alla tabilħaqq jaf b'kollox
- Tabilħaqq li ta' Alla hija s-saltna tas-smewwiet u l-art. Huwa jagħti l-ħajja u l-mewt. Ma għandkomx, għajr lil Alla, min iħariskom u jgħinkom
- Alla dar bil-maħfra lejn il-Profeta (minkejja li kien ħalla lil ta' wiċċ b'ieħor jibqgħu lura u ma joħorġux għat-taqbid); lejn dawk (minn Mekka) li emigraw, u dawk (minn. Medina) li għenu (lill-Misilmin), dawk li mxew warajh fis-siegħa iebsa (tat-taqbida f'Tabiek), wara li qlub uħud minnhom kienu għoddhom xaqilbu (lejn il- ħażen), imbagħad dar lejhom bil-maħfra. Tabilħaqq li Huwa Kollu Tjubija u Ħanin magħhom
- (Bħalma dar bil-maħfra) lejn it-tlieta li baqgħu lura (mit-taqbid u li ħassuhom hekk ħatja minħabba dan: li) saħansitra. (dehrilhom) li. l-art kienet djieqet għalihom, minkejja l-kobor tagħha, bħalma ħassu lilhom infushom maqbuda f'diqa, u fehmu li ma hemmx kenn minn Alla, jekk mhux (li jmorru) lejh. Imbagħad dar lejhom bil- maħfra. biex (sergħu) jindmu. Alla tabilħaqq idur Kollu Maħfra, il-Ħanin
- Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla u kunu ma' dawk li jgħidu u jagħmlu s-sewwa
- Ma'kienx xieraq li nies Medina u l-Għarab tad-deżert ta' madwarhom iżommu lura mill-Mibgħut ta' Alla (u ma joħorġux miegħu għat-taqbida ta' Tabilk), jew li jibżgħu għal ħajjithom minflok għal tiegħu. Dan għaliex ma jaqbadhomx għatx, għeja, jew ġuħ għal Alla, ma jagħmlux pass li jqanqal l-għadab ta' dawk li ma jemmnux, u lanqas jiksbu xi qligħ mill-għadu, lima jjinkitbilhomx bħala għemil tajjeb. Tabilħaqq li Alla ma jtellifx il-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb
- Lanqas ma jonfqu nefqa żgħira jew kbira, jew jaqsmu xi wied (għal Alla), li-ma jinkitbilhomx (fil-ktieb tagħhom), biex Alla jħallashom ta' l-aħjar (għemejjel) li kienu għamlu
- Dawk li jemmnu ma għandhomx joħorġu Ikoll flimkien (għat-taqbid). Xi tajta minn kull ġemgħa għandha tibqa' lura (u ma toħroġx titqabad), biex tagħtiha għall-istudju tar-reliġjon u biex twissi lil niesha meta jerġgħu lura Iejha (mit-taqbid), forsi jitħarsu (mid-deni)
- Intomli temmnu, tqatlu kontra dawk li ma jemmnux li jinsabu qribkom, u ħalluhom isibu l-qilla fikom. U kunu afu li Alla ma' dawk li jibżgħu minnu
- Kull meta tinżel xi sura, hemm minnhom (ta' wiċċ b'ieħor) li jgħidu (bi tkasbir): 'Lil min minnkom (din is- sura) żiditu fit-twemmin) Iżda lil-dawk li jemmnu (tassew) żidithom fit-twemmin, u huma ferħanin (b'dan, għaliex kull vers fil-Qoran jagħmel minnhom. Misilmin tajbin)
- Iżda dawk li fi qlubhom hemm marda (taċ-ċaħda tat- twemmin u tal-wiċċ b'ieħor, is-sura li tinżel) tkompli żżidilhom it-tinġis tagħhom (il-wiċċ b'ieħor) b'faktar) tinġis, u jmutu meta jkunu għadhom ma jemmnux
- Mela (ta' wiċċ b'ieħor) ma jarawx li kull sena qegħdin jiġġarrbu darba jew darbtejn, imbagħad la jindmu u lanqas jiftakru (fit-twissija ta' Alla)
- Kull darba li titniżżel sura, uħud minnhom iħarsu lejn xulxin (u jgħidu): ''Tgħid qiegħed jarakom xi ħadd (mill- Misilminj 7' Imbagħad jitilqu. Alla telaq qlubhom (għa kollox) għaliex huma nies li ma jifhmux
- Għadu kif ġiekom Mibgħut minnkom infuskom. Is- saram: tagħkom ikiddu, u moħħu fikom. Huwa kollu tjieba u ħanin ma' dawk li jemmnu
- Iżda jekk jagħtu daharhom. (u ma' jkunux iridu jisimgħu), għid (Muħammad): ''Alla huwa biżżejjed għalija. Ma hemmx alla ħliefu. F'idejh ħallejt, u huwa Sid it-Tron il-kbir (tas-sebħ tiegħu)